|
14.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/64 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/810
tat-13 ta’ April 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-28 ta’ Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 (1), li stabbiliet miżura ta’ assistenza b’ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 450 000 000 maħsub biex ikopri l-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (‘l-ammont ta’ referenza finanzjarja’). |
|
(2) |
Fit-23 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/471 (2), li żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal EUR 900 000 000. |
|
(3) |
Fit-13 ta’ April 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/636 (3), li żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal EUR 1 350 000 000. |
|
(4) |
Fit-23 ta’ Mejju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/809 (4), li żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal EUR 1 840 000 000. |
|
(5) |
Fil-21 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1285 (5), li żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal EUR 2 330 000 000. |
|
(6) |
Fis-17 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1971 (6), li żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal EUR 2 820 000 000. |
|
(7) |
Fit-2 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/230 (7), li żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja għal EUR 3 120 000 000. |
|
(8) |
F’konformità mal-ħtiġijiet urġenti tal-Ukrajna, kif diskussi b’mod partikolari fid-9 ta’ Frar 2023 fil-laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew, u abbażi tad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Kunsill fl-20 ta’ Marzu 2023, jenħtieġ li l-ammont ta’ referenza finanzjarja jiżdied b’EUR 1 000 000 000 addizzjonali. |
|
(9) |
Fl-20 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill qabel dwar approċċ fuq tliet binarji bil-ħsieb li, b’mod partikolari, jitħaffu l-konsenja u l-akkwist konġunt, bil-mira ta’ miljun balla ta’ munizzjon tal-artillerija għall-Ukrajna fi sforz konġunt fit-12-il xahar li ġejjin, u appella għall-implimentazzjoni rapida ta’ dawk it-tliet binarji, li huma interkonnessi u li jeħtieġ li jiġu segwiti b’mod parallel u kkoordinat. Il-Kunsill appella lill-Istati Membri biex b’mod urġenti jikkonsenjaw munizzjon mill-art għall-art u tal-artillerija lill-Ukrajna u, jekk mitlub, missili. Il-Kunsill ser jirċievi aġġornamenti regolari ta’ kull xahar dwar l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ assistenza sabiex jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-ilħuq tal-objettiv ta’ miljun ċiklu ta’ munizzjon tal-artillerija għall-Ukrajna. Fir-rigward tat-tielet binarju, il-Kunsill stieden ukoll lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti konkreti biex tappoġġa b’mod urġenti t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ manifattura tal-industrija tad-difiża Ewropea, tiżgura l-ktajjen tal-provvista, tiffaċilita proċeduri ta’ akkwist effiċjenti, tindirizza n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet ta’ produzzjoni u tippromwovi l-investimenti, inkluż, fejn xieraq, il-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. |
|
(10) |
Ser jiġu organizzati wkoll laqgħat regolari fil-livell tad-Diretturi Nazzjonali tal-Armamenti mat-Task Force ta’ Akkwist Konġunt għad-Difiża (il-Kummissjoni, is-SEAE, l-EDA), biex jiġu vvalutati l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet industrijali kif ukoll biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni mill-qrib meħtieġa, speċjalment fir-rigward tal-provvista mill-istokkijiet, il-prijoritizzazzjoni mill-ġdid tal-ordnijiet eżistenti u l-proġetti differenti ta’ akkwist konġunt, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni adegwata tat-tliet binarji differenti. |
|
(11) |
Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti ser jimmonitorja l-implimentazzjoni koordinata u parallela tal-approċċ fuq tliet binarji. |
|
(12) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 4(4), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 4, fil-paragrafu 4, il-punt (o) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 7, jinżdied il-paragrafu li ġej: “Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta regolarment, kull xahar lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 2(4), il-punt (d), rigward l-għadd ta’ kunsinni ta’ munizzjon tal-artillerija, u, jekk mitluba, missili, abbażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/338 tat-28 ta’ Frar 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 60, 28.2.2022, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/471 tat-23 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 96, 24.3.2022, p. 43).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/636 tat-13 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 117, 19.4.2022, p. 34).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/809 tat-23 ta’ Mejju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 145, 24.5.2022, p. 40).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1285 tal-21 ta’ Lulju 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 195, 22.7.2022, p. 93).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1971 tas-17 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 270, 18.10.2022, p. 95).
(7) Id-Deċiżjoni tal-kunsill (PESK) 2023/230 tat-2 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 32, 3.2.2023, p. 62).