29.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 276/44


DEĊIŻJONI NRU 1/2019 TAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA MLAQQA’ FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ

tal-4 ta’ Ottubru 2019

rigward l-aġġornament tal-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra [2019/1806]

IL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Ġunju 2014, u b’mod partikolari l-Artikoli 102, 240, 436, 438 u 449 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016.

(2)

L-Artikoli 102 u 240 tal-Ftehim jipprevedu li r-Repubblika tal-Moldova għandha twettaq l-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni tagħha lejn l-atti u l-istrumenti internazzjonali tal-UE (“l-acquis tal-Unjoni”) msemmija fl-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) għall-Ftehim (‘Anness XXVIII-B’).

(3)

L-acquis tal-Unjonimsemmi fl-Anness XXVIII-B evolva mill-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim f’Ġunju 2013. B’mod partikolari, l-Unjoni adottat l-atti li ġejjin li jimplimentaw, jemendaw, jissupplimentaw jew jissostitwixxu l-atti elenkati fl-Anness XXVIII-B:

(i)

Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1);

(ii)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/276/UE tat-2 ta’ Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2008/411/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (2);

(iii)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE tal-11 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/928/KE (3);

(iv)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/641/UE tal-1 ta’ Settembru 2014 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni (4);

(v)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE tas-7 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità (5);

(vi)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2 010-2 025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (6);

(vii)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 tat-8 ta’ Mejju 2015 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi 1452-1492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni (7);

(viii)

Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (8);

(ix)

Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (9);

(x)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru (UE) 2015/806 tat-22 ta’ Mejju 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet dwar il-forma tal-marka ta’ fiduċja tal-UE għal servizzi fiduċjarji kwalifikati (10);

(xi)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi marbutin mal-listi ta’ fiduċja skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (11);

(xii)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (12);

(xiii)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/650 tal-25 ta’ April 2016 li tistabbilixxi l-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firma u siġill skont l-Artikoli 30(3) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (13);

(xiv)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/267/UE tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-medda ta’ frekwenzi 790-862 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni Ewropea (14);

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta’ April 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità (15);

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità (16) kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/251/UE;

(xv)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/UE tal-5 ta’ Novembru 2012 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded tal-frekwenzi 1 920-1 980 MHz u 2 110-2 170 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni (17);

(xvi)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2 500-2 690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (18);

(xvii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (19);

(xviii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5 875 – 5 905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) (20);

(xix)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità (21);

(xx)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE tat-12 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/513/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ Sistemi ta’ Aċċess bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) (22);

(xxi)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta’ Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ Sistemi ta’ Aċċess bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) (23);

(xxii)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE tat-8 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (24);

(xxiii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/UE tat-30 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (25);

(xxiv)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (26);

(xxv)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE tat-23 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (27);

(xxvi)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE tad-9 ta’ Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (28);

(xxvii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/UE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (29);

(xxviii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/804/KE tat-23 ta’ Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju għal apparat għall-identifikazzjoni li jaħdem permezz ta’ frekwenzi tar-radju (RFID) li jopera fil-medda ta’ frekwenza ultra għolja (UHF) (30);

(xxix)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (31);

(xxx)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE tas-17 ta’ Jannar 2005 dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (32);

(xxxi)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/545/KE tat-8 ta’ Lulju 2004 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa ta’ frekwenza ta’ 79 GHz għall-użu ta’ sistemi ta’ radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (33);

(xxxii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE tal-21 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità (34);

(xxxiii)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE tal-21 ta’ Frar 2007 dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità (35);

(xxxiv)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/KE tal-14 ta’ Frar 2007 dwar l-użu armonizzat tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi satellitari mobbli (36);

(xxxv)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE tat-12 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) (37);

(xxxvi)

Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (38);

(4)

Ir-Repubblika tal-Moldova tkompli l-proċess li tapprossima l-leġislazzjoni tagħha mal-acquis tal-Unjoni, skont il-limiti ta’ żmien u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness XXVIII-B. Sabiex tiġi żgurata l-approssimazzjoni adatta tal-leġislazzjoni tar-Repubblika tal-Moldova mal-acquis tal-Unjoni, jeħtieġ li l-atti elenkati taħt il-premessa (3) jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness XXVIII-B, u ċerti skadenzi għandhom jiġu emendati biex jitqies il-progress li diġà sar sal-lum mir-Repubblika tal-Moldova fil-proċess ta’ dik l-approssimazzjoni, skont l-Artikolu 449 tal-Ftehim.

(5)

L-Artikolu 436(3) tal-Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Repubblika tal-Moldova (“il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni”) ikollu s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim.

(6)

Skont l-Artikolu 438(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddelega lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni kull waħda mis-setgħat li għandu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

(7)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2014 (39), il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim dwar, fost oħrajn, il-Kapitolu 6 (Stabbiliment, kummerċ fis-servizzi u l-kummerċ elettroniku) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni li jiltaqa’ fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, sa fejn ma jkunx hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emendar ta’ dawk l-Annessi. Ma hemm ebda dispożizzjoni speċifika fil-Kapitolu 6 dwar l-aġġornament jew l-emendar tal-Annessi.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XXVIII-B jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XXVIII-B (Regoli applikabbli għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni) għall-Ftehim huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f’Chisinau, ir-4 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ

I. COSTACHI

Il-President

A. FERNÁNDEZ DÍEZ C. CEBAN

Segretarji


(1)   ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1.

(2)   ĠU L 139, 14.5.2014, p. 18.

(3)   ĠU L 334, 13.12.2013, p. 17.

(4)   ĠU L 263, 3.9.2014, p. 29.

(5)   ĠU L 293, 9.10.2014, p. 48.

(6)   ĠU L 63, 10.3.2016, p. 5.

(7)   ĠU L 119, 12.5.2015, p. 27.

(8)   ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62.

(9)   ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.

(10)   ĠU L 128, 23.5.2015, p. 13.

(11)   ĠU L 235, 9.9.2015, p. 26.

(12)   ĠU L 235, 9.9.2015, p. 37.

(13)   ĠU L 109, 26.4.2016, p. 40.

(14)   ĠU L 117, 11.5.2010, p. 95.

(15)   ĠU L 106, 27.4.2011, p. 9.

(16)   ĠU L 274, 20.10.2009, p. 32.

(17)   ĠU L 307, 7.11.2012, p. 84.

(18)   ĠU L 163, 24.6.2008, p. 37.

(19)   ĠU L 144, 4.6.2008, p. 77.

(20)   ĠU L 220, 15.8.2008, p. 24.

(21)   ĠU L 129, 17.5.2007, p. 67.

(22)   ĠU L 41, 13.2.2007, p. 10.

(23)   ĠU L 187, 19.7.2005, p. 22.

(24)   ĠU L 329, 13.12.2011, p. 10.

(25)   ĠU L 166, 1.7.2010, p. 33.

(26)   ĠU L 119, 14.5.2009, p. 32.

(27)   ĠU L 151, 11.6.2008, p. 49.

(28)   ĠU L 312, 11.11.2006, p. 66.

(29)   ĠU L 72, 20.3.2010, p. 38.

(30)   ĠU L 329, 25.11.2006, p. 64.

(31)   ĠU L 198, 30.7.2011, p. 71.

(32)   ĠU L 21, 25.1.2005, p. 15.

(33)   ĠU L 241, 13.7.2004, p. 66.

(34)   ĠU L 105, 25.4.2009, p. 9.

(35)   ĠU L 55, 23.2.2007, p. 33.

(36)   ĠU L 43, 15.2.2007, p. 32.

(37)   ĠU L 303, 14.11.2013, p. 48.

(38)   ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1.

(39)  Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta’ Diċembru 2014 dwar id-delega ta’ ċerti setgħat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (ĠU L 110, 29.4.2015, p. 40).


ANNESS

“ANNESS XXVIII-B

REGOLI APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TAT-TELEKOMUNIKAZZJONI

Ir-Repubblika tal-Moldova timpenja ruħha li tqarreb gradwalment il-leġislazzjoni tagħha għall-atti li ġejjin tal-UE u l-istrumenti internazzjonali fil-perijodi ta’ żmien stipulati.

Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2002/21/KE għandhom japplikaw:

—

it-tisħiħ tal-indipendenza u l-kapaċità amministrattiva tar-regolatur nazzjonali fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

—

l-istabbiliment ta’ proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika għal miżuri regolatorji ġodda;

—

it-twaqqif ta’ mekkaniżmi effettivi għal appell kontra d-deċiżjonijiet tar-regolatur nazzjonali fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; u

—

id-definizzjoni tal-prodott rilevanti u tas-swieq tas-servizzi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li huma suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante u analiżi ta’ dawk is-swieq bil-għan li jiġi determinat jekk għandhomx setgħa sinifikanti fis-suq (SMP).

Skeda ta’ żmien: dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/21/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sena u nofs mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2002/20/KE għandhom japplikaw:

—

l-implimentazzjoni ta’ regolament dwar il-previżjoni tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali, u r-restrizzjoni tal-ħtieġa għal liċenzji individwali għal każijiet speċifiċi u ġustifikati kif xieraq.

Skeda ta’ żmien: dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (id-Direttiva tal-Aċċess), kif emendata mid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Fuq bażi tal-analiżi tas-suq imwettqa skont id-Direttiva Qafas, ir-regolatur nazzjonali fil-qafas tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, għandu jimponi fuq l-operaturi li jinstab li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq (SMP) fis-swieq rilevanti, obbligi regolatorji xierqa fir-rigward ta’:

—

l-aċċess għal, u l-użu ta’, faċilitajiet speċifiċi tan-netwerk;

—

kontrolli tal-prezzijiet fir-rigward tat-tariffi għall-aċċess u l-interkonnessjoni, inklużi l-obbligi tal-orjentazzjoni lejn il-kost; u

—

trasparenza, nuqqas ta’ diskriminazzjoni u separazzjoni kontabilistika.

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/19/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sena u nofs mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), kif emendata mid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillu r-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2002/22/KE għandhom japplikaw:

—

ir-regolament ta’ implimentazzjoni dwar l-Obbligi tas-Servizzi Universali (OSU), inkluż l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi għall-ikkostjar u l-finanzjament; u

—

l-iżgurar li l-interessi u d-drittijiet tal-utenti jiġu rrispettati, partikolarment bl-introduzzjoni tal-portabbiltà tan-numri u n-numru uniku 112 għal Sejħiet ta’ Emerġenza fl-Ewropa.

Skeda ta’ żmien: dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/22/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2015/2120 għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta’ Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

Skeda ta’ żmien: il-miżuri li jirriżultaw mill-operat tad-Direttiva 2002/77/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sena u nofs mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2002/58/KE għandhom japplikaw:

—

ir-regolament ta’ implimentazzjoni biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali fis-settur ta’ komunikazzjoni elettronika, u tiżgura l-moviment ħieles ta’ din id-dejta u ta’ tagħmir u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika.

Skeda ta’ żmien: dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għal politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju)

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE għandhom japplikaw:

—

l-adozzjoni ta’ politika u regolament li jiżguraw id-disponibbiltà armonizzata u l-użu effiċjenti tal-ispettru.

Skeda ta’ żmien: il-miżuri li jirriżultaw mill-operat tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/267/UE tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-medda ta’ frekwenzi 790-862 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni Ewropea

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2010/267/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta’ April 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/251/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità, kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2009/766/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/UE tal-5 ta’ Novembru 2012 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded tal-frekwenzi 1920-1980 MHz u 2110-2170 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/688/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn 2500-2690 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/477/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/276/UE tat-2 ta’ Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2008/411/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3400 u t-3800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/276/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3400 u t-3800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/276/UE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/411/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5875 - 5905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS)

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/671/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/344/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE tat-12 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/513/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ Sistemi ta’ Aċċess bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs)

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/90/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta’ Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta’ frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta’ Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/513/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE tal-11 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/928/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/752/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE tat-8 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/829/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/UE tat-30 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2010/368/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2009/381/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE tat-23 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/432/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE tad-9 ta’ Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/368/UE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/432/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2006/771/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/KE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2010/166/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/641/UE tal-1 ta’ Settembru 2014 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/641/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/804/KE tat-23 ta’ Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju għal apparat għall-identifikazzjoni li jaħdem permezz ta’ frekwenzi tar-radju (RFID) li jopera fil-medda ta’ frekwenza ultra għolja (UHF)

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2006/804/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/485/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE tas-17 ta’ Jannar 2005 dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità, kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/50/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/545/KE tat-8 ta’ Lulju 2004 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa ta’ frekwenza ta’ 79 GHz għall-użu ta’ sistemi ta’ radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2004/545/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE tas-7 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/702/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE tal-21 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2009/343/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE tal-21 ta’ Frar 2007 dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità, kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/702/UE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/343/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/131/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/KE tal-14 ta’ Frar 2007 dwar l-użu armonizzat tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi satellitari mobbli

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/98/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2010-2025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/339 għandhom jiġu implimentati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 tat-8 ta’ Mejju 2015 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi 1452-1492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/750 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE tat-12 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA)

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/654/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta’ April 2008 dwar il-kundizzjonijiet armonizzati tal-użu tal-ispettru għall-operazzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-ajruplani (servizzi MCA) fil-Komunità, kif emendat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE

Skeda ta’ żmien: il-miżuri li jirriżultaw mill-operat tad-Deċiżjoni 2008/294/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/53/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (id-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2000/31/KE għandhom japplikaw:

—

it-tisħiħ tal-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku;

—

it-tneħħija tal-ostakli għall-provvista transfruntiera ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni;

—

l-għoti tas-sigurtà legali għall-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informatika; u

—

l-armonizzazzjoni tal-limitazzjonijiet għal responsabbiltà ta’ dawk li jipprovdu servizz li jaġixxu bħala intermedjarji meta jipprovdu sempliċi konduttur, caching jew hosting, ma jistipulaw l-ebda obbligu ġenerali ta’ monitoraġġ.

Skeda ta’ żmien: dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/31/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku, kif emendata bid-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/98/KE għandhom jiġu implimentati fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tal-Direttiva 2013/37/UE għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/806 tat-22 ta’ Mejju 2015 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet dwar il-forma tal-marka ta’ fiduċja tal-UE għal servizzi fiduċjarji kwalifikati

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/806 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1505 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tekniċi marbutin mal-listi ta’ fiduċja skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1505 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1506 għandhom jiġu implimentati fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/650 tal-25 ta’ April 2016 li tistabbilixxi l-istandards għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firma u siġill skont l-Artikoli 30(3) u 39(2) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern

Skeda ta’ żmien: id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/650 għandhom jiġu implimentati fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

”