1.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/26


Avviż għall-attenzjoni ta' Nasir 'Abd-Al-Karim 'Abdullah Al-Wahishi, u Qasim Mohamed Mahdi al-Rimi, li l-entrati tagħhom ġew emendati fil-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da’esh) u tal-Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1063

(2016/C 239/12)

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni sabiex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni ta' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mħejjija skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999).

Il-lista mħejjija minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi lil:

—

ISIL (Da'esh) u Al Qaida;

—

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma' ISIL (Da'esh) u Al Qaida; kif ukoll

—

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta' kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati, jew li huma kkontrollati minnhom jew jappoġġjawhom mod ieħor.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma’” ISIL (Da'esh) u Al Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma’, taħt isem, f’isem jew b’appoġġ għal ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew minn kull ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata’ minnha jew derivat tagħha;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat ma' xi wieħed minnhom;

(c)

reklutaġġ għal xi wieħed minnhom; jew

(d)

inkella xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU approva l-Kumitat fl-24 ta’ Ġunju 2016, emenda tal-annotazzjonijiet ta’ Nasir ‘abd-al-Karim “Abdullah Al-Wahishi, Qasim Mohamed Mahdi al-Rimi f’l-ISIL/Da” esh) u fil-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Al-Qaida.

Nasir 'Abd-Al-Karim 'Abdullah Al-Wahishi and Qasim Mohamed Mahdi al-Rimi may submit at any time a request to the UN Ombudsperson, together with any supporting documentation, for the decision to include them in the UN list referred to above, to be reconsidered. Talba bħal din għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations - Office of the Ombudsperson

Room TB-08041D

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel: +1 2129632671

Faks: +1 2129631300/3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Għal aktar informazzjoni ara https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting.

3.

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) 2016/1063 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al Qaida (3). L-emenda, magħmula f'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, temenda l-entrati ta' Nasir 'Abd-Al-Karim 'Abdullah Al-Wahishi u Qasim Mohamed Mahdi al-Rimi fil-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmel disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikoli 2 u 2a); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami fejn jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament (UE) 2016/1063 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

Il-Kummissjoni Ewropea

“Miżuri restrittivi”

Rue de la Loi/Wetstraat 200,

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) 2016/1063 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Għall-korrettezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal bżonnijiet essenzjali jew għal pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 177, 1.7.2016, p. 4.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.