02015R2402 — MT — 01.01.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2402 tat-12 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 333 19.12.2015, p. 54) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2104 tal-4 ta’ Lulju 2023 |
L |
1 |
4.10.2023 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2402
tat-12 ta' Ottubru 2015
li jirrevedi l-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE
Artikolu 1
Stabbiliment tal-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza
Il-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I u l-Anness II rispettivament.
Artikolu 2
Fatturi ta' korrezzjoni għall-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku
Jekk fit-territorju ta' Stat Membru d-dejta meteoroloġika uffiċjali turi differenzi fit-temperatura ambjentali annwali ta' 5 °C jew aktar, l-Istat Membru jista', wara li jinnotifika lill-Kummissjoni, juża diversi żoni ta' klima għall-għan tal-ewwel paragrafu billi juża l-metodu ddefinit fl-Anness III.
Artikolu 3
Applikazzjoni tal-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku
Artikolu 4
Applikazzjoni tal-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tas-sħana
Artikolu 5
L-immodernizzar ta' unità ta' koġenerazzjoni
Jekk il-kost ta' investiment marbut mal-immodernizzar ta' unità ta' koġenerazzjoni jaqbeż 50 % tal-kost ta' investiment ta' unità ġdida ta' koġenerazzjoni komparabbli, is-sena kalendarja li matulha l-unità ta' koġenerazzjoni modernizzata tipproduċi għall-ewwel darba l-elettriku għandha tiġi kkunsidrata bħala s-sena ta' kostruzzjoni tal-unità ta' koġenerazzjoni mmodernizzata għall-finijiet tal-Artikoli 3 u 4.
Artikolu 6
Taħlita ta' fjuwils
Jekk l-unità ta' koġenerazzjoni titħaddem b'aktar minn tip ta' fjuwil wieħed, il-valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata għandha tiġi applikata proporzjonalment għal medja ppeżata tal-użu tal-enerġija tal-fjuwils diversi.
Artikolu 7
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2011/877/UE titħassar.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku
(imsemmija fl-Artikolu 1)
Fit-tabella li jmiss il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza (%) għal produzzjoni separata tal-elettriku huma bbażati fuq valur kalorifiku nett u l-kundizzjonijiet standard atmosferiċi tal-ISO (temperatura ambjentali ta’ 15 °C, 1,013 bar, umdità relattiva ta’ 60 %):
|
|
Kategorija |
Sors ta’ enerġija |
Sena ta’ kostruzzjoni |
||
|
Qabel l-2016 |
2016-2023 |
Wara l-2024 |
|||
|
Solidi |
S1 |
Faħam iebes inkluż antraċite, faħam bituminuż, faħam subbituminuż, kokk, semikokk, kokk petroliferu |
44,2 |
44,2 |
53,0 |
|
S2 |
Linjite, mattunelli tal-linjite, shale bituminuż |
41,8 |
41,8 |
53,0 |
|
|
S3 |
Pit, mattunelli tal-pit |
39,0 |
39,0 |
53,0 |
|
|
S4 |
Bijomassa niexfa inkluż injam u bijomassa solida oħra inkluż gerbub u mattunelli tal-injam, laqx tal-injam imnixxef, skart tal-injam nadif u xott, qxur tal-ġewż u għadam taż-żebbuġ u għadam ieħor. |
33,0 |
37,0 |
37,0 |
|
|
S5 |
Bijomassa solida oħra inkluż l-injam kollu mhux inkluż taħt S4 u likur iswed u kannella. |
25,0 |
30,0 |
30,0 |
|
|
S6 |
Skart muniċipali u industrijali (mhux rinnovabbli, ta’ oriġini mhux bijoloġika bħal plastik, lastiku u materjali sintetiċi oħra) u skart rinnovabbli/bijodegradabbli |
25,0 |
25,0 |
25,0 |
|
|
Likwidi |
L7 |
Żejt fjuwil tqil, żejt tal-gass/tad-diżil, prodotti oħrajn taż-żejt |
44,2 |
44,2 |
53,0 |
|
L8 |
Bijolikwidi inkluż bijometanol, bijoetanol, bijobutanol, bijodiżil, bijofjuwils oħra u l-likwidi elettroniċi kollha |
44,2 |
44,2 |
44,2 |
|
|
L9 |
Likwidi ta’ skart inkluż skart bijodegradabbli u mhux rinnovabbli (inkluż xaħam tad-dam, xaħam u residwi tal-ħbub tal-birrerija). |
25,0 |
29,0 |
29,0 |
|
|
Gassużi |
G10 |
Gass naturali, LPG, LNG u bijometan |
52,5 |
53,0 |
53,0 |
|
G11 A |
Idroġenu negozjat (1) |
44,2 |
44,2 |
53,0 |
|
|
G11B |
Gassijiet tar-raffinerija, gass sintetiku, idroġenu (prodott sekondarju), gassijiet elettroniċi (2) |
44,2 |
44,2 |
44,2 |
|
|
G12 |
Bijogass prodott minn diġestjoni anerobika, landfill u trattament tad-dranaġġ |
42,0 |
42,0 |
42,0 |
|
|
G13 |
Gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast, gass tal-minjieri, u gassijiet irkuprati oħrajn (minbarra gass tar-raffinerija) |
35,0 |
35,0 |
35,0 |
|
|
Oħrajn |
O14 A |
Sħana mormija, inkluż gassijiet tal-egżost mill-proċess, prodott li jirriżulta minn reazzjonijiet kimiċi eżotermiċi (temperatura tal-input > 200 °C) |
|
30,0 |
30,0 |
|
O14B |
Sħana mormija, inkluż gassijiet tal-egżost mill-proċess, prodott li jirriżulta minn reazzjonijiet kimiċi eżotermiċi (temperatura tal-input < 200 °C) |
|
30,0 |
20,0 |
|
|
O15 |
Nukleari |
|
33,0 |
33,0 |
|
|
O16 |
Termali solari |
|
30,0 |
30,0 |
|
|
O17 |
Ġeotermali |
|
19,5 |
19,5 |
|
|
O18 |
Fjuwils oħra mhux imsemmija hawn fuq |
|
30,0 |
30,0 |
|
|
(1)
Idroġenu mibjugħ mill-fornitur tiegħu lil operatur ta’ unità ta’ koġenerazzjoni.
(2)
Il-gassijiet elettroniċi huma mifhuma bħala fjuwil sintetiku gassuż li joriġina mill-idroġenu rinnovabbli u mid-diossidu tal-karbonju maqbud jew minn sors ikkonċentrat, bħal gassijiet mit-tromba ta’ ċumnija f’sit industrijali, inkella mill-arja. |
|||||
ANNESS II
Valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tas-sħana
(imsemmija fl-Artikolu 1)
Fit-tabella li jmiss il-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza (%) għal produzzjoni separata tas-sħana huma bbażati fuq valur kalorifiku nett u l-kundizzjonijiet standard atmosferiċi tal-ISO (temperatura ambjentali ta’ 15 °C, 1,013 bar, umdità relattiva ta’ 60 %):
|
Kategorija |
Sors ta’ enerġija |
Sena ta’ kostruzzjoni |
|||||||||
|
Qabel l-2016 |
2016-2023 |
Wara l-2024 |
|||||||||
|
Ilma sħun |
Fwar (1) |
Użu dirett ta’ gassijiet tal-egżost (2) |
Ilma sħun |
Fwar (1) |
Użu dirett ta’ gassijiet tal-egżost (2) |
Ilma sħun |
Fwar (1) |
Użu dirett ta’ gassijiet tal-egżost (2) |
|||
|
Solidi |
S1 |
Faħam iebes inkluż antraċite, faħam bituminuż, faħam subbituminuż, kokk, semikokk, kokk petroliferu |
88 |
83 |
80 |
88 |
83 |
80 |
92 |
87 |
84 |
|
S2 |
Linjite, mattunelli tal-linjite, shale bituminuż |
86 |
81 |
78 |
86 |
81 |
78 |
92 |
87 |
84 |
|
|
S3 |
Pit, mattunelli tal-pit |
86 |
81 |
78 |
86 |
81 |
78 |
92 |
87 |
84 |
|
|
S4 |
Bijomassa niexfa inkluż injam u bijomassa solida oħra inkluż gerbub u mattunelli tal-injam, laqx tal-injam imnixxef, skart tal-injam nadif u xott, qxur tal-ġewż u għadam taż-żebbuġ u għadam ieħor. |
86 |
81 |
78 |
86 |
81 |
78 |
86 |
81 |
78 |
|
|
S5 |
Bijomassa solida oħra inkluż l-injam kollu mhux inkluż taħt S4 u likur iswed u kannella. |
80 |
75 |
72 |
80 |
75 |
72 |
80 |
75 |
72 |
|
|
S6 |
Skart muniċipali u industrijali (mhux rinnovabbli, ta’ oriġini mhux bijoloġika bħal plastik, lastiku u materjali sintetiċi oħra) u skart rinnovabbli/bijodegradabbli |
80 |
75 |
72 |
80 |
75 |
72 |
80 |
75 |
72 |
|
|
Likwidi |
L7 |
Żejt fjuwil tqil, żejt tal-gass/tad-diżil, prodotti oħrajn taż-żejt |
89 |
84 |
81 |
85 |
80 |
77 |
92 |
87 |
84 |
|
L8 |
Bijolikwidi inkluż bijometanol, bijoetanol, bijobutanol, bijodiżil, bijofjuwils oħra u l-likwidi elettroniċi kollha |
89 |
84 |
81 |
85 |
80 |
77 |
85 |
80 |
77 |
|
|
L9 |
Likwidi ta’ skart inkluż skart bijodegradabbli u mhux rinnovabbli (inkluż xaħam tad-dam, xaħam u residwi tal-ħbub tal-birrerija). |
80 |
75 |
72 |
75 |
70 |
67 |
75 |
70 |
67 |
|
|
Gassużi |
G10 |
Gass naturali, LPG, LNG u bijometan |
90 |
85 |
82 |
92 |
87 |
84 |
92 |
87 |
84 |
|
G11 A |
Idroġenu negozjat |
89 |
84 |
81 |
90 |
85 |
82 |
92 |
87 |
84 |
|
|
G11B |
Gassijiet tar-raffinerija, gass sintetiku, idroġenu (prodott sekondarju), gassijiet elettroniċi |
89 |
84 |
81 |
90 |
85 |
82 |
90 |
85 |
82 |
|
|
G12 |
Bijogass prodott minn diġestjoni anerobika, landfill u trattament tad-dranaġġ |
70 |
65 |
62 |
80 |
75 |
72 |
80 |
75 |
72 |
|
|
G13 |
Gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast, gass tal-minjieri, u gassijiet irkuprati oħrajn (minbarra gass tar-raffinerija) |
80 |
75 |
72 |
80 |
75 |
72 |
80 |
75 |
72 |
|
|
Oħrajn |
O14 A |
Sħana mormija, inkluż gassijiet tal-egżost mill-proċess, prodott li jirriżulta minn reazzjonijiet kimiċi eżotermiċi (temperatura tal-input > 200 °C) |
— |
— |
— |
92 |
87 |
— |
92 |
87 |
— |
|
O14B |
Sħana mormija, inkluż gassijiet tal-egżost mill-proċess, prodott li jirriżulta minn reazzjonijiet kimiċi eżotermiċi (temperatura tal-input < 200 °C) |
— |
— |
— |
92 |
87 |
— |
92 |
87 |
— |
|
|
O15 |
Nukleari |
— |
— |
— |
92 |
87 |
— |
92 |
87 |
— |
|
|
O16 |
Termali solari |
— |
— |
— |
92 |
87 |
— |
92 |
87 |
— |
|
|
O17 |
Ġeotermali |
— |
— |
— |
92 |
87 |
— |
92 |
87 |
— |
|
|
O18 |
Fjuwils oħra mhux imsemmija hawn fuq |
— |
— |
— |
92 |
87 |
— |
92 |
87 |
— |
|
|
(1)
Meta l-impjanti ma jikkunsidrawx ir-ritorn tal-kondensat fil-kalkoli tagħhom tal-effiċjenzi tas-sħana tas-CHP, il-valuri ta’ referenza tal-effiċjenza stabbiliti fit-tabella ta’ hawn fuq jenħtieġ li jiżdiedu b’ħames punti perċentwali.
(2)
Meta t-temperatura tilħaq 250 °C jew aktar jenħtieġ li jintużaw il-valuri għal sħana diretta. |
|||||||||||
ANNESS III
Fatturi ta' korrezzjoni marbuta mas-sitwazzjoni klimatika medja u metodu biex jiġu stabbiliti żoni ta' klima għall-applikazzjoni tal-valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku
(imsemmija fl-Artikolu 2(1))
(a) Fatturi ta' korrezzjoni marbuta mas-sitwazzjoni klimatika medja
Il-korrezzjoni tat-temperatura ambjentali hija bbażata fuq id-differenza bejn it-temperatura medja annwali fi Stat Membru u l-kundizzjonijiet standard atmosferiċi tal-ISO (15 °C).
Il-korrezzjoni għandha tkun kif ġej:
Eżempju:
Meta t-temperatura medja annwali fi Stat Membru hi ta' 10 °C, il-valur ta' referenza ta' unità ta' koġenerazzjoni f'dak l-Istat Membru trid tiżdied b'0,5 % ta' punt perċentwali.
|
(b) |
Il-korrezzjoni tat-temperatura ambjentali tapplika biss għal fjuwils gassużi (G10, G11, G12, G13). |
|
(c) |
Metodu biex jiġu stabbiliti ż-żoni klimatiċi: Il-limiti ta' kull żona klimatika huma kostitwiti minn isotermi (fi gradi Celsius sħaħ) tat-temperatura ambjentali medja annwali b'differenza ta' mill-inqas 4 °C. Id-differenza fit-temperatura bejn it-temperaturi ambjentali medji annwali f'żoni klimatiċi biswit xulxin trid ta' mill-inqas tkun 4 °C. Eżempju: Jekk, pereżempju, għal Stat Membru partikolari it-temperatura ambjentali medja annwali hija 12 °C f'ċertu post u 6 °C f'post ieħor fl-istess Stat Membru, l-Istat Membru għandu l-għażla li jdaħħal żewġ żoni klimatiċi, separati b'isoterma ta' 9 °C: Żona klimatika bejn l-isotermi ta' 9 °C u 13 °C (differenza ta' 4 °C) b'temperatura ambjentali annwali medja ta' 11 °C, u Żona klimatika oħra bejn l-isotermi ta' 5 °C u 9 °C b'temperatura ambjentali annwali medja ta' 7 °C. |
ANNESS IV
Fatturi ta’ korrezzjoni għal telf evitat mill-grilja għall-applikazzjoni tal-valuri armonizzati ta’ referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku
(imsemmija fl-Artikolu 2(2))
|
Livell ta’ vultaġġ ta’ konnessjoni |
Fattur ta’ korrezzjoni (mhux fuq il-post) |
Fattur ta’ korrezzjoni (fuq il-post) |
|
≥ 345 kV |
1 |
0,976 |
|
≥ 200 – < 345 kV |
0,972 |
0,963 |
|
≥ 100 – < 200 kV |
0,963 |
0,951 |
|
≥ 50 – < 100 kV |
0,952 |
0,936 |
|
≥ 12 – < 50 kV |
0,935 |
0,914 |
|
≥ 0,45 – < 12 kV |
0,918 |
0,891 |
|
< 0,45 kV |
0,888 |
0,851 |
Eżempju:
Unità ta’ koġenerazzjoni ta’ 100 kWel b’magna b’moviment rotattiv li titħaddem bil-gass naturali tiġġenera elettriku b’vultaġġ ta’ 380 V. 85 % minn dan l-elettriku jintuża għall-konsum tal-unità stess u 15 % jmorru fil-grilja. L-impjant inbena fl-2020. It-temperatura ambjentali annwali hija ta’ 15 °C (għalhekk mhi meħtieġa l-ebda korrezzjoni klimatika).
Wara l-korrezzjoni għat-telf mill-grilja, abbażi tal-medja ponderata tal-fatturi f’dan l-Anness, il-valur ta’ referenza tal-effiċjenza li jirriżulta għall-produzzjoni separata tal-elettriku f’din l-unità ta’ koġenerazzjoni huwa:
Ref Εη = 53 % × (0,851 × 85 % + 0,888 × 15 %) = 45,4 %