|
6.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8609 — Triton/UniHold/Unica Groep)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 295/05)
|
1. |
Fil-25 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Triton Managers IV Limited u TFF IV Limited fil-kapaċità tagħhom bħala sħab ġenerali ta’ Triton Fund IV, parti mit-Triton Group (“Triton”, iċ-Channel Islands), u UniHold B.V. (“UniHold”, in-Netherlands) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Unica Groep B.V. (“Unica”, in-Netherlands), li qabel kienet esklussivament ikkontrollata minn UniHold, permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Triton: ditta tal-investimenti fl-ekwità privata ddedikata għal investimenti f’negozji bbażati fl-Ewropa f’varjetà ta’ setturi tan-negozju. — għal UniHold: Kumpanija azzjonarja u tal-finanzjament b’interessi fi stallazzjonijiet ta’ mħażen sħan u tal-kesħa (ATES) u servizzi tekniċi. — għal Unica: il-provvista ta’ servizzi mekkaniċi, elettriċi u tekniċi tal-ICT, bħal servizzi ta’ stallazzjoni u manutenzjoni. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz l-posta, bir-referenza M.8609 — Triton/UniHold/Unica Groep, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.