31987R3858



Official Journal L 363 , 23/12/1987 P. 0027 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0010
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 3858/87

tat-22 ta’ Diċembru 1987

li jemenda r-Regolament (EEC) Nru 1351/72 dwar ir-rikonoxximent ta’ gruppi ta’ produtturi tal-hops

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-hops [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3800/85 [2], u b’mod partikolari Artikolu 7(5) tal-istess Regolament,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1351/72 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1323/86 [4], jistipula l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ gruppi ta’ produtturi tal-hops u assoċjazzjonijiet tagħhom; billi Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament jgħid li assoċjazjoni ta’ gruppi ta’ produtturi jistgħu japplikaw għar-rikonoxximent jekk, fost affarijiet oħra, ż-żoni reġistrati bħala ikkultivati mill-membri tagħha m’humiex inqas minn 1000 ettaru; billi dik id-dispożizzjoni għandha tiġi adattata skond dan;

Billi l-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Hops,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-subparagrafu segwenti qed jiġi minnufiħ miżjud mal-5 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 1351/72:

"Madankollu, fejn, fi-Istat Membru, ż-żona totali bil-hops hi inqas minn 1000 ettaru, ż-żona minima meħtieġa għandha tkun ugwali għal 250 ettaru."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li fiħ jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi’ Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1.

[2] ĠU L 367, tal-31.12.1985, p. 32.

[3] ĠU L 148, tat-30.6.1972, p. 13.

[4] ĠU L 117, tas-6.5.1986, p. 12.

--------------------------------------------------