1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

400


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1796/2006

tas-6 ta' Diċembru 2006

dwar il-ftuħ ta’ kwota tariffarja applikabbli għas-sena 2007 għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Iżlanda li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-kummerċ applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), b’mod partikulari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/492/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda, fuq in-naħa l-oħra, dwar it-Tieni Protokoll tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda (2), u, b’mod partikulari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa, u r-Repubblika ta’ l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda, approvat bid-Deċiżjoni 1999/492/KE, jipprovdi għal kwota ta’ tariffa annwali għal importazzjonijiet mill-Islanda ta’ prodotti ta’ kunfetterija biz-zokkor u ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta’ ikel li fih il-kawkaw. Meħtieġ li din il-kwota tinfetaħ għall-2007.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (3), jistabbilixxi r-regoli għall-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jkun ipprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament tiġi mmaniġġjata skond dawn ir-regoli.

(3)

Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Immaniġġjar tal-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, l-oġġetti li joriġinaw fl-Islanda u importati fil-Komunità li huma elenkati fl-Anness se jkunu sottomessi għad-dazji stabbiliti fl-Anness fil-limiti tal-kwota annwali indikata fih.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun immaniġġjata mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)   ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

(2)   ĠU L 192, 24.7.1999, p. 47.

(3)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).


ANNESS

Ordni Nru

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwota

Rata applikabbli tad-dazju

09.0799

1704 90 10

1704 90 30

1704 90 51

1704 90 55

1704 90 61

1704 90 65

1704 90 71

1704 90 75

1704 90 81

1704 90 99

Ħelu magħmul miz-zokkor (inkluża ċ-ċikkulata bajda) li ma fihx kawkaw, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1704 90

500 tunnellata

50 % tar-rata tad-dazju għall-pajjiżi (*1) terzi sa massimu ta’ € 35,15/100 kg

1806 32 10

1806 32 90

1806 90 11

1806 90 19

1806 90 31

1806 90 39

1806 90 50

1806 90 60

1806 90 70

1806 90 90

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta’ ikel li fihom kawkaw li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1806 32 , 1806 90 , 1905 31 u 1905 32 .

1905 31 11

1905 31 19

1905 31 30

1905 31 91

1905 31 99

1905 32 11

1905 32 19

1905 32 91

1905 32 99

Gallettini ħelwin, waffles u wejfers


(*1)  Rata ta’ dazju għall-pajjiżi terzi: ir-rata li tikkonsisti fid-dazju ad valorem flimkien, fejn adatt, mal-komponent agrikolu, limitat għar-rata massima fejn ipprovduta fit-Tariffa Doganali Komuni.