Official Journal L 358 , 27/12/1988 P. 0013 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0043
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0043
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' konċentrati tat-tadam li joriġinaw fl-Alġerija (88/646/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat illi jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Billi l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Rebubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija [1] ġie ffirmat fis-26 ta' April 1976 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1978; Billi l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Rebubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar l-importazzjoni għal ġewwa l-Komunità ta' konċentrati tat-tadam li joriġinaw fl-Alġerija għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' l-Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Rebubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar l-importazzjoni għal ġol-Komunità ta' konċentrati tat-tadam li joriġinaw fl-Alġerija huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat illi jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim għall-iskop li torbot lill-Komunità. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1988. Għall-Kunsill Il-President V. Papandreou [1] ĠU L 263, tas-27.9.1978, p. 2. --------------------------------------------------