|
22.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 86/2009
tat-3 ta' Lulju 2009
li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-Konsumatur) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/2009 tal-5 ta' Frar 2009 (1). |
|
(2) |
Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2008/122/KE tħassar id-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk hi mħassra skont il-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
It-test tal-punt 7b (Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIX għal-Ftehim għandu jiġi mibdul b'li ġej:
“ 32008 L 0122: Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10).”
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2008/122/KE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-4 ta' Lulju 2009, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 73, 19.3.2009, p. 53.
(3) ĠU L 280, 29.10.1994, p. 83.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.