02016R0232 — MT — 11.01.2024 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/232 tal-15 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 044 19.2.2016, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2092 tal-25 ta’ Awwissu 2022 |
L 281 |
18 |
31.10.2022 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2896 tas-17 ta’ Ottubru 2023 |
L |
1 |
22.12.2023 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/232
tal-15 ta' Diċembru 2015
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna ċerti aspetti ta' kooperazzjoni bejn il-produtturi
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistipula regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f'dak li jikkonċerna ċerti aspetti tal-kooperazzjoni tal-produtturi. Dan japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi stabbiliti fir-Regolamenti li ġejjin:
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 ( 1 ) dwar is-settur tal-frott u l-ħaxix;
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 ( 4 ) dwar is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“organizzazzjoni tal-produtturi tranżnazzjonali” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi li l-azjendi tal-produtturi membri tagħha jkunu jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed;
“assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tranżnazzjonali” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li l-organizzazzjonijiet membri tagħha jkunu jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed;
“organizzazzjoni interprofessjonali tranżnazzjonali” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni interprofessjonali li l-membri tagħha jkunu involuti fil-produzzjoni, fl-ipproċessar jew fil-kummerċ ta' prodotti koperti mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni f'aktar minn Stat Membru wieħed.
Artikolu 3
Esternalizzazzjoni
Artikolu 4
Rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet tranżnazzjonali
Artikolu 5
Notifiki
Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, kemm dawk nazzjonali kif ukoll dawk tranżnazzjonali, rikonoxxuti minn dawk l-Istati Membri (“entitajiet rikonoxxuti”) matul is-sena preċedenti, miġbura skont is-setturi differenti tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
l-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni, jekk ikun hemm, u d-data tar-rikonoxximent tal-entitajiet rikonoxxuti, kif ukoll id-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li abbażi tagħha tkun ġiet rikonoxxuta kull entità;
l-għadd totali ta’ membri ta’ kull entità;
l-indikazzjoni dwar liema minn dawk l-entitajiet implimentaw programm operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115 matul is-sena finanzjarja preċedenti;
għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-għadd ta’ membri mhux produtturi tagħhom;
l-isem tal-entitajiet li għalihom ir-rikonoxximent ġie miċħud, sospiż jew irtirat, inkluża d-data tad-deċiżjoni, u, fejn xieraq, in-numru ta’ identifikazzjoni tagħhom;
l-isem tal-entitajiet rikonoxxuti li ngħaqdu ma’ entitajiet rikonoxxuti oħrajn, inkluża d-data tal-fużjoni, l-għadd totali u l-isem tal-entitajiet rikonoxxuti li jirriżultaw mill-fużjoni u, fejn xieraq, in-numru ta’ identifikazzjoni tagħhom.
Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni lista kompluta u aġġornata tal-entitajiet rikonoxxuti kollha li jkollhom dak l-istatus fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel, akkumpanjata mill-informazzjoni rilevanti elenkata fl-ewwel subparagrafu.
Sal-15 ta’ Novembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni d-data li ġejja għas-sena preċedenti dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi nazzjonali u tranżnazzjonali rikonoxxuti u l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti tagħhom, miġbura skont is-setturi differenti tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għal kull entità, iddeterminat f’konformità mal-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 ( 5 ) u, fejn xieraq, għal kull prodott jew lista ta’ prodotti li għalihom ingħata r-rikonoxximent. Jekk ma tkun disponibbli l-ebda data dwar il-produzzjoni kummerċjalizzata, għandu jiġi kkomunikat valur ta’ “0”;
għall-entitajiet rikonoxxuti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, fejn xieraq, il-volumi annwali kummerċjabbli ta’ ħalib mhux ipproċessat prodotti minn kull entità, diżaggregati għal kull Stat Membru tal-produzzjoni fil-każ ta’ organizzazzjoni tranżnazzjonali;
għall-entitajiet rikonoxxuti fis-settur tal-frott u l-ħaxix, il-parti tal-produzzjoni maħsuba għas-suq frisk u l-parti tal-produzzjoni maħsuba għall-ipproċessar, fil-valur u fil-volum.
Artikolu 6
Tħassir
Ir-Regolamenti (KE) Nru 223/2008 u (KE) Nru 709/2008 huma mħassra.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 880/2012 tat-28 ta' Ġunju 2012 li jissuplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kooperazzjoni transnazzjonali u n-negozjati kuntrattwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 263, 28.9.2012, p. 8).
( 3 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 511/2012 tal-15 ta' Ġunju 2012 dwar notifiki li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u negozjati kuntrattwali u relazzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 156, 16.6.2012, p. 39).
( 4 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta' appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 55).
( 5 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52).