|
6.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/646
tal-5 ta' April 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/378 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni għall-ikklerjar tal-proċedura ta' kontijiet u fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ikklerjar tal-konformità
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ewwel eżerċizzju ta' kklerjar tal-kontijiet annwali mwettqa skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378 (2) enfasizza l-ħtieġa li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni ta' ammonti ta' prefinanzjament annwali li mhumiex totalment ikklerjati mill-kontijiet annwali ppreżentati. |
|
(2) |
Hemm bżonn li jiġu stabbiliti arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-approvazzjoni tal-konformità u b'mod partikolari r-regoli dettaljati dwar il-kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li l-Kummissjoni tista' tapplika skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 wara li tintemm din il-proċedura. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt u t-trattament indaqs tal-Istati Membri, huwa essenzjali li jiġu ċċarati l-kriterji għad-determinazzjoni tan-nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, li jiġu ddefiniti t-tipi ewlenin ta' dawn in-nuqqasijiet u li jiġu stabbiliti l-kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja. |
|
(4) |
Għaldaqstant ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/378 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat “għall-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna”, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/378 jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 3a Kriterji biex jiġu stabbiliti nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll 1. Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha tal-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll fuq ir-riżultati tal-verifiki u kontrolli disponibbli kollha mwettqa mill-Istati Membri, is-servizzi tal-Kummissjoni u mill-Qorti tal-Awdituri, ir-riżultati tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi jew kwalunkwe informazzjoni oħra dwar il-konformità mal-kriterji tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 2(1) ir-Regolament (UE) Nru 1042/2014 (*1). Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkopri l-ambjent ta' kontroll intern tal-programm nazzjonali, l-attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll tal-Awtorità Responsabbli, u l-attivitajiet ta' kontroll u awditjar tal-Awtorità tal-Awditjar u għandha tkun ibbażata fuq il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ewlenin stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness. 2. Il-konformità mar-rekwiżiti ewlenin imsemmija fil-paragrafu 1 skont il-kategoriji stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness għandha tintuża biex jiġi vvalutat il-funzjonament effettiv ta' kull awtorità kompetenti u biex tintlaħaq konklużjoni ġenerali dwar is-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll. Għandu jitqies kull fattur mitiganti jew aggravanti fil-konklużjoni ġenerali dwar is-sistema ta' ġestjoni u kontroll. 3. Fejn jiġi vvalutat li xi wieħed mir-rekwiżiti prinċipali 2, 4, 5, 8, 11, 12 jew14 fit-Tabella 1 tal-Anness, jew tnejn jew aktar mir-rekwiżiti prinċipali l-oħra f'dik it-Tabella jaqgħu fil-kategoriji 3 jew 4 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness, dan għandu jitqies bħala tip ta' nuqqas serju fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll. Artikolu 3b Kriterji għall-applikazzjoni u għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjonijiet finanzjarji 1. Il-Kummissjoni għandha tapplika korrezzjonijiet finanzjarji fejn tidentifika irregolarità individwali jew sistemika jew aktar minn waħda jew defiċjenza waħda jew aktar fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll (‘defiċjenzi sistemiċi'’. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, irregolarità tfisser kwalunkwe ksur tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jew kwalunkwe ksur tar-regoli nazzjonali li jirriżulta minn att jew minn ommissjoni min-naħa ta' benefiċjarju jew benefiċjarji li għandu, jew li jista' jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea billi jitlob mingħandha ħlas għal element ta' nefqa mhux iġġustifikat. L-ammont tal-korrezzjoni finanzjarja għandu jiġi ddeterminat fuq bażi ta' każ b'każ fejn ikun possibbli u għandu jkun ekwivalenti għall-ammont eżatt tan-nefqa mitluba inġustament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn il-Kummissjoni tidentifika irregolaritajiet f'kampjun rappreżentattiv tal-infiq fi programm nazzjonali jew f'parti minnu, iżda ma jkunx kosteffikaċi li wieħed jivverifika r-regolarità tal- infiq l-ieħor, il-korrezzjoni tista' tiġi ddeterminata billi jiġu estrapolati r-riżultati tal-eżami tal-kampjun għall-bqija tal-popolazzjoni minn fejn ikun ittieħed. Meta l-Kummissjoni tidentifika irregolaritajiet sistemiċi jew nuqqasijiet fis-sistema iżda fejn mhux possibbli, anki permezz tal-estrapolazzjoni, li tikkwantifika l-korrezzjoni b'mod preċiż, korrezzjoni finanzjarja b'rata fissa għandha tiġi applikata għan-nefqa ddikjarata għal dik il-parti tas-sistema li tkun ġiet affettwata skont il-kriterji indikattivi u l-iskali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. Korrezzjonijiet b'rata fissa jistgħu jkunu applikati wkoll fuq irregolaritajiet individwali. 2. Il-livell ta' korrezzjoni b'rata fissa għandu jiġi stabbilit filwaqt li jitqiesu l-elementi li ġejjin:
3. Il-livell ta' korrezzjoni għandu jiġi determinat kif ġej:
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-rata tista' tiġi mnaqqsa għal 2 % fejn in-natura u l-gravità tal-irregolarità jew in-nuqqas tas-sistema ma jkunux ikkunsidrati bħala li jiġġustifikaw rata ta' korrezzjoni ta' 5 %. 4. Fejn, minħabba nuqqas tal-awtorità kompetenti li tieħu miżuri korrettivi adegwati wara l-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja f'sena tal-kontabbiltà, l-istess irregolarità jew irregolaritajiet jew defiċjenza jew defiċjenzi jiġu identifikati f'sena tal-kontabbiltà sussegwenti, ir-rata ta' korrezzjoni tista', minħabba l-persistenza tal-irregolarità jew irregolaritajiet, tiżdied għal livell li ma jaqbiżx dak tal-kategorija ogħla li jmiss fl-iskala stabbilita fil-paragrafu 3. (*1) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 fir-rigward tar-responsabbiltajiet tan-nomina u tal-ġestjoni u tal-kontroll ta' Awtoritajiet Responsabbli u fir-rigward tal-istatus u tal-obbligi tal-Awtoritajiet tal-Awditjar (ĠU L 289, 3.10.2014, p. 3).” " |
|
(3) |
Qed jiżdied anness ġdid kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/378 tat-2 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni għall-ikklerjar tal-proċedura ta' kontijiet u fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ikklerjar tal-konformità (ĠU L 64, 7.3.2015, p. 30).
ANNESS
“ANNESS
Rekwiżiti ewlenin tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u l-klassifikazzjoni tagħhom rigward it-tħaddim effettiv tagħhom
(kif imsemmi fl-Artikolu 3a tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/378)
Tabella 1
Rekwiżiti ewlenin
|
|
Rekwiżiti ewlenin tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll |
Korpi/awtoritajiet ikkonċernati |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
1 |
Deskrizzjoni adegwata u separazzjoni tal-funzjonijiet u sistemi adegwati għar-rapportar u l-monitoraġġ f'każijiet fejn l-Awtorità Responsabbli tinkariga t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor |
Awtorità Responsabbli/Awtorità Delegata |
Ambjent intern |
|
2 |
Għażla xierqa tal-proġetti |
Awtorità Responsabbli/Awtorità Delegata |
Attivitajiet ta' kontroll |
|
3 |
Informazzjoni adegwata lill-benefiċjarji, benefiċjarji potenzjali u l-pubbliku |
Awtorità Responsabbli/Awtorità Delegata |
Informazzjoni u komunikazzjoni interna |
|
4 |
Kontrolli adegwati |
Awtorità Responsabbli/Awtorità Delegata |
Attivitajiet ta' kontroll |
|
5 |
Sistemi u proċeduri effettivi biex jiġi żgurat li jinżammu d-dokumenti kollha dwar l-infiq u l-awditjar sabiex ikun żgurat rekord adegwat tal-awditjar |
Awtorità Responsabbli/Awtorità Delegata |
Attivitajiet ta' kontroll |
|
6 |
Sistemi kompjuterizzati affidabbli għall-kontabbiltà, għall-ħżin u t-trasmissjoni ta' data finanzjarja u data dwar indikaturi, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar |
Awtorità Responsabbli/Awtorità Delegata |
Attivitajiet ta' kontroll/Informazzjoni u komunikazzjoni interna |
|
7 |
Implimentazzjoni effettiva ta' proċeduri għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-korrezzjoni ta' irregolaritajiet, inklużi miżuri proporzjonati kontra l-frodi |
Awtorità Responsabbli/Awtorità Delegata |
Attivitajiet ta' kontroll |
|
8 |
Proċeduri xierqa għat-tfassil tal-kontijiet annwali, tad-dikjarazzjoni tal-maniġment u tas-sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa |
Awtorità Responsabbli/Awtorità Delegata |
Attivitajiet ta' kontroll |
|
9 |
Rendikont xieraq u komplut tal-ammonti rekuperabbli, dawk irkuprati u dawk ikkanċellati |
Awtorità Responsabbli/Awtorità Delegata |
Attivitajiet ta' kontroll |
|
10 |
Deskrizzjoni adegwata u separazzjoni tal-funzjonijiet, l-indipendenza funzjonali mill-Awtorità Responsabbli u sistemi adegwati biex jiżguraw li kwalunkwe entità oħra li twettaq awditjar ikollha l-indipendenza funzjonali meħtieġa u tqis l-istandards tal-awditjar tal-kontijiet aċċettati internazzjonalment |
Awtorità tal-Awditjar |
Ambjent intern |
|
11 |
Awditi adegwati tas-sistemi |
Awtorità tal-Awditjar |
Attivitajiet ta' kontroll |
|
12 |
Awditi adegwati tan-nefqa |
Awtorità tal-Awditjar |
Attivitajiet ta' kontroll |
|
13 |
Awditi adegwati tal-kontijiet |
Awtorità tal-Awditjar |
Attivitajiet ta' kontroll |
|
14 |
Proċeduri adegwati sabiex tingħata opinjoni affidabbli tal-awditi u għat-tħejjija tar-rapporti |
Awtorità tal-Awditjar |
Attivitajiet ta' kontroll |
Tabella 2
Klassifikazzjoni tar-rekwiżiti ewlenin għas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll fir-rigward tal-funzjonament effettiv tagħhom
|
Kategorija 1 |
Taħdem sew. Le jew hemm bżonn biss ta' xi titjib minuri. |
|
Kategorija 2 |
Taħdem. Huwa meħtieġ xi titjib |
|
Kategorija 3 |
Taħdem parzjalment. Hemm bżonn ta' titjib sostanzjali |
|
Kategorija 4 |
Essenzjalment ma taħdimx |