|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/604 |
16.2.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/604
tat-13 ta’ Frar 2024
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (EUMA/1/2024)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/162 tat-23 ta’ Jannar 2023 dwar Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/162, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS), f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUMA, inkluż id-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. |
|
(2) |
Fl-24 ta’ Jannar 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/164 (2) li taħtar lis-Sur Markus RITTER bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUAM mill-24 ta’ Jannar 2023 sal-20 ta’ Frar 2024. |
|
(3) |
Fis-26 ta’ Jannar 2024, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona li l-mandat tas-Sur Markus RITTER bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUMA jiġi estiż mill-21 ta’ Frar 2024 sad-19 ta’ Frar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Markus RITTER bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) huwa b’dan estiż mill-21 ta’ Frar 2024 sad-19 ta’ Frar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-21 ta’ Frar 2024.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2024.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/604/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)