IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.11.2019
COM(2019) 587 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha
ANNESS
Abbozz
Id-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt Kanada – UE stabbilit skont il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha
ta’ [data]
li tadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu
IL-KUMITAT KONĠUNT KANADA – UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
B’dan, ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat Konġunt mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni huma adottati.
Magħmul fi,
Għall-Kumitat Konġunt,
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
[isem]
Il-Kap tad-Delegazzjoni Kanadiża
[isem]
Regoli ta’ proċedura
IL-KUMITAT KONĠUNT
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
ADOTTA R-REGOLI TA’ PROĊEDURA LI ĠEJJIN
Artikolu 1
Kapijiet tad-Delegazzjoni
1.
Il-Kumitat Konġunt se jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet.
2.
Il-Kumitat Konġunt se jkun presedut b’mod konġunt mill-Kapijiet tad-delegazzjoni tal-Partijiet.
Artikolu 2
Laqgħat
1.
Il-Kumitat Konġunt se jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena, filwaqt li r-responsabbiltà għall-ospitar se talterna bejn il-Partijiet. Barra minn hekk, kull Parti tista’ titlob li tissejjaħ laqgħa tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 17(3) tal-Ftehim.
2.
Il-Kumitat Konġunt jista’ jorganizza laqgħat wiċċ imb wiċċ jew permezz ta’ mezzi oħra (telekonferenzi jew vidjokonferenzi).
Artikolu 3
Delegazzjonijiet
1.
Qabel kull laqgħa, il-Kapijiet tad-delegazzjoni se jinformaw lil xulxin dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet tagħhom għal dik il-laqgħa.
2.
Ir-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati tal-industrija tat-trasport bl-ajru jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat bħala osservaturi, jekk il-Kumitat Konġunt ikun jaqbel li jsir hekk.
3.
Il-Kumitat Konġunt jista’ jaqbel li jistieden lil partijiet interessati jew lil esperti oħra biex jattendu l-laqgħat sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti partikolari.
Artikolu 4
Segretarjat
Is-segretarji tal-Kumitat Konġunt se jkunu uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Gvern tal-Kanada, li se jaġixxu b’mod konġunt.
Artikolu 5
L-aġenda tal-laqgħat
1.
Il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet se jistabbilixxu l-aġenda proviżorja ta’ kull laqgħa bi ftehim reċiproku. Sabiex jiġu ffaċilitati d-distribuzzjoni lill-membri ta’ kull delegazzjoni u l-konsultazzjoni magħhom, u sa fejn huwa possibbli, din l-aġenda proviżorja se tiġi stabbilita mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel id-data tal-laqgħa.
2.
Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa. Punti oħra minbarra dawk li jkunu jidhru fl-aġenda proviżorja jistgħu jiġu inklużi fl-aġenda jekk il-Kumitat Konġunt jaqbel li jsir hekk.
3.
Il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet jistgħu jqassru l-limitu ta’ żmien speċifikat fil-paragrafu 1 sabiex titqies in-natura urġenti ta’ kwistjoni partikolari.
Artikolu 6
Rekord tal-Laqgħa
1.
Se jitfassal abbozz ta’ Reġistru tal-Laqgħa għal kull laqgħa tal-Kumitat Konġunt fl-aħħar ta’ kull laqgħa. Dan ir-Reġistru tal-Laqgħa se jindika l-punti li jkunu ġew diskussi u l-konklużjonijiet konġunti li jkunu saru, inkluż kwalunkwe rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet li jkunu ġew adottati.
2.
Ir-Reġistru tal-Laqgħa se jiġi approvat bil-miktub mill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet fi żmien 30 jum mid-data tal-laqgħa jew sa kwalunkwe data oħra deċiża mill-Partijiet għall-Ftehim.
3.
Meta jiġi approvat, ir-Reġistru tal-Laqgħa se jiġi ffirmat mill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet u se tiġi ppreżentata kopja oriġinali waħda minn kull waħda mill-Partijiet. Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li l-iffirmar u l-iskambju ta’ kopji elettroniċi jissodisfaw dan ir-rekwiżit.
4.
Sakemm ma jintlaħaqx qbil mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt mhux se jkunu pubbliċi. Ir-Reġistru tal-Laqgħa u skambji ta’ korrispondenza, skont il-każ, se jkunu pubbliċi sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor minn waħda mill-Partijiet. Jekk ikun meħtieġ, il-Kumitat Konġunt jista’ jaqbel li jirrakkomanda l-ħruġ ta’ stqarrija konġunta għall-istampa.
Artikolu 7
Proċedura bil-miktub
Meta jkunu meħtieġa, u debitament motivati, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt jistgħu jiġu adottati permezz ta’ proċedura bil-miktub. Għal dak il-għan, il-Kapijiet tad-delegazzjonijiet se jiskambjaw l-abbozz ta’ miżuri li dwarhom tintalab l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt, li mbagħad jistgħu jiġu kkonfermati permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza.
Artikolu 8
Deliberazzjonijiet
1.
Il-Kumitat Konġunt se jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jifformula rakkomandazzjonijiet abbażi ta’ kunsens.
2.
Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt se jkollhom it-titolu “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni” u se jkunu segwiti b’numru tas-serje, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b’deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom.
3.
Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt se jiġu ffirmati mill-Kapijiet tad-delegazzjonijiet u se jiġu mehmuża mar-Reġistru tal-Laqgħa.
4.
Kull deċiżjoni meħuda mill-Kumitat Konġunt se tiġi implimentata mill-Partijiet skont il-proċeduri interni tagħhom stess.
Artikolu 9
Gruppi ta’ Ħidma
1.
Il-Kumitat Konġunt jista’ jaqbel li jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jistudjaw kwistjonijiet speċifiċi ta’ rilevanza għall-Ftehim. It-termini ta’ referenza għal grupp ta’ ħidma se jiġu approvati mill-Kumitat Konġunt u inklużi fir-Reġistru tal-Laqgħa x-xieraq.
2.
Il-kompożizzjoni tal-gruppi ta’ ħidma se tiġi ddeterminata mill-Kumitat Konġunt.
3.
Il-gruppi ta’ ħidma se jirrappurtaw lill-Kumitat Konġunt. Ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet iżda jistgħu jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt.
4.
Fi kwalunkwe ħin, il-Kumitat Konġunt jista’ jaqbel li jabolixxi kwalunkwe gruppi ta’ ħidma eżistenti, li jimmodifika t-termini ta’ referenza tagħhom jew li jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma ġodda biex jgħinuh fil-qadi tal-kompiti tiegħu.
Artikolu 10
Spejjeż
1.
Il-membri ta’ kull delegazzjoni se jkopru l-ispejjeż tagħhom relatati mal-parteċipazzjoni tagħhom f’laqgħa jew fi grupp ta’ ħidma.
2.
Kull spiża oħra relatata mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.
Article11
Emendi għar-Regoli ta’ Proċedura
Fi kwalunkwe ħin, il-Kumitat Konġunt jista’ jemenda dawn ir-Regoli ta’ proċedura permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 8.