Official Journal L 008 , 11/01/1990 P. 0070 - 0070
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 31 P. 0229
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 31 P. 0229
Deċiżjoni tal-kummissjoni Ta’ l-20 ta’ Diċembru 1989 Dwar il-proċedura ta’ l-emendar u s-supplimentar tal-listi ta’ l-istabbilimenti approvati f’pajjiżi terzi għall-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Kommunita’ (90/13/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi ta’ l-ispezzjonijiet tas-saħħa u veterinarji fl-importazzjoni ta’ l-annimali taċ-ċanga u tal-majjali, tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], hekk kif l-aħħar emendata b’Direttiva 89/227/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha, Billi l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-proċedura li għandha tintuża għall-emendar u s-supplimentar tal-listi ta’ l-istabbilimenti previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 72/462/KEE; Billi n-numru ta’ stabillimenti msemmija hawn fuq qed jiżdied, minkejja, li bħala konsegwenza, id-deċiżjonijiet adottati fir-rigward tagħhom, skond ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet skond l-Artiklu 5 tad-Direttiva 72/462/KEE, huma aktar u aktar frekwenti, minkejja illi l-proċedura l-ġdida għandha tevita formalitajiet eċċessivi filwaqt li tiżgura li l-i standards tal-Komunità jibqgħu osservati; Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Din id-Deċiżjoni tipprovdi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura prevista fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 72/462/KEE, meta l-listi ta’ stabbilimenti approvati għall-importazzjoni tal-laħam frisk fil-Komunità għandhom jiġu emendati jew supplimentati Artikolu 2 Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati tal-ispezzjonijiet li saru skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 72/462/KEE u ta’ emendi u żidiet proposti għal-listi. Ir-riżultati għandhom jiġu notifikati bil-miktub. Eċċezzjonalment din l-informazzjoni tista’ tiġi komunikata bil-fomm b’kondizzjoni illi l-konferma bil-miktub tinħareġ fi żmien 24 siegħa. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandu jkollhom perjodu ta’ ġimgħa mid-data minn meta jirċevu l-informazzjoni imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Rappreżentazzjonijiet Permanenti tagħhom fejn jagħmlu l-osservazzjonijiet: Il-Kummissjoni tista’ tnaqqas dan il-perjodu għal 48 siegħa f’każijiet urġenti. 2. Il-Kummissjoni tieħu in konsiderazzjoni l-osservazzjonijiet li jsiru mill-Istati Membri, u b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-kontroll fuq l-importazzjonijiet u jinfurmaw lill-Istat Membru konċernat bl-azzjoni proposta fid-dawl ta’ l-osservazzjonijiet imsemmija qabel ma ssir l-adozzjoni ta’ xi deċiżjoni. 3. L-adozzjoni tad-deċiżjoni li għaliha saret referenza fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 72/462/KEE għandha tiġi segwita fl-aħħar bil-perjodu previst fil-paragrafu 1 Artikolu 4 1. Meta jinħolqu diffikultajiet, għandhom jiġu riferuti lill-Kumitat Veterinarju skond il-proċedura provduta fl-Artiklu 29 tad-Direttiva 72/462/KEE. 2. L-Istati Membri għandhom jiġu nfurmati mill-Kummissjoni dwar il-laqgħat tal-Kumitat Veterinarju dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi li jinkludu materji ta’ iċċekjar ta’ residwi tas-saħħa annimali u l-missjonijiet pjanati tagħha Artikolu 5 Din id-deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 Diċembru, 1989 Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 28. [2] ĠU L 93, tas-6.4.1989, pġ. 25. --------------------------------------------------