|
7.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 77/2022
tat-18 ta’ Marzu 2022
li temenda l-Anness X (Servizzi b’mod ġenerali) u l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1145]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bil-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi X u XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 3 (ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness X tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“- |
32020 R 1055: Ir-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 (ĠU L 249, 31.7.2020. p. 17).” |
Artikolu 2
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 19a (ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u l-punt 25a (ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“- |
32020 R 1055: Ir-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 (ĠU L 249, 31.7.2020. p. 17).” |
Artikolu 3
It-test tar-Regolament (UE) 2020/1055 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fid-19 ta’ Marzu 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 249, 31.7.2020, p. 17.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.