<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-699/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0699</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:483">EU:C:2022:483</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>25</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20220616">16.6.2022</DATE> – Kawża C‑699/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Quanta Storage vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20220616">16 ta’ Ġunju 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Letturi ta’ disk drives ottiċi</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat‑<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE></KEYWORD><KEYWORD>Ksur uniku u kontinwu</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Ftehimiet ta’ kollużjoni li jirrigwardaw sejħiet għal offerti relatati ma’ letturi ta’ disk drives ottiċi għal notebooks u desktops organizzati minn żewġ produtturi tal-kompjuters</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑699/19 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fl‑<DATE ISO="20190920">20 ta’ Settembru 2019</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Quanta Storage</HT> <HT TYPE="BOLD">Inc</HT>., stabbilita fi Taoyuan City (Taïwan), irrappreżentata minn O. Geiss, Rechtsanwalt, B. Hartnett, avocat, T. Siakka, solicitor, u W. Sparks, advocaat,</P><PARTY.STATUS>appellanti</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn P. Berghe, M. Farley, F. van Schaik u C. Zois, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe (Relatriċi), Presidenta tat-Tielet Awla, li qegħda taġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, S. Rodin u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Quanta Storage Inc. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>l-appellanti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-<DATE ISO="20190712">12 ta’ Lulju 2019</DATE>, Quanta Storage vs Il‑Kummissjoni (T‑772/15, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:519">EU:T:2019:519</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tagħha intiż prinċipalment, għall-annullament totali jew parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2015) 7135 finali tal-<DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE> li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39639 – Disk Drives Ottiċi) – (iktar il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), sa fejn din tikkonċernaha u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas‑<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kummissjoni [Ewropea] tista’ b’deċiżjoni timponi multi fuq l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża meta, jew b’intenżjoni jew b’negligenza:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>jiksru l-Artikolu [101 jew 102 TFUE] tat-Trattat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>jikkontravenju deċiżjoni li tordna miżuri intermedjarji taħt l-Artikolu 8; jew</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jonqsu milli iħarsu rabta li ġiet vinkolanti b’deċiżjoni skond l-Artikolu 9.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>Fejn il-ksur ta’ assoċjazzjoni tirrelta mal-attivitajiet tal-membri tagħhom, il-multa ma taqbiż l-10 % tas-somma totali ta’ valur tal-bejgħ ta’ kull membru attiv fis-suq affetwat mil-ksur ta’ l-assoċjazzjoni.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fit-twaħħil ta’ l-ammont li jrid jiġi mmultat, rigward irrid jingħata lejn il-gravità u it-tul tal-ksur.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) u (2) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma jiġu meħuda d-deċiżjonijiet kif previsti mil-Artikoli 7, 8, 23 u l-Artikolu 24(2), il-Kummissjoni ħa tagħti l-impriża u l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża li huma suġġetti għal proċeduri kondotti mil-Kummissjoni l-opportunità li jiġu msemma’ fuq matterji li l-Kummissjoni kellha oġġezzjoni fuqhom. Il-Kummissjoni ħa tibbaża d-deċiżjoni tagħha biss fuq l-oġġezzjonijiet li l-partijiet konċernati kienu kapaċi jikkummentaw fuqhom. L-ilmenti ħa jkunu assoċjati mil-viċin mal-proċeduri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt tad-difiża tal-partijiet konċernati ħa jkunu rispettati kompletament fil-proċeduri. Huma ħa jkunu intitolati li jkollhom aċċess lil file tal-Kummissjoni, suġġett għall-interess leġitimu ta’ l-impriża fil-prottezzjoni tas-sigrieti tal-kummerċ. Id-dritt għal aċċess għal file mhux ser jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenżjali u dokumenti interni tal-Kummissjoni jew ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri. B’mod partikolari, id-dritt għal aċċess mhux<?PAGE NO="3"?> ser jiġi estiż għall-korrispndenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri, jew bejn dan ta’ l-aħħar, incluż dokumenti imfasla skond l-Artikoli 11 u 14. Xejn f’dan il-paragrafu m’hu ħa jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tikxef u tuża l-informazzjoni neċessarja biex tipprova xi ksur.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-Qorti tal-Ġustizzja ħa jkollha ġurisdizzjoni bla limitu għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet fejn il-Kummissjoni waħħlet multa jew perjodu ta’ pagamenti tal-pieni. Hi tista’ tħassar, tnaqqas jew jżid il-multa jew il-perjodu ta’ pagamenti tal-pieni imposti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kalkolu tal-multi, il-punti 6 u 13 tal-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Ammont tal-Multi imposti bis-saħħa tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 210, p. 2</REF.DOC.OJ>) jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.006"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>6.</NO.PARAG><ALINEA>[…] [I]l-valur tal-bejgħ relatat mal-ksur meħud flimkien mat-tul tal-ksur huwa meqjus bħala valur ta’ sostituzzjoni adegwat sabiex jiġu riflessi l-importanza ekonomika tal-ksur kif ukoll l-importanza rispettiva ta’ kull impriża li tipparteċipa fil-ksur. Ir-riferiment għal dawn l-indikaturi jagħti indikazzjoni tajba ta’ kemm għandha tkun kbira l-multa u ma għandux jinftiehem bħala l-bażi ta’ metodu ta’ kalkolu awtomatiku u aritmetiku.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.013"><NO.PARAG>13.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta, il-Kummissjoni ser tuża l-valur tal-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi, iġġenerat mill-impriża, b’konnessjoni diretta jew indiretta mal-ksur, fis-settur ġeografiku kkonċernat fit-territorju taż-[Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)]. […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża jinsabu fil-punti 1 sa 32 tas-sentenza appellata u jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej għall-finijiet ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Quanta Storage hija attur tas-settur tal-apparat informatiku għall-ħażna u twettaq attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, ta’ disinn, ta’ manifattura u ta’ provvista ta’ disk drives ottiċi (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>DDO<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Hija ġiet stabbilita fi Frar 1999. Din hija kumpannija b’responsabbiltà limitata kkwotata fil-Borża ta’ Taipei fit-Tajwan (ir-Repubblika taċ-Ċina).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-ksur inkwistjoni jirrigwarda DDO użati f’kompjuters personali (desktop u notebooks) prodotti minn Dell Inc. u Hewlett Packard (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>HP<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Dell u HP huma ż-żewġ produtturi prinċipali ta’ prodotti ta’ oriġini fis-suq globali tal-kompjuters personali. Dawn iż-żewġ kumpanniji jużaw proċeduri ta’ sejħiet għal offerti klassiċi fuq skala globali li jinvolvu, b’mod partikolari, negozjati kull trimestru fuq prezz fuq livell globali u fuq volumi ta’ xiri globali b’numru żgħir ta’ fornituri preselezzjonati ta’ DDO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-proċeduri ta’ sejħa għal offerti kienu jinkludu talbiet għal kwotazzjonijiet, talbiet għal kwotazzjonijiet elettroniċi, negozjati online, irkanti elettroniċi u negozjati bilaterali (offline). Meta tingħalaq sejħa għal offerti, il-klijenti jattribwixxu volumi lill-fornituri ta’ DDO parteċipanti skont il-prezzijiet li huma joffru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20090114">14 ta’ Jannar 2009</DATE>, il-Kummissjoni rċeviet talba għal immunità bis-saħħa tal-Komunikazzjoni tagħha dwar l-Immunità minn Multi u Tnaqqis f’Multi f’Każijiet ta’ Kartell (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 298, p. 17</REF.DOC.OJ>) imressqa mill-kumpannija Koninklijke Philips NV. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Philips<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). Fid‑29 ta’ Jannar u fit‑<DATE ISO="20090302">2 ta’ Marzu 2009</DATE>, din it-talba ġiet issupplimentata sabiex tinkludi, minbarra din il-kumpannija, lil Lite-On IT Corporation u l-joint venture tagħhom Philips &amp; Lite-On Digital Solutions Corporations (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>PLDS<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20090630">30 ta’ Ġunju 2009</DATE> l-Kummissjoni tat l-immunità kundizzjonata lil Philips, lil Lite-On IT u lil PLDS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20120718">18 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet lil tlettax-il fornitur ta’ DDO, fosthom l-appellanti (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), li fiha hija indikat li dawn kienu kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat‑<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) billi pparteċipaw f’akkordju dwar id-DDO bejn il‑<DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE> u d‑<DATE ISO="20090629">29 ta’ Ġunju 2009</DATE>, li jikkonsisti fil-koordinazzjoni tal-aġir tagħhom fir-rigward tas-sejħiet għal offerti organizzati minn żewġ manifatturi ta’ kompjuters, jiġifieri Dell u HP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20121026">26 ta’ Ottubru 2012</DATE>, b’risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, l-appellanti ppreżentat l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha. Fid-29 u fit-<DATE ISO="20121130">30 ta’ Novembru 2012</DATE> inżammet seduta orali li fiha pparteċipaw id-destinatarji kollha tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’din tal-aħħar, il-Kummissjoni qieset li l-parteċipanti fl-akkordju kienu kkoordinaw l-aġir kompetittiv tagħhom, tal-inqas mit‑<DATE ISO="20040623">23 ta’ Ġunju 2004</DATE> sal‑<DATE ISO="20081125">25 ta’ Novembru 2008</DATE>. Hija ppreċiżat li din il-koordinazzjoni kienet saret permezz ta’ network ta’ kuntatti bilaterali paralleli. Hija indikat li l-parteċipanti fl-akkordju kienu jfittxu li jadattaw il-volumi tagħhom fis-suq u kienu jiżguraw li l-prezzijiet jibqgħu f’livelli ogħla minn dak li kienu jkunu fl-assenza ta’ dawn il-kuntatti bilaterali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreċiżat, fid-deċiżjoni kontenzjuża, li l-koordinazzjoni bejn il-parteċipanti fl-akkordju kienet tikkonċerna l-kontijiet klijenti ta’ Dell u ta’ HP. Skont il-Kummissjoni, minbarra n-negozjati bilaterali mal-fornituri tagħhom ta’ DDO, Dell u HP kienu japplikaw proċeduri standard ta’ sejħa għal offerti, li kienu jseħħu ta’ mill-inqas kull trimestru. Hija rrilevat li l-membri fl-akkordju kienu jużaw in-network ta’ kuntatti bilaterali tagħhom sabiex jimmanipulaw dawn il-proċeduri ta’ sejħa għal offerti, fejn b’hekk kienu jwaqqfu t-tentattivi tal-klijenti tagħhom li jistimolaw il-kompetizzjoni permezz tal-prezzijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, l-iskambji regolari ta’ informazzjoni b’mod partikolari ppermettew lill-membri tal-akkordju jkollhom għarfien fin ħafna tal-intenzjonijiet tal-kompetituri tagħhom saħansitra qabel ma jimpenjaw lilhom infushom fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, u konsegwentement li jipprevedu l-istrateġija kompetittiva tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żiedet li, f’intervalli regolari, il-membri tal-akkordju kienu jiskambjaw informazzjoni dwar il-prezzijiet fir-rigward tal-kontijiet privati tal-klijenti kif ukoll informazzjoni mhux relatata mal-prezzijiet, bħall-produzzjoni eżistenti u l-kapaċità ta’ provvista, il-qagħda tal-ħażna, is-sitwazzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni, il-mument tal-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda jew titjib. Hija osservat li, barra minn hekk, il-fornituri ta’ DDO kienu qed jissorveljaw ir-riżultati finali ta’ proċeduri ta’ sejħa għal offerti magħluqa, jiġifieri l-klassifikazzjoni, il-prezz u l-volum miksub.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni indikat ukoll li, filwaqt li kellhom f’moħħhom li l-membri tal-akkordju kellhom iżommu l-kuntatti tagħhom sigrieti fil-konfront tal-klijenti, il-fornituri ta’ DDO kienu jużaw, sabiex jikkuntattjaw lil xulxin, il-mezzi li kienu jqisu li huma suffiċjentement adattati sabiex jinkiseb ir-riżultat mixtieq. Hija ppreċiżat li, barra minn hekk, tentattiv li tiġi msejħa laqgħa ta’ tnedija sabiex jiġu organizzati laqgħat multilaterali regolari bejn dawn il-fornituri falla fl‑2003, wara li dan ġie żvelat lil klijent. Skont il-Kummissjoni, minflok dawn il-laqgħat, kien hemm kuntatti bilaterali, essenzjalment fil-forma ta’ telefonati u, kultant permezz ta’ messaġġi elettroniċi, inklużi fuq indirizzi tal-posta elettronika privati u fuq servizzi ta’ messaġġi istantanji, jew waqt laqgħat, l-iktar fuq il-livell ta’ amministraturi ta’ kontijiet globali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkonstatat li l-parteċipanti fl-akkordju kienu jikkuntattjaw lil xulxin b’mod regolari u li l-kuntatti, prinċipalment permezz tat-telefon, kienu qed isiru iktar frekwenti waqt il-proċeduri ta’ sejħa għal offerti, fejn matulhom kien hemm diversi telefonati kuljum bejn ċerti binomi ta’ parteċipanti fl-akkordju. Hija ppreċiżat li, ġeneralment, il-kuntatti bejn ċerti binomi ta’ parteċipanti fl-akkordju kienu kunsiderevolment ogħla milli fost oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi b’applikazzjoni tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Qabel kollox, sabiex tiddetermina l-ammont bażiku tal-multa, il-Kummissjoni qieset li, fid-dawl tad-differenzi kunsiderevoli fit-tul ta’ parteċipazzjoni tal-fornituri ta’ DDO fl-akkordju u sabiex jiġi rifless aħjar l-impatt reali ta’ dan tal-aħħar, kien xieraq li tintuża medja annwali kkalkolata fuq il-bażi tal-valur reali tal-bejgħ magħmul mill-impriżi kkonċernati matul ix-xhur kalendarji sħaħ tal-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom fil-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’hekk il-Kummissjoni spjegat li l-valur tal-bejgħ ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-bejgħ ta’ DDO għall-kompjuters personali ffatturati lill-entitajiet ta’ HP u ta’ Dell li jinsabu fiż-ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreċiżat li, fir-rigward tal-appellanti, il-bejgħ annwali kkunsidrati kienu jinkludu wkoll il-bejgħ ta’ DDO lil Sony Optiarc Inc., intiżi għan-notebooks u għall-kompjuters desktop ta’ Dell u ta’ HP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat, peress li l-aġir antikompetittiv fir-rigward ta’ HP kien beda iktar tard u sabiex tqis l-evoluzzjoni tal-akkordju, il-valur tal-bejgħ rilevanti jiġi kkalkolat b’mod separat għal HP u għal Dell, u li żewġ koeffiċjenti moltiplikaturi skont it-tul ta’ żmien jiġu applikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li, peress li l-ftehimiet ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet kienu, min-natura tagħhom stess, fost l-iktar ksur serju tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, u li l-akkordju kien mifrux tal-inqas fiż-ŻEE, il-perċentwali applikata abbażi tal-gravità f’dan il-każ għandha tkun ta’ 16 % għad-destinatarji kollha tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, kien meħtieġ li jiġi miżjud ammont ta’ 16 % għal finijiet dissważivi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kontenzjuża, sa fejn dan jirrigwarda lill-appellanti, jipprovdi dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Artikolu 1</TI.ART><ALINEA><P>L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw, matul il-perijodi indikati, fi ksur uniku u kontinwu li jinkludi diversi ksur separati, fis-settur tad-disk drives ottiċi li jkopri ż-ŻEE kollha, li kien jikkonsisti fi ftehim ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>[l-appellanti] mill‑<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE> sat <DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, għall-koordinazzjoni tagħha fil-konfront ta’ Dell u HP.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><ALINEA><P>Il-multi li ġejjin huma imposti għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 1:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>[l-appellanti]: [EUR] <FT TYPE="NUMBER">7146000</FT>.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE>, l-appellanti ppreżentat rikors intiż prinċipalment għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn tikkonċernaha, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, l-appellanti invokat ħames motivi. L-ewwel motiv kien ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, it-tieni, fuq żball manifest ta’ liġi u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni minħabba diverġenza bejn id-dispożittiv tad-deċiżjoni kontenzjuża u r-raġunament tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tul tal-ksur f’dak li jirrigwarda HP, it-tielet, fuq nuqqas ta’ provi u fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fi ksur uniku u kontinwu, ir-raba’, fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u, il-ħames, fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fil-kalkolu tal-ammont tal-multa u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet dawn il-motivi, u għaldaqstant, ir-rikors kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonċernaha;</P></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><P>sussidjarjament, tnaqqas il-multa li ġiet imposta fuqha;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż kollha marbuta ma’ din il-proċedura,</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti tinvoka ħames aggravji, li jirrigwardaw, essenzjalment, l-evalwazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, l-ewwel, tal-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li l-ksur uniku u kontinwu li bih hija akkużata kien kompost minn diversi ksur distinti, it-tieni, li ċerti provi ġew żnaturati, it-tielet, dwar it-tul taż-żmien tal-parteċipazzjoni tagħha f’dan il-ksur uniku u kontinwu, ir-raba’, tal-għarfien allegat tal-imsemmi ksur u, il-ħames, tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali ma applikatx, fil-punti 58 sa 72 tas-sentenza appellata, il-kriterju ġuridiku rilevanti u li żnaturat il-provi meta ċaħdet il-motiv tagħha ta’ annullament ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha, li l-Kummissjoni wettqet ksur meta kkonstatat, fid-deċiżjoni kontenzjuża, minbarra ksur uniku u kontinwu, diversi ksur distinti li hija ma kinitx ikklassifikat bħala tali fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tfakkar in-natura fundamentali tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża, li japplika f’kull proċedura li tista’ twassal għal sanzjonijiet, b’mod partikolari għal multi jew għal pagamenti ta’ penalità. Fil-qasam tal-kompetizzjoni, dan il-prinċipju jeżiġi, b’mod partikolari, li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, indirizzata mill-Kummissjoni lil impriża li fuqha tipprevedi li timponi sanzjoni, tinkludi ċertu numru ta’ elementi essenzjali, bħall-fatti allegati, il-klassifikazzjoni ġuridika tagħhom u l-provi li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża ruħha, sabiex din l-impriża tkun tista’ ssostni b’mod utli l-argumenti tagħha fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva mibdija kontriha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, il-ġurisprudenza ċċitata mill-Qorti Ġenerali fil-punti 62 u 63 tas-sentenza appellata ma tista’tiġi rrikonċiljata la mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, u lanqas mal-Artikolu 41(1) u (2), kif ukoll mal-Artikolu 48(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li d-drittijiet tad-difiża tal-appellanti kienu ġew irrispettati, filwaqt li, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni ma kklassifikatx bħala ksur distinti elementi li hija kklassifikat bħala tali<?PAGE NO="8"?> fid-dispożittiv tad-deċiżjoni kontenzjuża. Fil-fatt, id-diversi kombinazzjonijiet ta’ kuntatti antikompetittivi allegati f’din id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet setgħu taw lok għal numru kbir ta’ ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Dan huwa wkoll il-każ, anki jekk il-Kummissjoni kienet ibbażat id-deċiżjoni kontenzjuża fuq ħames kuntatti biss. Fir-rigward, pereżempju, tal-kuntatt Nru 5, ir-rikorrenti ssostni li dan ma jistax jikkostitwixxi waħdu ksur tal-Artikolu 101 TFUE. Għall-kuntrarju, dan jista’ jiġi kklassifikat bħala tali flimkien ma’ kuntatti oħra. L-istess japplika għall-kombinazzjonijiet kollha ta’ kuntatti antikompetittivi li jinkludu dan il-kuntatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk, minkejja li l-fatti u l-provi ġew esposti fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-provi ma kinitx. Issa, in-nuqqas ta’ tali klassifikazzjoni fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet wassal għal ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, ħaġa li l-Qorti Ġenerali naqset milli tirrikonoxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi meta llimitat l-istħarriġ tagħha biss għall-kuntatti li kienu msemmija fid-deċiżjoni kontenzjuża. Skont l-appellanti, anki fil-każ fejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet indikat li kull kombinazzjoni ta’ kuntatt kienet tikkostitwixxi ksur, kien ikun impossibbli għaliha li tittratta kull waħda minn dawn il-kombinazzjonijiet mingħajr ma tkun taf il-klassifikazzjoni preċiża adottata mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienet indikat lill-appellanti li l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat kull kombinazzjoni ta’ kuntatti bilaterali bħala ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-iżnaturament tal-fatti, l-appellanti tirrileva li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-premessi 301, 308, 353 u 354 tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienu jirreferu għal sensiela ta’ akkordji u ta’ prattiki miftiehma u li, għaldaqstant, l-appellanti kienet ġiet informata bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur distinti. Madankollu, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-ewwel sentenza tal-premessa 353 tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li tippreċiża b’mod ċar li l-Kummissjoni kkunsidrat li kien hemm biss ksur wieħed uniku u kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis, preliminarjament, li dan l-aggravju huwa ineffettiv. Hija tenfasizza li l-Qorti Ġenerali kkonfermat il-konstatazzjoni tagħha li l-appellanti kienet ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu bejn l‑<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE> u t‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>. Għaldaqstant, l-argumenti tal-appellanti dwar il-konstatazzjoni inċidentali tal-Kummissjoni, li dan il-ksur uniku u kontinwu huwa kkostitwit minn diversi ksur distinti, huma ineffettivi peress li ma jistax ikollhom effett fuq id-dispożittiv tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ssostni li dawn l-argumenti huma infondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>L-ewwel, l-appellanti żnaturat is-sentenza appellata billi ssostni li fiha l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li mill-ġurisprudenza jirriżulta li d-drittijiet proċedurali ta’ parti ma japplikawx jekk din tal-aħħar tkun ifformulat osservazzjonijiet fuq dak li jkun tressaq quddiemha. Għall-kuntrarju, il-Qorti Ġenerali għamlet sunt korrett, fil-punti 60 sa 63 ta’ din is-sentenza, tal-prinċipji applikabbli f’dak li jikkonċerna d-dritt għal smigħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>It-tieni, l-argument tal-appellanti bbażat fuq żnaturament manifest tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, fil-punt 65 tas-sentenza appellata, għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, matul il-proċedura amministrattiva, din instemgħet sew dwar l-allegazzjoni li l-aġir tagħha kien jikkostitwixxi mhux biss ksur uniku u kontinwu, iżda wkoll sensiela ta’ ksur distinti. Minn naħa,<?PAGE NO="9"?> il-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat, fil-punti 66 u 67 ta’ din is-sentenza, li kuntatti antikompetittivi jistgħu, kemm jikkostitwixxu ksur distinti kif ukoll, meħuda flimkien, jiġu kklassifikati bħala ksur uniku u kontinwu. Din il-konklużjoni hija konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Min-naħa l-oħra, kuntrarjament għal dak li tafferma l-appellanti, id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienet tabilħaqq semmiet sensiela ta’ ksur f’diversi okkażjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>It-tielet, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali, fil-punti 68 sa 70 tas-sentenza appellata, indirizzat l-argument tagħha li l-kombinazzjonijiet differenti tal-kuntatti allegati fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienu wasslu għal numru għoli ta’ ksur possibbli. Minn naħa, hija kkonstatat li n-numru ta’ kuntatti li fihom l-appellanti kienet involuta kien limitat. Din il-konstatazzjoni, ta’ natura fattwali, ma tistax tiġi kkontestata fl-istadju tal-appell. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali kkonstatat ukoll li, fi kwalunkwe każ, l-appellanti kienet f’pożizzjoni li tiddefendi ruħha fir-rigward tal-kuntatti bilaterali allegati kollha u li hija għamlet użu minn din il-possibbiltà, b’tali mod li hija ma tistax tallega li d-drittijiet tad-difiża tagħha ġew miksura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-raba’, l-appellanti żnaturat id-deċiżjoni kontenzjuża meta ssostni li n-natura antikompetittiva tal-kuntatt Nru 5 tiddependi biss fuq il-kuntatt Nru 1. Minbarra l-fatt li din l-interpretazzjoni ma tieħux inkunsiderazzjoni l-premessi 257 sa 259 ta’ din id-deċiżjoni, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet ġustament, fil-punti 68 sa 70 tas-sentenza appellata, li l-appellanti kellha l-opportunità tikkontesta n-natura antikompetittiva kemm tal-kuntatt Nru 1 kif ukoll tal-kuntatt Nru 5.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-ħames, l-appellanti qrat b’mod żbaljat il-punti 70 u 71 tas-sentenza appellata. Il-Qorti Ġenerali ma affermatx li d-drittijiet tad-difiża japplikaw biss meta impriża tkun wettqet numru limitat ta’ kuntatti bilaterali. Hija sempliċement irrilevat, sussidjarjament, fil-punt 71 ta’ din is-sentenza, li l-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli għan-numru eventwalment għoli ta’ kuntatti bilaterali li l-appellanti hija l-awtur tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet, fil-punti 58 sa 72 tas-sentenza appellata, żball ta’ liġi u li żnaturat il-provi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha meta kkonstatat, fid-deċiżjoni kontenzjuża, minbarra ksur uniku u kontinwu, diversi ksur distinti li hija ma kinitx ikklassifikat bħala tali fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fl-Artikolu 1(h) tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni essenzjalment ikkonstatat, minn naħa, l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu u, min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>diversi ksur distinti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> li jikkostitwixxu dan il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat ukoll li l-ewwel aggravju huwa intiż jikkontesta biss l-evalwazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, ta’ din it-tieni konstatazzjoni, dwar l-eżistenza ta’ diversi ksur distinti. Għall-kuntrarju, dan l-aggravju ma jirrigwardax l-evalwazzjoni tagħha tal-konklużjoni, li tinsab f’din id-dispożizzjoni, li tipprovdi li l-appellanti pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, sa fejn, f’dan il-każ, din tal-aħħar ibbażat id-deċiżjoni kontenzjuża fuq żewġ konstatazzjonijiet ta’ ksur distinti, l-imsemmi aggravju ma jistax, qabelxejn, jiġi miċħud bħala ineffettiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Sabiex jiġi eżaminat l-istess aggravju, għandu jitfakkar, preliminarjament, li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE jista’ jirriżulta mhux biss minn att individwali, iżda wkoll minn sensiela ta’ atti jew minn aġir kontinwu, anki fil-każ li wieħed minn dawn l-elementi jew iktar ta’ din is-sensiela ta’ atti jew aġir kontinwu jistgħu fihom innifishom u individwalment, jikkostitwixxu ksur ta’ din id-dispożizzjoni. Għalhekk, meta l-aġir differenti jagħmlu parti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>pjan ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, minħabba l-għan identiku tagħhom li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern, il-Kummissjoni għandha d-dritt timputa r-responsabbiltà ta’ dawn l-aġir skont il-parteċipazzjoni fil-ksur ikkunsidrat fl-intier tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:778">EU:C:2012:778</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Impriża li tkun ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu minħabba f’aġir tagħha stess, li kien jaqa’ taħt kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ftehim<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>prattika miftiehma<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li għandu għan antikompetittiv fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE u li kienu intiżi sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-ksur kollu kemm hu, tista’ wkoll tkun responsabbli għall-aġir ta’ impriżi oħra fil-kuntest tal-istess ksur għall-perijodu kollu tal-parteċipazzjoni tagħha fl-imsemmi ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:778">EU:C:2012:778</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-parteċipazzjoni ta’ impriża fi ksur uniku u kontinwu ma teħtieġx il-parteċipazzjoni diretta tagħha fl-aġir antikompetittiv kollu li jikkostitwixxi dan il-ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Silver Plastics u Johannes Reifenhäuser vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑702/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:857">EU:C:2020:857</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandu jiġi eżaminat l-ewwel aggravju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>L-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li wettqet żball ta’ liġi, fil-punti 58 sa 72 tas-sentenza appellata, meta ċaħdet l-argument tagħha li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha meta akkużatha, għall-ewwel darba fid-deċiżjoni kontenzjuża, minbarra għall-parteċipazzjoni tagħha fi ksur uniku u kontinwu, parteċipazzjoni f’diversi ksur distinti li jikkostitwixxu dan il-ksur uniku u kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ksur uniku u kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jippreżupponi sensiela ta’ aġir li jistgħu jikkostitwixxi wkoll, fihom infushom, ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE. Għalkemm sensiela ta’ aġir jista’ jiġi kklassifikat, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 54 u 55 ta’ din is-sentenza, bħala ksur uniku u kontinwu, minn dan ma jistax jiġi dedott li kull wieħed minn dan l-aġir għandu, fih innifsu u individwalment, neċessarjament jiġi kklassifikat bħala ksur distint ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha wkoll tidentifika u tikklassifika bħala tali kull wieħed mill-imsemmi aġir u sussegwentement tipproduċi l-prova tal-involviment tal-impriża kkonċernata li lilha huma imputati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li huwa prevedibbli biss il-qsim ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika akkordju globali bħala ksur uniku u kontinwu jekk, minn naħa, l-imsemmija impriża kienet tqiegħdet f’pożizzjoni, matul il-proċedura amministrattiva, li tifhem li ġew ikkontestati fil-konfront tagħha wkoll kull aġir li jikkostitwixxi dan, u għalhekk li tiddefendi ruħha fuq dan il-punt, u jekk, min-naħa l-oħra, din id-deċiżjoni tkun suffiċjentement ċara f’dan ir-rigward (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:778">EU:C:2012:778</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rispett ta’ dawn id-drittijiet f’kull proċedura li tista’ twassal għal sanzjonijiet, b’mod partikolari għal multi jew għal pagamenti ta’ penalità, jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, li għandu jiġi osservat b’mod sħiħ mill-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Versalis <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/13 P u C‑123/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:150">EU:C:2015:150</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan is-sens, kif ġustament fakkret il-Qorti Ġenerali, ir-Regolament Nru 1/2003 jipprevedi li għandha tintbagħat lill-partijiet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li għandha tindika, b’mod ċar, l-elementi essenzjali kollha li fuqhom ibbażat ruħha l-Kummissjoni f’dan l-istadju tal-proċedura. Tali dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tikkostitwixxi l-garanzija proċedurali li tapplika l-prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, li jeżiġi r-rispett tad-drittijiet tad-difiża f’kull proċedura li tista’ twassal għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni. Dan il-prinċipju jeżiġi b’mod partikolari li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet indirizzata mill-Kummissjoni lil impriża li fil-konfront tagħha hija għandha l-intenzjoni timponi sanzjoni għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tinkludi l-elementi essenzjali meqjusa kontra din l-impriża, bħall-fatti allegati, il-klassifikazzjoni li tingħatalhom u l-provi li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża ruħha, sabiex din l-impriża tkun f’pożizzjoni li ssostni l-argumenti tagħha b’mod effikaċi fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva mressqa kontriha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Papierfabrik August Koehler <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/07 P, C‑327/07 P u C‑338/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:500">EU:C:2009:500</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Ċertament, kif fakkar l-Avukat Ġenerali fil-punt 88 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tippreċiża, fid-deċiżjoni finali tagħha, klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti li hija użat, b’mod provviżorju, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi li jirriżultaw mill-proċedura amministrattiva, jew sabiex tabbanduna oġġezzjonijiet li rriżultaw infondati, jew sabiex tiżviluppa u tikkompleta kemm fil-fatt kif ukoll fid-dritt l-argument tagħha insostenn tal-oġġezzjonijiet li hija ssostni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>SNIA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑448/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:801">EU:C:2013:801</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, dan jimplika li l-Kummissjoni għandha, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, tiddikjara kull klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti li hija għandha l-intenzjoni li tadotta fid-deċiżjoni finali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li d-drittijiet tad-difiża tal-impriża kkonċernata ma humiex miksura minħabba nuqqas ta’ qbil bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni finali sakemm ilment imressaq f’din tal-aħħar ma jkunx ġie espost fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew li ma jkunx ġie espost b’mod suffiċjenti sabiex jippermetti lid-destinatarji ta’ din id-dikjarazzjoni li jsostnu b’mod utli l-argumenti tagħhom fil-kuntest tal-proċedura mibdija fir-rigward tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tikkritika lid-destinatarji ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet mhux biss ksur uniku u kontinwu, iżda wkoll kull aġir li jikkostitwixxi dan il-ksur meħud separatament bħala ksur distint, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża ta’ dawn id-destinatarji jeżiġi li l-Kummissjoni tesponi, f’din id-dikjarazzjoni, l-elementi neċessarji sabiex dawn ikunu jistgħu jifhmu li l-Kummissjoni bdiet proċeduri ġudizzjarji fir-rigward tagħhom fil-kuntest kemm għal dan il-ksur uniku u kontinwu kif ukoll għal kull wieħed minn dawn il-ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-punti 60 sa 63 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ġustament fakkret il-prinċipji dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża fil-kuntest ta’ proċedura intiża sabiex jiġi kkonstatat ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE. Hija ġustament ippreċiżat ukoll, fil-punt 62 ta’ din is-sentenza, li huwa<?PAGE NO="12"?> biss jekk id-deċiżjoni finali tallega li l-impriżi kkonċernati wettqu ksur differenti minn dak imsemmi fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew tieħu inkunsiderazzjoni fatti differenti li ksur tad-drittijiet tad-difiża għandu jiġi kkonstatat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l-appellanti ma tistax targumenta fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 63 tas-sentenza appellata, billi rreferiet għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:582">EU:C:2002:582</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li ma hemmx lok li jiġi kkonstatat ksur tad-drittijiet tad-difiża meta l-allegati differenzi bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni finali ma jirrigwardawx aġir differenti minn dak li fir-rigward tiegħu l-impriżi kkonċernati kienu diġà spjegaw ruħhom u li, għaldaqstant, ma jikkostitwixxux ilment ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali kunsiderazzjoni hija bbażata fuq il-premessa li l-Kummissjoni indikat b’mod ċar, minn naħa, l-intenzjoni tagħha li tikklassifika bħala ksur distint kull wieħed mill-aġir jew kombinazzjoni ta’ aġir inkwistjoni, meħud individwalment, u, min-naħa l-oħra, lil liema impriża hija kienet tattribwixxih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, fil-punt 65 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, ċertament, ikkonstatat li diversi elementi esposti fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienu jindikaw li l-Kummissjoni kienet tikkunsidra li l-akkordju kien ikkostitwit minn diversi ftehimiet. Madankollu, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tiddeduċi minn dawn il-kunsiderazzjonijiet ġenerali u lanqas mill-kuntatti bilaterali identifikati f’din id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u msemmija fil-punt 69 ta’ din is-sentenza, li l-Kummissjoni kienet indikat fiha b’mod ċar l-elementi neċessarji sabiex l-appellanti tkun tista’ tifhem li l-Kummissjoni kellha, minbarra ksur uniku u kontinwu, ukoll l-intenzjoni li tattribwixxilha bħala ksur distinti kull aġir jew kombinazzjoni ta’ aġir li l-appellanti kienet ipparteċipat fih direttament, meħud individwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi. Fil-fatt, billi tikkonfondi impliċitament il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>aġir<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ma’ dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ksur<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, l-appellanti ma setgħetx tifhem, fl-assenza ta’ kwalunkwe indikazzjoni ċara fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni tibda’ proċeduri ġudizzjarji fil-konfront tagħha, mhux biss fir-rigward ta’ ksur uniku u kontinwu allegat f’din id-dikjarazzjoni, iżda wkoll fir-rigward ta’ diversi ksur distinti kkostitwiti minn diversi kuntatti bilaterali msemmija f’din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx, mingħajr ma twettaq żball ta’ liġi, tiddeċiedi li l-Kummissjoni ma kinitx kisret id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, filwaqt li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma kinitx tinkludi l-elementi essenzjali meqjusa kontriha f’dak li jirrigwarda dan il-ksur distinti, b’mod partikolari l-klassifikazzjoni prevista tal-aġir jew tal-kombinazzjonijiet ta’ aġir li kienet akkużata bih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel aggravju għandu jiġi milqugħ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li, fil-punti 104 sa 107 u 113 sa 115 tas-sentenza appellata, żnaturat il-provi li hija pproduċiet fil-kuntest tat-tieni parti tal-ewwel motiv tar-rikors għal annullament tagħha, li kienu jirrigwardaw ir-rispett tad-drittijiet<?PAGE NO="13"?> tad-difiża u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba. B’mod iktar preċiż, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li żnaturat is-sens ċar tal-punt 13 tar-risposta tagħha għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li kien isemmi biss kuntatti bejnha u Philips, kif ukoll Sony Optiarc, li l-appellanti kienet il-fornitur tagħha, meta kkonkludiet li dawn il-kuntatti kienu juru li din tal-aħħar kienet f’kuntatt dirett mal-kompetituri tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, billi kkonstatat, fil-punti 104 sa 107 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma kinitx kisret id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali qalbet l-oneru tal-prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, il-Qorti Ġenerali indebitament ikkunsidrat li, billi rrifjutat li titlob lil HP u lil Dell sabiex jipprovdu informazzjoni dwar it-trasparenza tas-suq, il-Kummissjoni ma kinitx kisret dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-punti 113 u 114 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat dikjarazzjonijiet tal-appellanti bħala li jammettu kuntatti illegali ma’ kompetituri meta dawn kienu biss kuntatti bejn fornitur u klijenti tiegħu. L-iżnaturament tas-sens ċar ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet wassal lill-Qorti Ġenerali sabiex tikkonkludi, b’mod żbaljat, li ma kienx neċessarju li l-Kummissjoni titlob lil HP u lil Dell tipproduċi ċerti dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li t-tieni aggravju huwa ineffettiv u infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad qabelxejn l-ilmenti mressqa kontra motivi superfluwi ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, peress li dawn ma jistgħux iwasslu għall-annullament tagħha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑403/04 P u C‑405/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:52">EU:C:2007:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0106">106</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li l-iżnaturamenti ta’ provi allegati mill-appellanti jirrigwardaw biss punti li ma jikkostitwixxux direttament il-bażi tal-konklużjonijiet magħmula fil-punti 107 u 115 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, il-provi msemmija fil-punti 104 sa 106 ta’ din is-sentenza jitqiesu flimkien ma’ tliet provi oħra, esposti fil-punti 96, 100 u 103 tal-imsemmija sentenza, li huma suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw il-konstatazzjoni li tinsab fil-punt 107 tal-istess sentenza. Min-naħa l-oħra, il-parti kkontestata tal-punt 113 tas-sentenza appellata lanqas ma hija neċessarja sabiex issostni l-konklużjonijiet esposti fil-punti 114 u 115 ta’ din is-sentenza. Dan il-punt 113 jibda’ b’konstatazzjoni fattwali, mhux ikkontestata, li fiha nnifisha, hija biżżejjed sabiex issostni dawn il-konklużjonijiet. Din il-konstatazzjoni tirrigwarda l-fatt li l-appellanti pparteċipat f’kuntatti diretti li matulhom il-parteċipanti fl-akkordju kienu skambjaw informazzjoni fuq il-prezzijiet. Dan huwa biżżejjed sabiex jiġi ġġustifikat li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Kummissjoni ma kellhiex bżonn titlob lil Dell u lil HP tipproduċi dokumenti li permezz tagħhom huma kienu żammew informati lill-fornituri ta’ DDO bil-prezzijiet tal-kompetituri tagħhom. L-eventwali żnaturament ta’ prova fit-tieni parti tal-imsemmi punt 113 ma għandux effett fuq l-imsemmija konklużjonijiet imsemmija fil-punti 114 u 115 tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni aggravju tal-appellanti għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni jew li ma applikatx il-kriterju ġuridiku korrett meta ċaħdet it-tieni motiv tar-rikors għal annullament tagħha, ibbażat fuq kontradizzjoni bejn il-motivi tad-deċiżjoni kontenzjuża u d-dispożittiv tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali li jinsab fil-punti 118 sa 121 tas-sentenza appellata ma jikkostitwixxix risposta suffiċjenti għal dan it-tieni motiv. Fil-fehma tagħha, teżisti kontradizzjoni bejn il-premessa 553 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li minnha jirriżulta li l-appellanti pparteċipat biss, fir-rigward ta’ HP, fil-ksur uniku u kontinwu inkwistjoni mill‑10 ta’ April sat‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, u d-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni, li jistabbilixxi parteċipazzjoni tal-appellanti f’dan il-ksur, kemm fir-rigward ta’ Dell kif ukoll ta’ HP, mill‑<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE> sat‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Issa, tali kontradizzjoni kellha twassal lill-Qorti Ġenerali tilqa’ t-tieni motiv tar-rikors għal annullament tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li dan l-aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha jew li wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet it-tieni motiv tar-rikors għal annullament tagħha, ibbażat fuq kontradizzjoni bejn il-motivi u d-dispożittiv tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fil-punt 118 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrilevat li l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża jindika li l-Kummissjoni rrilevat l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu u li dan ma kienx ifisser, madankollu, li d-destinatarji kollha ta’ din id-deċiżjoni kellhom jiġu ssanzjonati għal dan il-ksur sħiħ. Fil-punt 119 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali, fil-fatt, enfasizzat li dan l-Artikolu 1 jippreċiża li l-imsemmi ksur huwa kkostitwit minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>diversi ksur separati<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fil-punt 120 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali ddeduċiet minn dan li, huwa mingħajr ma kkontradixxiet ruħha li l-Kummissjoni indikat, kemm fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża, li l-appellanti kienet ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu fir-rigward ta’ Dell u ta’ HP mill‑<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE> sat‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, u ħadet inkunsiderazzjoni, fil-premessa 553 ta’ din id-deċiżjoni, dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multa, id-data l-iktar tardiva tal-ewwel kuntatti tal-appellanti fir-rigward ta’ HP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Dan ir-raġunament la huwa vvizzjat b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni u lanqas minn żball ta’ liġi fir-rigward tal-kriterju ġuridiku applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, il-fatt li impriża ma tkunx ipparteċipat fl-elementi kollha li jikkostitwixxu akkordju jew li kellha rwol minuri fl-aspetti li fihom ipparteċipat ma huwiex rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur min-naħa tagħha, peress<?PAGE NO="15"?> li dawn l-elementi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss meta tiġi evalwata l-gravità tal-ksur u, jekk ikun il-każ, meta jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑99/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:773">EU:C:2018:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni segwiet raġunament konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw minn din il-ġurisprudenza. Wara li kkonstatat, fil-premessa 517 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-appellanti kienet ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu mill‑14 ta’ Frar sat‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, hija eżaminat, fit-tmien parti ta’ din id-deċiżjoni, liema kienu l-miżuri korrettivi li għandhom jiġu adottati kontra l-impriżi li pparteċipaw f’dan il-ksur. Huwa fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni li l-Kummissjoni speċifikat, għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa, it-tul tal-parteċipazzjoni tal-impriżi kkonċernati f’kull wieħed mill-elementi li jikkostitwixxu l-imsemmi ksur, jiġifieri l-parti ta’ dan tal-aħħar dwar il-bejgħ imwettaq lil Dell (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>parti Dell tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) u l-parti tal-istess ksur relatata mal-bejgħ imwettaq lil HP (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>parti HP tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>). Għalhekk, it-tabella li tinsab fil-premessa 553 tal-imsemmija deċiżjoni sempliċement tipprovdi indikazzjonijiet għall-finijiet mhux tal-konstatazzjoni tal-ksur uniku u kontinwu inkwistjoni, iżda għall-kalkolu tal-multa. Għalhekk ma teżisti ebda kontradizzjoni bejn din il-premessa 553 u l-Artikolu 1(h) tad-deċiżjoni kontenzjuża, li, min-naħa tagħha, ma tirrigwardax il-kalkolu tal-multa, iżda l-konstatazzjoni ta’ dan il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-elementi esposti fil-punti 87 u 88 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li mmotivat b’mod żbaljat is-sentenza appellata jew li wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet it-tieni motiv tar-rikors għal annullament tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li wettqet diversi żbalji ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tar-responsabbiltà tagħha fir-rigward tal-parti Dell tal-ksur. Dan l-aggravju jinqasam f’żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tar-raba’ aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>L-ewwel parti tar-raba’ motiv tirrigwarda, essenzjalment, l-allegat għarfien, mill-appellanti, tal-ksur uniku u kontinwu inkwistjoni. L-appellanti ssostni li l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat ġustament li l-appellanti kienet taf jew kellha tkun taf bil-parti Dell tal-ksur hija bbażata fuq żnaturament tal-provi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni bbażat il-prova tagħha fuq żewġ ittri elettroniċi interni għal Sony Optiarc tal‑14 ta’ Frar u tat‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, li l-appellanti rċeviet kopja tagħhom. Minn dan il-Kummissjoni ddeduċiet li l-appellanti kienet fehmet jew kellha tifhem li l-informazzjoni li tinsab f’dawn l-ittri elettroniċi kienet toriġina minn kompetitur u kienet turi skambji illeċiti bejn kompetituri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti sostniet li dawn l-ittri elettroniċi ma kinux jikkostitwixxu provi suffiċjenti sabiex jintwera’ l-għarfien tagħha tal-ksur uniku u kontinwu inkwistjoni, peress li hija fehmet li l-informazzjoni li tinsab fihom kienet toriġina minn Dell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod żbaljat dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ittra elettronika tal‑<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, il-Qorti Ġenerali analizzat, fil-punti 157 sa 160 tas-sentenza appellata, erba’ indizji distinti li jikkostitwixxu, fil-fehma tagħha, sensiela ta’ indizji suffiċjenti sabiex jintwera’ li l-appellanti kellha tifhem li l-informazzjoni li tinsab f’din l-ittra elettronika ma kinitx toriġina minn Dell, iżda minn kompetitur. Dan ifisser għalhekk li jekk ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali kien ivvizzjat għal wieħed minn dawn l-indizji, il-konklużjoni tagħha tkun ivvizzjata fl-intier tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti Ġenerali żnaturat wieħed mill-provi invokati bħala r-raba’ indizju, li jinsab fil-punt 160 tas-sentenza appellata. Dawn il-provi huma żewġ ittri elettroniċi ta’ Sony Optiarc, waħda tat‑<DATE ISO="20071030">30 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-oħra tat‑<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>. Issa, jirriżulta b’mod ċar li, kuntrarjament għal dak li tafferma l-Qorti Ġenerali, l-ittra elettronika tat‑<DATE ISO="20071030">30 ta’ Ottubru 2007</DATE> ġiet skambjata bejn żewġ impjegati ta’ Sony Optiarc u mhux bejn Sony Optiarc u l-appellanti. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali żnaturat din il-prova, li joħloq dubji dwar id-dimostrazzjoni tagħha dwar l-ittra elettronika tal‑<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ittra elettronika tat‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat, fil-punti 202 sa 205 tas-sentenza appellata, li din setgħet titqies li tikkostitwixxi prova ta’ kuntatt antikompetittiv dwar il-prezzijiet. Il-Qorti Ġenerali bbażat din il-konklużjoni fuq ċertu numru ta’ indizji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi meqjusa bħala indizji. Mhux biss ma jista’ jiġi dedott xejn mill-ittra tal‑<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE> sabiex tintwera n-natura tal-kuntatt antikompetittiv tat‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, iżda huwa wkoll impossibbli li mill-provi dwar il-parti HP tal-ksur li tiġi dedotta kwalunkwe konklużjoni fir-rigward tal-parti Dell tal-ksur. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-provi kienu suffiċjenti sabiex tintwera n-natura antikompetittiva ta’ dan il-kuntatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-ewwel parti tar-raba’ aggravju għandha tiġi miċħuda bħala ineffettiva u infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi relatati mal-għarfien tal-parti Dell tal-ksur u b’nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li jkun hemm żnaturament meta, mingħajr ma jsir riferiment għal provi ġodda, l-evalwazzjoni tal-provi eżistenti tidher manifestament żbaljata. Hija l-appellanti li għandha tindika bi preċiżjoni l-provi li ġew żnaturati u li għandha tesponi l-iżbalji ta’ evalwazzjoni li jkunu twettqu (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑99/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:773">EU:C:2018:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward, l-ewwel, tal-ittra elettronika interna ta’ Sony Optiarc tal‑<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, li tagħha l-appellanti kienet ikkopjata, hija ssostni li l-Qorti Ġenerali bbażat il-konklużjoni tagħha li din l-ittra elettronika kienet biżżejjed sabiex turi li l-appellanti kellha tifhem li kien jeżisti ksur,<?PAGE NO="17"?> fuq l-erba’ indizji msemmija fil-punti 157 sa 160 tas-sentenza appellata. Ir-rikorrenti ssostni li dawn l-indizji huma ta’ natura kumulattiva, b’tali mod li jekk wieħed minnhom ikun nieqes, din il-konklużjoni ma tistax tinżamm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Issa, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-Qorti Ġenerali effettivament żnaturatx wieħed minn dawn l-elementi, għandu jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-appellanti, mis-sentenza appellata jirriżulta b’mod ċar li l-imsemmija indizji ma għandhomx jinftiehmu bħala kundizzjonijiet kumulattivi li għalihom l-imsemmija konklużjoni tal-Qorti Ġenerali hija suġġetta, iżda bħala li huma wkoll provi awtonomi iżda konkordanti, intiżi sabiex juru li l-appellanti kellha tifhem li l-ittra elettronika tal‑<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE> kienet tirreferi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali analizzat qabel kollox, fil-punti 157 u 158 tas-sentenza appellata, il-kontenut ta’ din l-ittra elettronika. Minn dan hija kkonkludiet, minn naħa, li l-kliem stess użat f’din tal-aħħar kien jissuġġerixxi li Sony Optiarc kellha konverżazzjonijiet diretti ma’ Toshiba Samsung Storage Technology (TSST) u PLDS, u, min-naħa l-oħra, li l-kontenut tal-informazzjoni attribwita lil dawn il-kumpanniji tal-aħħar fl-imsemmija ittra elettronika kien tali li l-appellanti kellha tifhem li dawn setgħu ġew ipprovduti minn dawn il-kumpanniji biss lil kompetitur ieħor u mhux lil Dell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Sussegwentement, fil-punt 159 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeduċiet mill-konstatazzjoni li, b’mod ġenerali, meta informazzjoni toriġina minn Dell, Sony Optiarc kienet tiżgura li dan jiġi ppreċiżat, il-konklużjoni li l-assenza ta’ tali preċiżjoni kienet, f’dan il-każ, sinjifikattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-punt 160 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali semmiet żewġ ittri elettroniċi oħra ta’ Sony Optiarc, waħda tat‑<DATE ISO="20071030">30 ta’ Ottubru 2007</DATE> u l-oħra tat‑<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, sabiex tiddeduċi wkoll li l-appellanti kellha tkun f’pożizzjoni li tifhem li l-ittra elettronika interna ta’ Sony Optiarc tal‑<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE> kienet tirreferi għal kuntatti mal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Minn din l-analiżi tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li din ippreżentat b’mod ċar dawn l-erba’ indizji, mhux bħala erba’ elementi kumulattivi neċessarji sabiex ikun jista’ jiġi konkluż li l-appellanti kellha tifhem li kien jeżisti ksur, iżda sempliċement bħala indizji indipendenti li kollha jikkontribwixxu għall-istess konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ilment ta’ żnaturament li jirrigwarda l-ittri elettroniċi tat‑<DATE ISO="20071030">30 ta’ Ottubru 2007</DATE> u tat‑<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE> ma jistax, waħdu, jikkontesta l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali msemmija fil-punt 161 tas-sentenza appellata, b’tali mod li dan l-ilment għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tieni nett, tal-ittra elettronika interna tat‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, l-appellanti sostniet quddiem il-Qorti Ġenerali li din l-ittra elettronika setgħet tinftiehem bħala li tirreferi għal informazzjoni provenjenti minn Dell u mhux minn kompetituri. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Filwaqt li tikkontesta din iċ-ċaħda, l-appellanti tikkontesta, qabelxejn, in-natura probatorja tal-ittra elettronika tat‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE> bl-istess argumenti invokati fir-rigward tal-ittra elettronika tal‑<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Madankollu, għall-istess raġunijiet bħal dawk esposti fil-punti 106 sa 111 ta’ din is-sentenza, dan l-argument ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali ma spjegatx, fil-punt 204 tas-sentenza appellata, ir-raġuni għalfejn l-għarfien jew il-parteċipazzjoni fil-parti HP tal-ksur uniku u kontinwu kien element rilevanti intiż sabiex juri li l-appellanti kellha tifhem li l-ittra elettronika tat‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE> kienet tiżvela informazzjoni pprovduta mill-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, permezz ta’ dan l-argument, l-appellanti tfittex fir-realtà li tikseb evalwazzjoni ġdida tal-valur probatorju ta’ dawn il-provi, li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma taqax taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ħlief fil-każ tal-iżnaturament ta’ din il-prova (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170112">12 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑411/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:11">EU:C:2017:11</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0153">153</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), ħaġa li l-appellanti ma turix. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-imsemmi argument huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti tar-raba’ aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment ineffettiva u parzjalment inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tar-raba’ aggravju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti 148 sa 207 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet uriet li l-appellanti kellha l-intenzjoni tikkontribwixxi, permezz tal-aġir tagħha stess, għall-għanijiet komuni segwiti mill-parteċipanti kollha fil-ksur inkwistjoni. Il-Qorti Ġenerali ma weġbitx għall-argumenti li hija invokat quddiemha f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Kummissjoni kellha turi l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur uniku u kontinwu inkwistjoni billi turi li hija kellha l-intenzjoni tikkontribwixxi, permezz tal-aġir tagħha stess, għall-għanijiet segwiti mill-parteċipanti kollha f’dan il-ksur. Il-Kummissjoni setgħet turi parteċipazzjoni passiva kieku r-rikorrenti kienet ipparteċipat f’diskussjonijiet antikompetittivi u li hija ma kinitx iddistakkat ruħha pubblikament minn dawn id-diskussjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Fil-premessa 219 tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni sostniet li l-kontribuzzjoni tal-appellanti, permezz tal-aġir tagħha stess, għal tali għanijiet kienet stabbilita mill-fatt li hija ma kinitx opponiet milli tidher f’kopja fil-posta elettronika ta’ Sony Optiarc. B’dan il-mod, il-Kummissjoni sempliċement ikkonstatat li l-appellanti ma ddistakkatx ruħha pubblikament meta rċeviet ċerti ittri elettroniċi interni ta’ Sony Optiarc sabiex tikkonkludi li l-appellanti kienet ipparteċipat fil-ksur allegat. Issa, fir-rigward tal-parti Dell tal-ksur, ir-rikorrenti ma pparteċipat f’ebda diskussjoni diretta u rċeviet biss informazzjoni indiretta min-naħa tal-klijent tagħha, Sony Optiarc, li kien jinformaha bl-iskambji tiegħu mal-kompetituri tiegħu. Għaldaqstant, l-appellanti ma kinitx f’pożizzjoni li tqajjem oġġezzjonijiet għal dawn l-iskambji. Hija la setgħet tipprekludihom u lanqas tagħti lill-kompetituri l-impressjoni li hija kienet taqbel mal-ftehim tagħhom jew mal-prattika miftiehma tagħhom. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-appellanti bdiet tipparteċipa fil-ksur allegat, taċitament jew le, fl‑<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE> jew fit‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li t-tieni parti tar-raba’ aggravju ma hijiex fondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat ġustament, fid-deċiżjoni kontenzjuża, li l-kontribuzzjoni tal-appellanti, permezz tal-aġir tagħha stess, għall-ksur inkwistjoni kienet stabbilita mill-fatt li hija ma kinitx iddistakkat ruħha pubblikament mill-aġir illegali, filwaqt li l-parteċipazzjoni tagħha kienet tikkonsisti biss fil-fatt li tidher f’kopja ta’ ittri elettroniċi interni ta’ Sony Optiarc li tirreferi għall-iskambju ta’ informazzjoni illegali bejn il-kompetituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li sabiex jintwera li impriża pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu, il-Kummissjoni għandha turi li din l-impriża kellha l-intenzjoni li, permezz tal-aġir tagħha stess, tikkontribwixxi għall-għanijiet komuni mfittxija mill-parteċipanti kollha u li hija kienet taf bl-aġir li jikkostitwixxi ksur previst jew implimentat minn impriżi oħra sabiex jintlaħqu l-istess għanijiet, jew li hija setgħet b’mod raġonevoli tipprevedih u li hija kienet lesta li taċċetta r-riskju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200924">24 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Prysmian u Prysmian Cavi e Sistemi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑601/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:751">EU:C:2020:751</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0130">130</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, l-approvazzjoni taċita ta’ inizjattiva illegali, mingħajr ma jsir tbegħid pubbliku mill-kontenut tagħha jew mingħajr ma tiġi rrapportata lill-awtoritajiet amministrattivi, għandha bħala effett li tinkoraġġixxi t-tkomplija tal-ksur u tikkomprometti l-iskoperta tagħha. Din il-kompliċità tikkostitwixxi mod passiv ta’ parteċipazzjoni fil-ksur li huwa ta’ natura li jirrendi l-impriża kkonċernata responsabbli (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:778">EU:C:2012:778</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-fatt li impriża ma tkunx ipparteċipat fl-elementi kollha li jikkostitwixxu akkordju jew li kellha rwol minuri fl-aspetti li fihom ipparteċipat ma huwiex rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur min-naħa tagħha, peress li dawn l-elementi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss meta tiġi evalwata l-gravità tal-ksur u, jekk ikun il-każ, meta jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:6">EU:C:2004:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Infineon Technologies vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑99/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:773">EU:C:2018:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 217 tas-sentenza appellata, li l-appellanti kienet konxjament irċeviet informazzjoni dwar parteċipanti fl-akkordju, jiġifieri TSST, PLDS kif ukoll Hitachi-LG Data Storage Inc. u Hitachi-LG Data Storage Korea Inc., u li hija kellha kuntatti bilateri ma’ kompetitur dwar sejħa għal offerti organizzata minn HP. Hija sussegwentement ikkunsidrat, fil-punti 218 u 219 ta’ din is-sentenza, li, fuq il-bażi, b’mod partikolari, ta’ dawn il-provi, evalwati b’mod globali, il-Kummissjoni setgħet, minn naħa, tikkonstata, ġustament, li l-appellanti kienet qasmet informazzjoni mal-fornituri l-oħra ta’ DDO li tikkonċerna l-istrateġija fil-qasam tal-prezz jew tal-klassifikazzjoni fid-dawl tas-sejħiet għal offerti futuri sabiex jikkoordinaw l-aġir tagħhom u, min-naħa l-oħra, tikkonkludi, ġustament, li l-appellanti kienet ikkontribwixxiet b’mod intenzjonali għall-għan ekonomiku u antikompetittiv uniku tal-ksur inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 124 u 125 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet korrettament li l-Kummissjoni setgħet tislet argument mill-ittri elettroniċi rċevuti f’kopja tar-rikorrenti sabiex tikklassifika l-kontribuzzjoni tagħha għal dan il-ksur, peress li l-klassifikazzjoni ta’ parteċipazzjoni passiva tal-appellanti fl-imsemmi ksur ma hijiex suġġetta għall-kundizzjoni li hija tkun ipparteċipat f’diskussjonijiet diretti mal-kompetituri tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li l-ilment tal-appellanti huwa bbażat fuq distinzjoni artifiċjali bejn il-parti Dell tal-ksur u l-parti HP tal-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti preċedenti ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ma kellhiex tivverifika jekk il-Kummissjoni kinitx uriet li l-appellanti kienet taf jew kellhiex tkun taf bl-eżistenza ta’ ksur u li hija kienet ikkontribwixxiet għalih jew kellhiex l-intenzjoni li tikkontribwixxi għalih kemm għall-parti Dell tal-ksur kif ukoll għall-parti HP tal-ksur. Il-Qorti Ġenerali għalhekk iddeċidiet ġustament, fil-punt 219 tas-sentenza appellata, minn naħa, li l-appellanti kienet ikkontribwixxiet intenzjonalment għall-għan ekonomiku u antikompetittiv uniku li jikkonsisti fid-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi proċeduri ta’ sejħiet għal offerti dwar id-DDO organizzati minn Dell u minn HP, u, min-naħa l-oħra, li l-appellanti kienet taf bl-involviment tal-partijiet l-oħra fl-akkordju relatat mad-DDO matul il-perijodu tal-parteċipazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni parti tar-raba’ aggravju hija infondata. Għaldaqstant, dan l-aggravju għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu bħala parzjalment inammissibbli, parzjalment ineffettiv, u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat ċaħdet l-argument tagħha li l-ammont tal-multa imposta fuqha kien manifestament sproporzjonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali, bi ksur tar-regoli dwar l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, wettqet żball ta’ liġi jew immotivat b’mod insuffiċjenti d-deċiżjoni tagħha, meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kienet wettqet ebda żball ta’ liġi fil-kalkolu ta’ dan l-ammont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Għalhekk, l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat, fil-punt 236 tas-sentenza appellata, li l-kuntatti antikompetittivi tagħha kienu ta’ natura li jinfluwenzaw il-politika tariffarja tagħha. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali qieset, b’mod żbaljat skont l-appellanti, minn naħa, li hija kienet ipparteċipat b’mod attiv f’diskussjonijiet ma’ fornituri kompetituri oħra u, min-naħa l-oħra, li l-iskambji ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet u l-volumi, fuq il-klassifikazzjoni tal-fornituri jew fuq ir-restrizzjonijiet ta’ provvista kellhom effett fuq il-politika tariffarja tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>L-appellanti tqis li dawn il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma żbaljati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel, il-Qorti Ġenerali kellha, meta stħarrġet il-kalkolu tal-ammont tal-multa, tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanza li, kif jirriżulta mill-elementi sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tar-raba’ motiv, ma setax jiġi konkluż li l-appellanti kienet ipparteċipat fil-parti Dell tal-ksur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>It-tieni, il-Qorti Ġenerali ma wrietx li l-iskambji ta’ informazzjoni msemmija fil-punt 134 ta’ din is-sentenza kellhom xi effett fuq il-prezzijiet tal-appellanti. F’dan ir-rigward, hija kkuntentat ruħha, fil-punt 236 tas-sentenza appellata, b’sempliċi affermazzjoni mhux issostanzjata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-ħames aggravju huwa, parzjalment, inammissibbli, u parzjalment ineffettiv jew infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames aggravju tagħha, l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u li ma mmotivatx suffiċjentement id-deċiżjoni tagħha meta ċaħdet il-ħames motiv tar-rikors għal annullament tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegazzjoni tal-appellanti bbażata fuq ksur, mill-Qorti Ġenerali, tar-regoli dwar l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li din ċaħdet dan il-ħames motiv fl-intier tiegħu mingħajr ma kien neċessarju li tiddeċiedi fuq it-talba sussidjarja tar-rikorrenti intiża sabiex teżerċita din il-ġurisdizzjoni. Barra minn hekk, peress li din l-allegazzjoni ma hijiex motivata, hija ma tissodisfax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 168(1)(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, u, konsegwentement, għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-allegat nuqqas ta’ motivazzjoni li bih huwa vvizzjat il-punt 236 tas-sentenza appellata, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li s-sempliċi fatt li l-appellanti rrikonoxxiet li pparteċipat, fir-rigward ta’ HP, fi skambji diretti ma’ kompetituri jivvalida l-affermazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tipprovdi li hija pparteċipat b’mod attiv f’diskussjonijiet ma’ fornituri kompetituri oħra, mingħajr ma huwa meħtieġ li jintwera li hija pparteċipat fl-iskambji kollha inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata b’nuqqas ta’ motivazzjoni minħabba li qieset li l-informazzjoni dwar il-prezzijiet u l-volumi, il-klassifikazzjoni tal-fornituri jew ir-restrizzjonijiet ta’ provvista kellhom effett fuq il-politika tariffarja tal-appellanti. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li teżisti preżunzjoni ta’ kawżalità bejn prattika miftiehma u l-aġir fis-suq tal-impriżi li jipparteċipaw fiha, li skontha dawn l-impriżi, meta jibqgħu attivi f’dan is-suq, jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni skambjata mal-kompetituri tagħhom sabiex jiddeterminaw l-aġir tagħhom f’dan is-suq (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Eturas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑74/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:42">EU:C:2016:42</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Il-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija għalhekk konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-ħames aggravju huwa, parzjalment, inammissibbli u, parzjalment, infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-annullament tas-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-analiżi, fil-punti 50 sa 72 ta’ din is-sentenza, mill-ewwel aggravju tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="22"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-appell ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ taqta’ l-kawża definittivament meta din tkun fi stat li tiġi deċiża jew tista’ tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok għall-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi definittivament il-kawża, li hija fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Kif ġie indikat fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, insostenn tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti qajmet ħames motivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel motiv ta’ dan ir-rikors, l-appellanti ssostni b’mod partikolari li, billi indikat = għall-ewwel darba fid-deċiżjoni kontenzjuża li hija kienet ipparteċipat f’diversi ksur distinti li jikkostitwixxu l-ksur uniku u kontinwu attribwit lilha, mingħajr ma allegat dan matul il-proċedura amministrattiva, il-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti 54 sa 72 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti meta akkużatha, fid-deċiżjoni kontenzjuża, li pparteċipat f’diversi ksur distinti li jikkostitwixxu l-ksur uniku u kontinwu attribwit lilha, u dan minkejja n-nuqqas ta’ kull indikazzjoni ċara fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Madankollu, irregolarità proċedurali twassal għall-annullament totali jew parzjali ta’ deċiżjoni biss jekk jiġi stabbilit li, fl-assenza ta’ din l-irregolarità, din id-deċiżjoni seta’ jkollha kontenut differenti (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200311">11 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑56/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:192">EU:C:2020:192</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti wassal lill-Kummissjoni sabiex tattribwixxi lil din tal-aħħar ksur li fir-rigward tiegħu hija ma setgħetx tiddefendi ruħha. Fil-fatt, kieku l-Kummissjoni kienet espliċitament ippreċiżat, matul il-proċedura amministrattiva, għal kull wieħed mill-aġir li hija kellha l-intenzjoni li tattribwixxi lill-appellanti, liema kienet il-klassifikazzjoni li hija kienet qed tipprevedi, l-appellanti setgħet eventwalment tressaq elementi li jistgħu jikkontestaw dawn il-klassifikazzjonijiet. Minn dan isegwi li, fl-assenza ta’ dan il-ksur, id-deċiżjoni kontenzjuża seta’ kellha kontenut differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel motiv imqajjem mill-appellanti insostenn tar-rikors tagħha għandu jintlaqa’ sa fejn jilmenta li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-appellanti fil-ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, u fid-dawl ta’ dak li ġie ppreċiżat fil-punti 51 sa 53 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 1(h) tad-deċiżjoni kontenzjuża għandu jiġi annullat sa fejn jikkonstata li l-appellanti kisret l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipat f’diversi ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha minħabba diverġenza bejn il-motivi u d-dispożittiv tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkunsidrat li, għar-raġunijiet imsemmija fil-punti 86 sa 93 ta’ din is-sentenza, ma teżisti ebda kontradizzjoni bejn it-tabella li tinsab fil-premessa 553 tad-deċiżjoni kontenzjuża u l-Artikolu 1(h) ta’ din id-deċiżjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tiġi akkużata li wettqet żball ta’ liġi jew li kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni motiv tar-rikors tal-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti ssostni li l-Kummissjoni ma pproduċietx il-prova tal-parteċipazzjoni tagħha fi ksur uniku u kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mal-motivazzjoni żviluppata mill-Qorti Ġenerali fil-punti 128 sa 147, 150 sa 162, 166 sa 174, 177 sa 187, 190 sa 199, 202 sa 207, u 210 sa 222 tas-sentenza appellata. Għalhekk, għar-raġunijiet esposti f’dawn il-punti, dan it-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ motiv tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti ssostni li l-Kummissjoni ma għandhiex kompetenza sabiex tapplika l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mal-motivazzjoni żviluppata mill-Qorti Ġenerali fil-punti 43 sa 56 tas-sentenza appellata. Għalhekk, għar-raġunijiet esposti f’dawn il-punti, dan ir-raba’ motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames motiv tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti ssostni, minn naħa, li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fil-kalkolu tal-ammont tal-multa, u, min-naħa l-oħra, li hija kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fid-dawl tal-punti 139 sa 143 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mal-motivazzjoni żviluppata mill-Qorti Ġenerali fil-punti 226 sa 239, 243 sa 251, 255 sa 258, 262 sa 267 tas-sentenza appellata. Għalhekk, għar-raġunijiet esposti f’dawn il-punti tas-sentenza appellata, il-ħames motiv tal-appellanti quddiem il-Qorti Ġenerali għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Hemm lok li tingħata deċiżjoni, b’applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni sħiħa mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Artikolu 261 TFUE u mill-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, dwar l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta fuq l-appellanti (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Galp Energía España <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑603/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:38">EU:C:2016:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, meta tiddeċiedi definittivament hija stess dwar il-kawża skont it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandha s-setgħa, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni u, konsegwentement, tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament ta’ penalità imposti (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Galp Energía España <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑603/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:38">EU:C:2016:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Sabiex tiddetermina l-ammont tal-multa imposta, huwa l-obbligu tagħha li tevalwa hija stess il-fatti tal-każ u t-tip ta’ ksur inkwistjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Galp Energía España <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑603/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:38">EU:C:2016:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Dan l-eżerċizzju jippreżumi, skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003, li tittieħed inkunsiderazzjoni, għal kull impriża ssanzjonata, il-gravità tal-ksur inkwistjoni kif ukoll it-tul tiegħu, b’osservanza tal-prinċipji, b’mod partikolari, ta’ motivazzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ individwalizzazzjoni tas-sanzjonijiet u ta’ ugwaljanza fit-trattament, u mingħajr ma l-Qorti tal-Ġustizzja tkun marbuta bir-regoli indikattivi ddefiniti mill-Kummissjoni fil-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Multi tagħha, anki jekk dawn tal-aħħar jistgħu jiggwidaw lill-qrati tal-Unjoni meta jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħhom (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Galp Energía España <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑603/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:38">EU:C:2016:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ebda wieħed mill-elementi invokati mill-appellanti fil-kuntest ta’ din il-kawża, u ebda motiv ta’ ordni pubbliku, ma jiġġustifika li hija tuża din il-kompetenza sabiex tnaqqas l-ammont tal-multa msemmija fl-Artikolu 2(h) tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, l-Artikolu 1(h) tad-deċiżjoni kontenzjuża għandu jiġi annullat, sa fejn jikkonstata li l-appellanti kisret l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipat f’diversi ksur distinti, u l-kumplament tar-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ tagħhom, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. L-Artikolu 138(3) tal-imsemmija Regoli jippreċiża li jekk il-partijiet jitilfu rispettivament kap wieħed jew iktar, kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. Madankollu, jekk fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża jkun jidher iġġustifikat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li waħda mill-partijiet għandha, minbarra l-ispejjeż tagħha, tbati parti mill-ispejjeż tal-parti l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-appellanti talbet il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha u din tal-aħħar tilfet fl-aggravji tagħha fil-kuntest ta’ dan l-appell kif ukoll, parzjalment, fl-ewwel istanza. L-appellanti tilfet parzjalment il-motivi tagħha fl-ewwel istanza. Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, li hemm lok li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ma’ dik tal-appell, it-totalità tal-ispejjeż li l-appellanti sostniet fil-kuntest ta’ dan l-appell kif ukoll nofs l-ispejjeż li hija sostniet fl-ewwel istanza. L-appellanti għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190712">12 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Quanta Storage vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑772/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:519">EU:T:2019:519</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="25"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(h) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7135 final tal‑<DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE> dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39639 – Disk drives ottiċi), hija annullata sa fejn dan jikkonstata li Quanta Storage Inc. kisret l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat‑<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE>, bil-parteċipazzjoni tagħha, mill‑14 ta’ Frar sat‑<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, f’diversi ksur distinti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha tal-proċedura fl-ewwel istanza u dawk tal-proċedura fl-appell, għall-ispejjeż kollha mġarrba minn Quanta Storage Inc. fil-kuntest ta’ dan l-appell, kif ukoll għal nofs dawk imġarrba minnha fl-ewwel istanza.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Quanta Storage Inc. għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>