|
10.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/985
tas-7 ta’ Lulju 2020
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u mal-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Lulju 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 894/2007 (2) li kkonkluda l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé uPríncipe u l-Komunità Ewropea (3) (“il-Ftehim”). Il-Ftehim daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2011 u jibqa’ fis-seħħ. |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mar-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe (“São Tomé u Príncipe”) bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ protokoll ġdid biex jimplimenta l-Ftehim. |
|
(3) |
Il-Protokoll preċedenti ta’ dan il-Ftehim skada fit-22 ta’ Mejju 2018. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni nnegozjat protokoll ġdid f’isem l-Unjoni. Wara l-konklużjoni ta’ dawn in-negozjati, il-protokoll il-ġdid ġie inizjalat fis-17 ta’ April 2019. |
|
(5) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2218 (4), il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fid-19 ta’ Diċembru 2019. |
|
(6) |
Il-Protokoll ilu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu. |
|
(7) |
L-għan tal-Protokoll huwa li jippermetti lill-Unjoni u lil São Tomé u Príncipe jaħdmu aktar mill-qrib flimkien sabiex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ São Tomé u Príncipe u li jippermettilhom jappoġġaw l-isforzi ta’ São Tomé u Príncipe biex jiżviluppaw is-settur tas-sajd tagħhom. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat. |
|
(9) |
L-Artikolu 9 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt inkarigat mill-kontroll tal-applikazzjoni tal-Ftehim. Barra minn hekk, skont dak l-Artikolu u skont l-Artikoli 6 u 7(2) tal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta ċerti emendi għall-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprovahom f’isem l-Unjoni bi proċedura ssimplifikata, b’ċerti kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi. L-emendi proposti ser jiġu approvati sakemm minoranza ta’ Stati Membri li timblokka ma toġġezzjonax għalihom skont l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-pożizzjoni li l-Unjoni għandha tadotta fil-Kumitat Konġunt b’rabta ma’ kwistjonijiet oħrajn tiġi ddefinita skont it-Trattati u l-prattiki stabbiliti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (5).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 16 tal-Protokoll.
Artikolu 3
Skont il-proċedura stabbilita fl-Anness għal dan id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni hija awtorizzata li tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi għall-Protokoll li għandu jiġi adottat mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) L-approvazzjoni tas-17 ta’ Ġunju 2020 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/2007 tat-23 ta’ Lulju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 35).
(3) ĠU L 205, 7.8.2007, p. 36.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2218 tal-24 ta’ Ottubru 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé u Príncipe u l-Komunità Ewropea (ĠU L 333, 27.12.2019, p. 1).
(5) It-test tal-protokoll ġie ppublikat fil-ĠU L 333 tas-27.12.2019 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.
ANNESS
Proċedura għall-approvazzjoni ta’ amendi għall-Protokoll li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt
Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi għall-Protokoll skont l-Artikoli 6 u 7(2) tiegħu, il-Kummissjoni hija awtorizzata tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin.
|
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni f’isem l-Unjoni:
|
|
(2) |
Qabel ma tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tibgħathom lill-Kunsill biżżejjed żmien qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt. |
|
(3) |
Il-Kunsill għandu jevalwa l-konformità tal-emendi proposti mal-kriterji stabbiliti fil-punt (1). |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendi proposti f’isem l-Unjoni, sakemm għadd ta’ Stati Membri li jkun daqs minoranza li timblokka lill-Kunsill, skont l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ma joġġezzjonax għalihom. F’każ li jkun hemm it-tali minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f’isem l-Unjoni. |
|
(5) |
Jekk, matul laqgħat ulterjuri tal-Kumitat Konġunt, inklużi laqgħat fuq il-post, ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil, il-kwistjoni għandha terġa’ tintbagħat lill-Kunsill skont il-proċedura prevista fil-punti (2) sa (4), sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tista’ tqis elementi ġodda. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu l-miżuri kollha meħtieġa fiż-żmien dovut biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, meta dan ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni. |
|
(7) |
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet oħrajn li ma jirrigwardawx emendi tal-Protokoll skont l-Artikoli 6 u 7(2) tiegħu, il-pożizzjoni li l-Unjoni trid tieħu fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita skont it-Trattati u skont il-prattiki ta’ ħidma stabbiliti. |