European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5444

5.9.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11302 — MSC / HGV / HHLA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5444)

1.   

Fid-29 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

SAS Shipping Agencies Services S.à.r.l. A (“SAS”, Luxemburg), li tappartjeni għall-MSC Group,

—

HGV Hamburger Gesellschaft für Vermögens- und Beteiligungsmanagement mbH (“HGV”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Freie und Hansestadt Hamburg (“FHH”),

—

Hamburger Hafen und Logistik Aktiengesellschaft (iktar’ il quddiem “HHLA”, il-Ġermanja).

SAS u HGV jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ HHLA.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-13 ta’ Settembru 2023, u permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

SAS hija kumpanija azzjonarja operattiva tal-MSC Group, li hija negozju globali bi sjieda privata involuta fis-settur tat-trasport u tal-loġistika, primarjament attiva fin-negozju tat-tbaħħir bil-baħar fuq l-oċeani. Fiż-ŻEE, il-Grupp MSC huwa attiv ukoll fit-terminal tal-kontejners, u fit-trasport intern u fis-soluzzjonijiet loġistiċi. Il-grupp MSC għandu wkoll diviżjoni tal-passiġġieri u jipprovdi kruċieri oċeaniċi madwar id-dinja, servizzi tat-trasport marittimu tal-passiġġieri fil-Baħar Mediterran, servizzi ta’ operaturi turistiċi u servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar,

—

HGV hija l-kumpannija holding għall-attivitajiet kummerċjali tal-Belt ta’ Hamburg. HGV hija attiva fil-qasam tas-servizzi loġistiċi tat-terminals tal-kontejners u tat-terminals u s-servizzi tat-trasport intern fiż-ŻEE u tipprovdi servizzi pubbliċi bħat-trasport pubbliku lokali, il-provvista tal-ilma lokali, il-provvista tal-enerġija lokali u l-proprjetà immobbli lokali fil-Ġermanja, prinċipalment fil-Belt ta’ Hamburg.

—

HHLA hija kumpanija Ewropea tal-loġistika tal-portijiet u tat-trasport li tispeċjalizza fis-servizzi tat-terminals tal-kontejners u fil-loġistika tat-trasport, b’mod partikolari fil-port ta’ Hamburg iżda wkoll fil-Port ta’ Muuga (Tallinn) u fil-Port ta’ Trieste.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11302 — MSC / HGV / HHLA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5444

ISSN 1977-0987 (electronic edition)