|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/790 |
10.4.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/790
tad-9 ta’ April 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil ta’ Acer griseum, Acer platanoides, Acer rubrum, Acer saccharinum, Acer saccharum, Acer tataricum, Acer tataricum subsp. ginnala u Acer × freemanii, li joriġinaw mill-Ukrajna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi, abbażi ta’ valutazzjoni preliminari tar-riskju, lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli, skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni għandha tkun ipprojbita sakemm issir valutazzjoni tar-riskju. |
|
(2) |
Bħala segwitu tal-valutazzjoni preliminari, 34 ġeneru u speċi waħda ta’ pjanti għat-tħawwil li joriġinaw minn pajjiżi terzi ġew inklużi proviżorjament fil-lista stipulata fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 bħala pjanti ta’ riskju għoli. Dik il-lista tinkludi l-ġeneru Acer L. |
|
(3) |
Fit-8 ta’ Ġunju 2023, l-Ukrajna ressqet talba lill-Kummissjoni biex tesporta lejn l-Unjoni pjanti għat-tħawwil li ma għandhomx iktar minn 4 snin, bla weraq, fi stat inattiv u bl-għeruq mikxufin ta’ Acer griseum, Acer platanoides, Acer rubrum, Acer saccharinum, Acer saccharum, Acer tataricum, Acer tataricum subsp. ginnala u Acer × freemanii, b’ tul massimu ta’ 4 m, li joriġinaw fl-Ukrajna u pjanti għat-tħawwil li ma għandhomx iktar minn sentejn, bla weraq u fi stat inattiv ta’ Acer griseum, Acer platanoides, Acer rubrum, Acer saccharinum, Acer saccharum, Acer tataricum, Acer tataricum subsp. ginnala u Acer × freemanii ġo materjal għat-tkabbir, b’ tul massimu ta’ 3 m, li joriġinaw fl-Ukrajna (“il-pjanti relevanti”). Dik it-talba kienet appoġġata mid-dossier tekniku rilevanti. |
|
(4) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2025, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti għat-tħawwil tal-pjanti rilevanti (3). L-Awtorità identifikat Cryphonectria parasitica, Entoleuca mammata u Lopholeucaspis japonica bħala pesti rilevanti għal dawk il-pjanti, evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju deskritti fid-dossier tekniku, u stmat il-probabbiltà tal-ħelsien tal-pjanti rilevanti minn dawk il-pesti. |
|
(5) |
Lopholeucaspis japonica huwa elenkat bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (4), u Cryphonectria parasitica u Entoleuca mammata huma elenkati bħala pesti ta’ kwarantina f’żona protetta fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Abbażi tal-opinjoni tal-Awtorità, ir-riskju fitosanitarju li jirriżulta mill-introduzzjoni tal-pjanti rilevanti fit-territorju tal-Unjoni jitqies li huwa mnaqqas għal livell aċċettabbli, dment li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti speċjali korrespondenti għall-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. |
|
(7) |
Minħabba f’hekk, pjanti għat-tħawwil li ma għandhomx iktar minn 4 snin, bla weraq, fi stat inattiv u bl-għeruq mikxufin ta’ Acer griseum, Acer platanoides, Acer rubrum, Acer saccharinum, Acer saccharum, Acer tataricum, Acer tataricum subsp. ginnala uAcer × freemanii, b’ tul massimu ta’ 4 m, li joriġinaw mill-Ukrajna u pjanti għat-tħawwil li ma għandhomx iktar minn sentejn, bla weraq u fi stat inattiv ta’ Acer griseum, Acer platanoides, Acer rubrum, Acer saccharinum, Acer saccharum, Acer tataricum, Acer tataricum subsp. ginnala u Acer × freemanii ġo materjal tat-tkabbir, b’ tul massimu ta’ 3 m, li joriġinaw fl-Ukrajna, jenħtieġ li ma jibqgħux jitqiesu bħala pjanti ta’ riskju għoli. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra b’riskju għoli stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019. |
|
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADDOTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2019/oj).
(3) EFSA Panel on Plant Health, “Commodity risk assessment of Acer plants from Ukraine”, EFSA Journal 2025, 23(7);e9571, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9571.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fil-punt 1, fit-tabella, fit-tieni kolonna “Deskrizzjoni”, l-entrata għal Acer L. hija sostitwita b’dan li ġej:
“ Acer L., għajr:
|
— |
pjanti għat-tħawwil ta’ bejn sena u 3 snin, bl-għeruq mikxufin, inattivi, bla weraq, imlaqqma jew imraħħma, ta’ Acer japonicum Thunberg, Acer palmatum Thunberg, u Acer shirasawanum Koidzumi, li joriġinaw fi New Zealand; |
|
— |
pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn 15-il sena b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 88 mm ta’ Acer campestre, li joriġinaw fir-Renju Unit; |
|
— |
pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn 7 snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 40 mm ta’ Acer palmatum, li joriġinaw fir-Renju Unit; |
|
— |
pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn 7 snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 40 mm ta’ Acer platanoides, li joriġinaw fir-Renju Unit; |
|
— |
pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn 7 snin b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 88 mm ta’ Acer pseudoplatanus, li joriġinaw fir-Renju Unit; |
|
— |
pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn 4 snin, bla weraq, inattivi u bl-għeruq mikxufin ta’ Acer griseum, Acer platanoides, Acer rubrum, Acer saccharinum, Acer saccharum, Acer tataricum, Acer tataricum subsp. ginnala u Acer × freemanii, b’ tul massimu ta’ 4 m, li joriġinaw fl-Ukrajna; u |
|
— |
pjanti għat-tħawwil ta’ mhux iktar minn sentejn, bla weraq u inattivi ta’ Acer griseum, Acer platanoides, Acer rubrum, Acer saccharinum, Acer saccharum, Acer tataricum, Acer tataricum subsp. ginnala u Acer × freemanii ġo materjal tat-tkabbir, b’ tul massimu ta’ 3 m, li joriġinaw fl-Ukrajna.”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/790/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)