<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-450/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0450</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1075">EU:C:2019:1075</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20191212">12.12.2019</DATE> – Kawża C-450/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Instituto Nacional de la Seguridad Social (Suppliment għall-pensjoni lill-ommijiet)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20191212">12 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 79/7/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1) u (2)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tal-benefiċċji</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/54/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tal-impjieg u x-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi d-dritt għal suppliment għall-pensjoni lin-nisa li kellhom mill-inqas żewġ ulied bijoloġiċi jew adottati u li jirċievu pensjoni kontributorja ta’ inkapaċità permanenti</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ attribuzzjoni ta’ dan id-dritt lill-irġiel li jinsabu f’sitwazzjoni identika</KEYWORD><KEYWORD>Sitwazzjoni paragunabbli</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess</KEYWORD><KEYWORD>Derogi</KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑450/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de lo Social Nru 3 de Gerona (il-Qorti Industrijali Nru 3 ta’Gerona, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20180709">9 ta’ Lulju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">WA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot (President tal-Awla), R. Silva de Lapuerta, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, M. Safjan (Relatur), L. Bay Larsen u C. Toader Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati,</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal WA, minn F. Casas Corominas, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), inizjalment minn A. R. Trillo García u L. Martínez-Sicluna Sepúlveda kif ukoll minn P. García Perea, sussegwentement minn L. Martínez-Sicluna Sepúlveda u P. García Perea, letrados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn L. Aguilera Ruiz, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, inizjalment minn N. Ruiz García kif ukoll minn C. Valero u I. Galindo Martín, sussegwentement minn N. Ruiz García u C. Valero, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20190910">10 ta’ Settembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 157 TFUE u tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20060705">5 ta’ Lulju 2006</DATE> dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 204, p. 23</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn WA, missier ta’ żewġ ulied, u l-Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) (l-Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali, Spanja) dwar ir-rifjut li jingħatalu suppliment għall-pensjoni li jibbenefikaw minnu n-nisa li kellhom mill-inqas żewġ ulied bijoloġiċi jew adottati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 79/7/KEE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont it-tieni u t-tielet premessa tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-<DATE ISO="19781219">19 ta’ Diċembru 1978</DATE> dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Billi l-prinċipju tat-trattament ugwali fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali għandu jiġi implimentat l-ewwelnett fl-iskemi statutorji li jipprovdu protezzjoni kontra l-perikli ta’ mard, invalidità, anzjanità, disgrazzji fuq ix-xogħol, mard ikkawżat mit-tip ta’ xogħol u qgħad, u fl-assistenza soċjali sakemm hija ntenzjonata li żżid ma’ jew tieħu l-post ta’ l-iskemi msemmija aktar ’il fuq;</P><P>Billi l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali ma tippreġudikax id-dispożizzjonijiet rigward il-protezzjoni tan-nisa minħabba l-maternità; billi dwar dan l-Istati Membri jistgħu jadottaw disposizzjonijiet speċifiċi għan-nisa biex jitneħħew każijiet eżistenti ta’ trattament li m’huwiex ugwali.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa l-implimentazzjoni progressiva, fil-qasam tas-sigurtà soċjali u l-elementi l-oħra ta’ protezzjoni soċjali pprovduti fl-Artikolu 3, tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, minn issa ’il quddiem imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Il-prinċipju tat-trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Din id-Direttiva tgħodd għall-populazzjoni li taħdem - inklużi dawk li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tieqaf għal xi żmien minħabba mard, disgrazzja jew qgħad involontarju u persuni li qed ifittxu x-xoghol - lill-ħaddiema irtirati jew invalidi u persuni li jaħdmu għal rashom.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Din id-Direttiva tapplika għal:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>l-</NO.P><TXT>iskemi statutorji li jipprovdu protezzjoni kontra r-riskji li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>mard,</P></ITEM><ITEM><P>invalidità,</P></ITEM><ITEM><P>anzjanità;</P></ITEM><ITEM><P>disgrazzji fuq ix-xogħol u mard li ġej mix-xogħol,</P></ITEM><ITEM><P>qgħad;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/7 huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-prinċipju tat-trattament ugwali jfisser li m’għandu jkun hemm ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess kemm direttament, jew indirettament speċjalment b’riferenza għall-istat maritali jew tal-familja f’dak li għandu x’jaqsam ma’:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-għan ta’ l-iskemi u l-kondizzjonijiet ta’ l-aċċess għalihom,</P></ITEM><ITEM><P>l-obbligu li wieħed jikkontribwixxi u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet,</P></ITEM><ITEM><P>il-kalkolu tal-benefiċċji inklużi ż-żidiet rigward konjuġi u dipendenti u l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tul u ż-żamma tal-benefiċċji.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prinċipju tat-trattament ugwali għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rigward il-protezzjoni tan-nisa minħabba l-maternità.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jeskludu mill-għan tagħha:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-vantaġġ f’dak li għandu x’jaqsam ma’ skemi tal-pensjoni tax-xjuħ mogħtija lill dawk il-persuni li rabbew t-tfal; il-ksib ta’ drittijiet għal benefiċċji wara perjodi ta’ waqfien mix-xogħol minħabba it-trobbija tat-tfal;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom minn żmien għall-ieħor jeżaminaw il-kwistjonijiet li tħallew barra skond il-paragrafu 1 u jaċċertaw, fid-dawl ta’ l-iżviluppi soċjali fil-kwistjoni kkonċernata, jekk hemmx ġustifikazzjoni biex jinżammu l-eskluzjonijiet kkonċernati.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/54</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/54 abrogat id-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-<DATE ISO="19760209">9 ta’ Frar 1976</DATE> dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187), kif emendata mid-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20020923">23 ta’ Settembru 2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 255).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont il-premessa 13 tad-Direttiva 2006/54:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Fis-sentenza tagħha tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE>[, <NAME.CASE>Barber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-262/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:209">EU:C:1990:209</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)], il-Qorti tal-Ġustizzja ddeterminat li l-forom kollha ta’ pensjoni tax-xogħol jikkostitwixxu element ta’ paga li jaqgħa fit-tifsira ta’ l-Artikolu 141 tat-Trattat [KE].<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat li jkun implimentat il-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol.</ALINEA><ALINEA><P>Għal dan il-għan, hi fiha dispożizzjonijiet biex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ trattament ugwali f’relazzjoni ma’:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluża l-paga;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-iskemi okkupazzjonali ta’ sigurtà soċjali.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>skemi okkupazzjonali ta’ sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>: skemi li mhumiex regolati mid-Direttiva [79/7] li l-għan tagħhom huwa li jipprovdu lill-ħaddiema, kemm jekk impjegati u kemm jekk jaħdmu għal rashom, f’impriża jew fi grupp ta’ impriżi, f’qasam ta’ attività ekonomika, settur jew grupp ta’ setturi tax-xogħol b’benefiċċji maħsuba biex iżidu l-benefiċċji pprovduti minn skemi statutorji ta’ sigurtà soċjali jew biex jissostitwixxuhom, kemm jekk is-sħubija fi skemi ta’ din ix-xorta tkun obbligatorja u kemm jekk tkun b’għażla.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(1) tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali), fil-verżjoni kkonsolidata tagħha approvata permezz tar-Real Decreto Legislativo 8/2015 (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 8/2015), tat-<DATE ISO="20151030">30 ta’ Ottubru 2015</DATE> (BOE Nru 261, tal-<DATE ISO="20151031">31 ta’ Ottubru 2015</DATE>, p. 103291) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>LGSS<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Indipendentement mis-sess tagħhom, mill-istat ċivili tagħhom u mill-professjoni tagħhom, iċ-ċittadini Spanjoli residenti fi Spanja u l-barranin li jirrisjedu jew li jinsabu legalment fit-territorju Spanjol jaqgħu taħt is-sistema ta’ sigurtà soċjali għall-finijiet tal-benefiċċji tat-tip kontributorju, bil-kundizzjoni li, fiż-żewġ każijiet, ikunu jeżerċitaw attività fit-territorju nazzjonali u jaqgħu taħt waħda mis-subparagrafi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-ħaddiema li jipprovdu s-servizzi tagħhom għan-nom ta’ ħaddieħor fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(1) tat-test ta’ riformulazzjoni tal-Estatuto de los Trabajadores [l-Istatut tal-Ħaddiema], fid-diversi fergħat tal-attività ekonomika, jew il-ħaddiema assimilati għal dawn tal-aħħar, indipendentement minn jekk ikunu ħaddiema temporanji, staġonali, permanenti, anki <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>fijos discontinuos<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>, inklużi teleħaddiema u, f’kull każ, indipendentement mill-kategorija professjonali tal-ħaddiem, mill-għamla u mill-ammont tar-remunerazzjoni li jirċievi, u min-natura ġenerali tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ħaddiema li jaħdmu għal rashom, kemm jekk ikunu proprjetarji ta’ impriżi individwali jew familjari, li jkollhom iktar minn 18-il sena, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha espressament stabbiliti minn din il-liġi jew mil-leġiżlazzjoni adottata għall-applikazzjoni tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-ħaddiema membri tal-kooperattivi tax-xogħol assoċjat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-istudenti</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>l-uffiċjali pubbliċi, ċivili u militari.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 60(1) tal-LGSS jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Fid-dawl tal-kontribuzzjoni demografika tagħhom għas-sigurtà soċjali, għandu jingħata suppliment għall-pensjoni lin-nisa li kellhom ulied bijoloġiċi jew adottati u li jibbenefikaw minn pensjonijiet kontributorji ta’ rtirar, ta’ rmulija jew ta’ inkapaċità permanenti skont kwalunkwe sistema ta’ sigurtà soċjali.</P><P>L-ammont ta’ dan is-suppliment, li jippreżenta fl-aspetti kollha n-natura ġuridika ta’ pensjoni pubblika kontributorja, jirriżulta mill-applikazzjoni għall-ammont inizjali tal-imsemmija pensjonijiet ta’ perċentwali ddeterminat, li jiddependi min-numru ta’ wlied, skont l-iskala li ġejja:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ żewġ ulied: 5 fil-mija</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ tliet ulied: 10 fil-mija</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ erba’ wlied jew iktar: 15 fil-mija</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Sabiex jiġi stabbilit id-dritt għall-suppliment kif ukoll l-ammont tiegħu, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss l-ulied imwielda jew adottati qabel il-fatt li ta lok għall-pensjoni inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 196(3) tal-LGSS jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-benefiċċju finanzjarju li jikkorrispondi mal-inkapaċità permanenti assoluta jikkonsisti f’vitalizju.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE>, WA ngħata pensjoni mingħand l-INSS minħabba inkapaċità ta’ xogħol permanenti assoluta, ta’ 100 % tal-bażi ta’ kalkolu (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). Din il-pensjoni kienet tammonta għal EUR 1 603.43 fix-xahar, miżjuda b’rivalutazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>WA ppreżenta lment amministrattiv imressaq qabel kontra din id-deċiżjoni, billi sostna li, peress li huwa missier ta’ żewġt ibniet, huwa għandu, abbażi tal-Artikolu 60(1) tal-LGSS, jibbenefika mid-dritt li jirċievi s-suppliment għall-pensjoni previst f’din id-dispożizzjoni (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>suppliment għall-pensjoni inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), li jirrappreżenta 5 % tal-ammont inizjali tal-pensjoni tiegħu, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk tan-nisa li huma ommijiet ta’ żewġ ulied u li jibbenefikaw minn pensjonijiet kontributorji permanenti skont sistema tas-sigurtà soċjali Spanjola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tad-<DATE ISO="20170609">9 ta’ Ġunju 2017</DATE>, l-INSS ċaħad l-ilment amministrattiv imressaq qabel ta’ WA u kkonferma d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE>. F’dan ir-rigward, l-INSS indika li s-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni jingħata esklużivament lin-nisa benefiċjarji ta’ pensjoni kontributorja tas-sigurtà soċjali Spanjola, ommijiet ta’ mill-inqas żewġ ulied, abbażi tal-kontribuzzjoni demografika tagħhom għas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-frattemp, fit-<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE>, WA ppreżenta rikors kontra d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE> quddiem il-Juzgado de lo Social Nru 3 de Gerona (il-Qorti Industrijali Nru 3 ta’ Gerona, Spanja), fejn talab li jiġi rrikonoxxut id-dritt li jibbenefika mis-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180518">18 ta’ Mejju 2018</DATE>, il-Juzgado de lo Social Nru 3 de Gerona (il-Qorti Industrijali Nru 3 ta’ Gerona) ġiet informata bil-mewt ta’ WA, li seħħ fid-<DATE ISO="20171209">9 ta’ Diċembru 2017</DATE>. DC, il-mara tiegħu, issuċċediet lill-mejjet bħala rikorrenti fil-kawża prinċipali. Il-qorti tar-rinviju tindika li, għaldaqstant, il-ħlas eventwali tas-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni kien japplika sad-data tal-mewt ta’ WA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-Artikolu 60(1) tal-LGSS jagħti d-dritt għas-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni lin-nisa li kellhom mill-inqas żewġ ulied bijoloġiċi jew adottati, minħabba l-kontribuzzjoni demografika tagħhom għas-sigurtà soċjali, filwaqt li l-irġiel li jinsabu f’sitwazzjoni identika ma jibbenefikawx minn dan id-dritt. Din il-qorti tesprimi dubji dwar il-konformità ta’ tali dispożizzjoni mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kontribuzzjoni demografika għas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, previst fl-Artikolu 60(1) tal-LGSS, jista’ japplika kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, peress li l-prokreazzjoni u r-responsabbiltà fir-rigward tal-kura, tal-ikel u tal-edukazzjoni tal-ulied, kif ukoll l-attenzjoni mogħtija lilhom, japplikaw għal kull persuna li jkollha l-kundizzjoni ta’ omm jew ta’ missier. Konsegwentement, l-interruzzjoni tax-xogħol minħabba t-twelid, l-adozzjoni jew il-kura mogħtija lil dawn l-ulied tista’ tippreġudika b’mod identiku lin-nisa u lill-irġiel, indipendentement mill-kontribuzzjoni demografika tagħhom għas-sigurtà soċjali. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 60(1) tal-LGSS jistabbilixxi differenza fit-trattament inġustifikata favur in-nisa, għad-detriment tal-irġiel li jinsabu f’sitwazzjoni identika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-prokreazzjoni timplika madankollu sagrifiċċju ikbar għan-nisa fuq livell personali u professjonali. Fil-fatt, huma għandhom jaffaċċjaw perijodu ta’ tqala kif ukoll il-ħlas, li għandhom implikazzjonijiet bijoloġiċi u fiżjoloġiċi manifesti, bl-effett li dan jimplika fuq il-livell fiżiku kif ukoll fir-rigward tax-xogħol u tal-aspettattivi leġittimi ta’ promozzjoni fil-kuntest professjonali. Mill-perspettiva bijoloġika, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 60(1) tal-LGSS jistgħu għalhekk jiġu ġġustifikati sa fejn huma intiżi li jipproteġu lin-nisa mill-konsegwenzi tat-tqala u tal-maternità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT>3 de Gerona (il-Qorti Industrijali Nru 3 ta’ Cuenca, Spanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Leġiżlazzjoni nazzjonali (b’mod speċifiku l-Artikolu 60(1) tal-[LGSS]) li tirrikonoxxi d-dritt għal pensjoni addizzjonali, minħabba l-kontribut demografiku għas-sigurtà soċjali, lin-nisa li kellhom ulied bioloġiċi jew adottati u li jibbenefikaw minn pensjonijiet kontributorji ta’ rtirar, ta’ rmulija, jew ta’ inkapaċità permanenti taħt xi tip ta’ skema fi ħdan is-sigurtà soċjali, u li, min-naħa l-oħra, ma tirrikonoxxix dan id-dritt lill-irġiel f’sitwazzjoni identika, tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li jipprekludi kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, irrikonoxxut mill-Artikolu 157 [TFUE] u mid-Direttiva [76/207], mid-Direttiva [2002/73] li temendaha, imfassla mill-ġdid permezz tad-Direttiva [2006/54]?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija din tal-aħħar li trid tagħti lill-qorti tar-rinviju risposta utli li tippermettilha tiddeċiedi l-kawża quddiemha. F’din il-perspettiva, jekk ikun meħtieġ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tifformula mill-ġdid id-domandi magħmula lilha. Fil-fatt, il-funzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija dik li tinterpreta d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni li l-qrati nazzjonali jeħtieġu sabiex jiddeċiedu l-kawżi li jkollhom quddiemhom, anki jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux espressament imsemmija fid-domandi li jsirulha minn dawn il-qrati (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Wiedemann u Funk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑329/06 u C‑343/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:366">EU:C:2008:366</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>PI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:383">EU:C:2019:383</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’din il-kawża, anki jekk, formalment, il-qorti tar-rinviju llimitat id-domanda tagħha għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 157 TFUE u tad-Direttiva 2006/54 biss, tali fatt ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, kemm jekk din il-qorti tkun għamlet riferiment għalihom fid-domandi tagħha kif ukoll jekk ma tkunx għamlet dan. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tislet, mill-informazzjoni kollha ppreżentata mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi tal-imsemmi dritt li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Wolf</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑229/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:3">EU:C:2010:3</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>PI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:383">EU:C:2019:383</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, WA, missier ta’ żewġ ulied, talab, abbażi tal-Artikolu 60(1) tal-LGSS, l-għoti tas-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni, li jiżdied mal-pensjoni kontributorja tiegħu għal inkapaċità permanenti assoluta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-Artikolu 157(2) TFUE, ikopri l-pensjonijiet li jiddependu mir-relazzjoni ta’ impjieg bejn il-ħaddiem u l-persuna li timpjegah, bl-esklużjoni ta’ dawk li jirriżultaw minn skema legali ffinanzjata minn kontribuzzjonijiet min-naħa tal-ħaddiema, ta’ min iħaddem u, eventwalment, tal-awtoritajiet pubbliċi b’tali mod li huwa ddeterminat inqas minn tali relazzjoni ta’ impjieg milli minn kunsiderazzjonijiet ta’ politika soċjali. Għalhekk, ma jistgħux jiġu inklużi taħt dan il-kunċett is-sistemi jew il-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali, bħall-pensjonijiet tal-irtirar, irregolati direttament mil-liġi, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe element ta’ ftehim fi ħdan l-impriża jew it-taqsima professjonali kkonċernata u applikabbli b’mod vinkolanti għal kategoriji ġenerali ta’ ħaddiema (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Elbal Moreno</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, pensjoni kontributorja għall-inkapaċità permanenti bħal dik li bbenefika minnha WA, li abbażi tagħha huwa kkalkolat is-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni, tidher li hija pensjoni li tiddependi inqas mir-relazzjoni ta’ impjieg bejn ħaddiem u persuna li timpjega, milli minn kunsiderazzjonijiet ta’ natura soċjali, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 60(1) tal-LGSS jippreċiża li s-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni f’kull aspett għandu f’kull aspett in-natura legali ta’ pensjoni pubblika kontributorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Huwa minnu li kunsiderazzjonijiet ta’ politika soċjali, ta’ organizzazzjoni tal-Istat, ta’ etika jew anki l-preokkupazzjonijiet ta’ natura baġitarja li kellhom jew li seta’ kellhom irwol fit-tfassil ta’ skema mil-leġiżlatur nazzjonali ma jistgħux jieħdu preċedenza jekk il-pensjoni taffettwa biss kategorija partikolari ta’ ħaddiema, jekk tkun direttament relatata mal-perijodu ta’ servizz mogħti u jekk l-ammont tagħha jkun ikkalkolat abbażi tal-aħħar remunerazzjoni (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940928">28 ta’ Settembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Beune</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑7/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:350">EU:C:1994:350</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Elbal Moreno</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif tevoka l-INSS, l-ewwel waħda minn dawn it-tliet kundizzjonijiet ma tidhirx li ġiet issodisfatta peress li l-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jirrileva ebda indikazzjoni li pensjoni kontributorja ta’ inkapaċità permanenti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun ta’ interess biss għal kategorija speċifika ta’ ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tali pensjoni kontributorja ta’ inkapaċità permanenti la taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Artikolu 157(1) u (2) TFUE u lanqas taħt id-Direttiva 2006/54 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960213">13 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>Gillespie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑342/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:46">EU:C:1996:46</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Elbal Moreno</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ornano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:564">EU:C:2016:564</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2006/54, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(f) tagħha, jirriżulta li l-imsemmija direttiva ma tapplikax għall-iskemi legali rregolati mid-Direttiva 79/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Kuntrarjament, is-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni jaqa’ taħt din l-aħħar direttiva peress li jagħmel parti minn sistema legali ta’ protezzjoni kontra wieħed mir-riskji elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 79/7, jiġifieri l-invalidità, u huwa direttament u effettivament marbut mal-protezzjoni kontra dan ir-riskju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19991216">16 ta’ Diċembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Taylor</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑382/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:623">EU:C:1999:623</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Elbal Moreno</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan is-suppliment ta’ pensjoni huwa intiż li jipproteġi lin-nisa li għandhom mill-inqas żewġ ulied bijoloġiċi jew adottati u li jibbenefikaw minn pensjoni tal-invalidità, billi jiżgura li dawn ikunu jistgħu jiddisponu mill-mezzi neċessarji fir-rigward, b’mod partikolari, tal-bżonnijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li d-domanda magħmula tinftiehem fis-sens li hija intiża, essenzjalment, sabiex jiġi stabbilit jekk id-Direttiva 79/7 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, minħabba l-kontribuzzjoni demografika tan-nisa għas-sigurtà soċjali, tipprevedi d-dritt għal suppliment għall-pensjoni għal dawk li għandhom mill-inqas żewġ ulied bijoloġiċi jew adottati u li jibbenefikaw minn pensjonijiet kontributorji ta’ inkapaċità permanenti skont sistema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali, filwaqt li l-irġiel li jinsabu f’sitwazzjoni identika ma jkollhomx id-dritt għal tali suppliment għall-pensjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jimplika n-nuqqas ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, kemm direttament, kif ukoll indirettament, b’riferiment, b’mod partikolari, għall-istat matrimonjali jew familjari, fir-rigward tal-kalkolu tal-benefiċċji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali tirrigwarda l-kalkolu tal-ammont totali tal-pensjoni għall-inkapaċità permanenti ta’ raġel li kellu żewġt itfal, fejn dan talab li jibbenefika mis-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 60(1) tal-LGSS, fid-dawl tal-kontribuzzjoni demografika tan-nisa għas-sigurtà soċjali, is-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni jingħata lil dawn tal-aħħar meta huma kellhom mill-inqas żewġ ulied bijoloġiċi jew adottati u meta jibbenefikaw b’mod partikolari minn pensjonijiet kontributorji ta’ inkapaċità permanenti skont sistema ta’ sigurtà soċjali. Min-naħa l-oħra, l-irġiel, meta jkunu jinsabu f’sitwazzjoni identika, ma jibbenefikawx minn dan is-suppliment għall-pensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jidher li din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti trattament inqas favorevoli lill-irġiel li kellhom mill-inqas żewġ ulied bijoloġiċi jew adottati. Trattament inqas favorevoli bħal dan ibbażat fuq is-sess jista’ jikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, diskriminazzjoni tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ regoli differenti għal sitwazzjonijiet paragunabbli jew anki fl-applikazzjoni tal-istess regola għal sitwazzjonijiet differenti (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960213">13 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>Gillespie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑342/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:46">EU:C:1996:46</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Praxair MRC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑486/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:379">EU:C:2019:379</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk id-differenza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkonċernax kategoriji ta’ persuni li jinsabu f’sitwazzjonijiet paragunabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rekwiżit relatat man-natura paragunabbli tas-sitwazzjonijiet ma jirrikjedix li s-sitwazzjonijiet ikunu identiċi, iżda biss li jkunu simili (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180626">26 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>MB (Bidla fil-ġeneru u pensjoni tal-irtirar)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑451/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:492">EU:C:2018:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>In-natura komparabbli tas-sitwazzjonijiet għandha tiġi evalwata mhux b’mod globali u astratt, iżda b’mod speċifiku u konkret b’teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi kollha li jikkaratterizzawhom, fid-dawl b’mod partikolari tal-għan u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi d-distinzjoni inkwistjoni kif ukoll, fejn xieraq, tal-prinċipji u tal-għanijiet tal-qasam li minnu tagħmel parti din il-leġiżlazzjoni nazzjonali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180626">26 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>MB (Bidla fil-ġeneru u pensjoni tal-irtirar)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑451/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:492">EU:C:2018:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan tal-Artikolu 60(1) tal-LGSS, jiġifieri l-kumpens tal-kontribuzzjoni demografika tan-nisa għas-sigurtà soċjali, għandu jiġi kkonstatat li l-kontribuzzjoni tal-irġiel għad-demografija hija daqstant neċessarja daqs dik tan-nisa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-raġuni biss tal-kontribuzzjoni demografika għas-sigurtà soċjali ma tistax tiġġustifika li l-irġiel u n-nisa ma jkunux f’sitwazzjoni paragunabbli fir-rigward tal-għoti tas-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, bi tweġiba għal mistoqsija bil-miktub magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Spanjol enfasizza li l-għan ta’ dan is-suppliment għall-pensjoni ma jikkonsistix biss fil-kumpens lin-nisa li kellhom mill-inqas żewġ ulied għall-kontribuzzjoni demografika tagħhom għas-sigurtà soċjali. L-imsemmi suppliment kien ukoll maħsub bħala miżura intiża li tnaqqas id-differenza bejn l-ammonti ta’ pensjoni tal-irġiel u dawk tan-nisa, li tirriżulta mid-differenzi tal-perkorsi professjonali. L-għan<?PAGE NO="10"?> jikkonsisti fil-garanzija tal-għoti ta’ pensjonijiet adegwati lin-nisa li l-kapaċità kontributorja tagħhom u, għaldaqstant, l-ammont tal-pensjoni, tnaqqsu meta l-karrieri professjonali tagħhom ġew interrotti jew imqassra, minħabba l-fatt li kellhom mill-inqas żewġ ulied.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-INSS, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, isostni li s-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni huwa ġġustifikat minn motivi ta’ politika soċjali. Għal dan il-għan, l-INSS jipprovdi diversi statistiċi li juru differenza bejn l-ammonti ta’ pensjoni tal-irġiel u dawk tan-nisa, kif ukoll, minn naħa, bejn l-ammonti ta’ pensjoni tan-nisa mingħajr wild jew li kellhom wild u, min-naħa l-oħra, dawk tan-nisa li kellhom mill-inqas żewġ ulied.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fir-rigward tal-għan li titnaqqas id-differenza bejn l-ammonti tal-pensjoni tan-nisa u dawk tal-irġiel bl-għoti tas-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni, hemm lok li jiġi rrilevat li l-Artikolu 60(1) tal-LGSS huwa intiż, mill-inqas parzjalment, għall-protezzjoni tan-nisa fil-kwalità tagħhom ta’ ġenitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, minn naħa, hija kwistjoni ta’ kwalità li jista’ jkollhom kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa u, min-naħa l-oħra, is-sitwazzjoni ta’ missier u dik ta’ omm jistgħu jkunu paragunabbli fir-rigward tal-edukazzjoni tal-ulied (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011129">29 ta’ Novembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Griesmar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑366/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:648">EU:C:2001:648</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090326">26 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑559/07</NO.CASE>, mhux ippublikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:198">EU:C:2009:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-fatt li n-nisa huma iktar suġġetti għall-iżvantaġġi professjonali li jirriżultaw mill-edukazzjoni tal-ulied peress li huma n-nisa li ġeneralment ikunu responsabbli minn din l-edukazzjoni ma jistax jeskludi l-paragunabbiltà tagħhom mas-sitwazzjoni ta’ raġel li kien responsabbli għall-edukazzjoni ta’ wliedu u, minħabba dan, kien suġġett għall-istess żvantaġġi professjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011129">29 ta’ Novembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Griesmar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑366/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:648">EU:C:2001:648</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 66 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-eżistenza ta’ data statistika li tistabbilixxi differenzi strutturali bejn l-ammonti ta’ pensjoni tan-nisa u dawk tal-irġiel ma hijiex biżżejjed sabiex tippermetti li twassal għall-konklużjoni li, fir-rigward tal-pensjoni inkwistjoni, in-nisa u l-irġiel ma jitqiegħdux f’sitwazzjoni paragunabbli bħala ġenitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, deroga mill-projbizzjoni, stabbilita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7, ta’ kull diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess hija possibbli biss fil-każijiet elenkati b’mod eżawrjenti fid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140903">3 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑318/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2133">EU:C:2014:2133</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180626">26 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>MB (Bidla fil-ġeneru u pensjoni tal-irtirar)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑451/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:492">EU:C:2018:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn ir-raġunijiet għal deroga, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 79/7, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jipprekludix id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-mara minħabba l-maternità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, billi jħalli lill-Istati Membri d-dritt li jżommu jew li jintroduċu dispożizzjonijiet intiżi sabiex jiżguraw din il-protezzjoni, l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 79/7 jirrikonoxxi l-leġittimità, fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn is-sessi, minn naħa, tal-protezzjoni tal-kundizzjoni bijoloġika tal-mara waqt it-tqala u s-segwitu tagħha, u min-naħa l-oħra, tal-protezzjoni tar-relazzjonijiet partikolari bejn il-mara u l-wild tagħha matul il-perijodu li jsegwi l-ħlas (ara, f’dan is-sens, fir-rigward tad-Direttiva 76/207, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840712">12 ta’ Lulju 1984</DATE>, <NAME.CASE>Hofmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>184/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:273">EU:C:1984:273</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130919">19 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Betriu Montull</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:571">EU:C:2013:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, fil-każ ineżami, l-Artikolu 60(1) tal-LGSS ma jinkludi ebda element li jistabbilixxi rabta bejn l-għoti tas-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni u t-teħid ta’ leave tal-maternità jew l-iżvantaġġi li ġġarrab mara fil-karriera tagħha minħabba l-assenza tagħha mis-servizz matul il-perijodu li jsegwi l-ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-imsemmi suppliment jingħata lin-nisa li adottaw tfal, li jindika li l-leġiżlatur nazzjonali ma kellux l-intenzjoni li jillimita l-applikazzjoni tal-Artikolu 60(1) tal-LGSS għall-protezzjoni tal-kundizzjoni bijoloġika tan-nisa li jkunu welldu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irreleva l-Avukat Ġenerali fil-punt 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, din id-dispożizzjoni ma teżiġix li n-nisa jkunu effettivament iddeċidew li jieqfu mix-xogħol meta kellhom uliedhom, peress li ma hemmx il-kundizzjoni relatata mat-teħid ta’ leave tal-maternità. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, meta mara tkun welldet qabel id-dħul fis-suq tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li suppliment għall-pensjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga mill-projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet prevista fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 79/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont l-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva, din ma tostakolax il-possibbiltà li għandhom l-Istati Membri li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-vantaġġi mogħtija fil-qasam tal-assigurazzjoni għax-xjuħija lill-persuni li rabbew it-tfal u l-akkwist ta’ drittijiet għall-benefiċċji wara perijodi ta’ waqfien mix-xogħol minħabba l-edukazzjoni tat-tfal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 60(1) tal-LGSS ma jissuġġettax l-għoti tas-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni għall-edukazzjoni tat-tfal jew għall-eżistenza ta’ perijodi ta’ waqfien mix-xogħol minħabba l-edukazzjoni tat-tfal, iżda biss għall-fatt li n-nisa benefiċjarji kellhom mill-inqas żewġ ulied bijoloġiċi jew adottati u jirċievu pensjoni kontributorja ta’ rtirar, ta’ rmulija jew ta’ inkapaċità permanenti skont sistema ta’ sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 79/7 ma huwiex applikabbli għal benefiċċju bħas-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jingħad ukoll li, skont l-Artikolu 157(4) TFUE, sabiex tiġi żgurata ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn l-irġiel u n-nisa fil-ħajja professjonali, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jipprekludix l-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw miżuri li jipprovdu vantaġġi speċifiċi intiżi li jiffaċilitaw l-eżerċizzju ta’ attività professjonali mis-sess sottorappreżentat jew intiżi li jipprekludu jew jikkumpensaw żvantaġġi fil-karriera professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tistax tapplika għal dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 60(1) tal-LGSS, peress li s-suppliment għall-pensjoni inkwistjoni huwa limitat li jagħti lin-nisa ammont addizzjonali mal-għoti ta’ pensjoni, b’mod partikolari, fil-każ ta’ invalidità permanenti, mingħajr ma jirrimedja problemi li jistgħu jaffaċċjaw matul il-karriera professjonali tagħhom u peress li tali suppliment ma jidhirx li huwa ta’ natura li jikkumpensa l-iżvantaġġi li jkunu esposti għalihom in-nisa billi jgħinhom fil-karriera tagħhom u, għalhekk, jiżgura ugwaljanza sħiħa bejn l-irġiel u n-nisa fil-ħajja professjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011129">29 ta’ Novembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Griesmar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑366/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:648">EU:C:2001:648</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Leone</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑173/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2090">EU:C:2014:2090</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess u, għalhekk, hija pprojbita mid-Direttiva 79/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li d-Direttiva 79/7 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi d-dritt għal suppliment għall-pensjoni<?PAGE NO="12"?> lin-nisa li kellhom mill-inqas żewġ ulied bijoloġiċi jew adottati u li jibbenefikaw minn pensjonijiet kontributorji ta’ inkapaċità permanenti skont sistema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali, filwaqt li l-irġiel li jinsabu f’sitwazzjoni identika ma jkollhomx dritt għal tali suppliment għall-pensjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-<DATE ISO="19781219">19 ta’ Diċembru 1978</DATE> dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi d-dritt għal suppliment għall-pensjoni lin-nisa li kellhom mill-inqas żewġ ulied bijoloġiċi jew adottati u li jibbenefikaw minn pensjonijiet kontributorji ta’ inkapaċità permanenti skont sistema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali, filwaqt li l-irġiel li jinsabu f’sitwazzjoni identika ma jkollhomx dritt għal tali suppliment għall-pensjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>