|
1.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/475
tas-27 ta’ Marzu 2020
li jagħlaq, b’mod temporanju, l-istaġun tas-sajd għar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tar-redfish li l-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew irreġistrati fih għamlu fiż-żona 3M tan-NAFO eżawrew il-kwota ta’ nofs it-terminu allokata għalihom għall-perjodu ta’ qabel l-1 ta’ Lulju 2020. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk sat-30 ta’ Ġunju 2020, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-istokk tar-redfish fiż-żona 3M tan-NAFO għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2020, inkluża dik id-data, għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropew jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament sat-30 ta’ Ġunju 2020, inkluża dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).
ANNESS
|
Numru |
03/TQ123 |
|
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri kollha) |
|
Stokk |
RED/N3M. |
|
Speċi |
Ir-redfish (Sebastes spp.) |
|
Żona |
Iż-żona 3M tan-NAFO |
|
Perjodu tal-għeluq |
Mill-25 ta’ Frar 2020 f’24:00 f’UTC sat-30 ta’ Ġunju 2020 |