Official Journal L 186 , 21/07/1994 P. 0020 - 0021
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 12 P. 0124
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 12 P. 0124
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1785/94 tad-19 ta' Lulju 1994 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 94 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif emendata l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1706/2002 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma' l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli jgħoddu wkoll għal xi nomenklatura oħra li hija bbażata kollha kemm hi jew f'parti fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrelataw man-negozju f'oġġetti; Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament presenti għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċi NM adattati indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet stipulati fil-kolonna 3; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma huma konformi mal-opinjoni tat-Taqsima dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa u l-Istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM adattat indikat fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1994. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 180, ta' l-14.7.1994, p. 17. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kodiċi ta' Klassifika NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1."Rutile" sintetiku', miksub minn ilmenite permezz ta' inklajar, aċidu idrokloriku, u kalċinazzjoni, u li ikun fih skond il-piż bejn wieħed u ieħor 95 % ta' diossidu tat-titanju, bejn wieħed u ieħor 2 % ta' diiron trioxide u bejn wieħed u ieħor 1 % ta' diossidu tas-silikonju. Huwa jiġi presentat fil-forma ta' trab ta' kulur kannella jagħti fl-isfar | 26140010 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, bin-Nota 2 għall-Kapitolu 26, u bil-kliem tal-kodiċi NM 2614 u 26140010. Il-bidla fl-istruttura kristallina hija biss dovuta għall-proċessi ta' l-inkaljar u l-kalċinazzjoni msemmija fin-Noti Ġenerali ta' Spjegazzjoni għas-Sistema Armonizzata, Kapitolu 26 | 2.Aġent ta' emlusjoni, li jikkonsisti f'taħlita ta' esteri mono- u diacetyl-tartaric-acid ta' mono- u diglycerides of ta' aċidi mxaħħma (E 472 (e)) | 38239087 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, bin-Nota 1 (b) għall-Kapitolu 38 u bil-kliem tal-kodiċi NM 3823, 382390 u 38239087 | --------------------------------------------------