20.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/66


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1258

tat-18 ta’ Lulju 2022

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Bernd LANGE li ser tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Settembru 2022, mill-5 ta’ Settembru 2022 ser isir vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Thomas HABERMANN, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Landrat des Landkreises Rhön-Grabfeld (Kummissarju Distrettwali ta’ Rhön-Grabfeld), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mill-5 ta’ Settembru 2022 sa tmiem il-mandat attwali fil-25 ta’ Jannar 2025.

(5)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Thomas HABERMANN bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti mill-5 ta’ Settembru 2022.

(6)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Christoph SCHNAUDIGEL, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Landrat des Landkreises Karlsruhe (Kummissarju Distrettwali ta’ Karlsruhe), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mill-5 ta’ Settembru 2022 sa tmiem il-mandat attwali fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni mill-5 ta’ Settembru 2022 sal-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membru:

—

Is-Sur Thomas HABERMANN, Landrat des Landkreises Rhön-Grabfeld (Kummissarju Distrettwali ta’ Rhön-Grabfeld),

u

(b)

bħala membru supplenti:

—

Is-Sur Christoph SCHNAUDIGEL, Landrat des Landkreises Karlsruhe (Kummissarju Distrettwali ta’ Karlsruhe).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. NEKULA


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).