14.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 339/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2244

tat-13 ta' Diċembru 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1979/2006 rigward il-kwota tariffarja tal-importazzjoni tal-faqqiegħ ippreservat li joriġina miċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/1972, (KEE) Nru 234/1979, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 187(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2006 (2) jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat tal-ispeċi Agaricus li jaqa' fil-kodiċijiet NM 0711 51 00, 2003 10 20 u 2003 10 30 (“faqqiegħ ippreservat”), importat minn pajjiżi terzi

(2)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/243 (3), jipprevedi żieda ta' 650 tunnellata (piż nett imnixxef) tal-kwota tar-rata tariffarija tal-Unjoni għall-faqqiegħ ippreservat li joriġina miċ-Ċina.

(3)

Jenħtieġ li ż-żieda fil-kwota tar-rata tariffarja tiġi riflessa fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1979/2006 jiġi emendat skont dan,

(5)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kien ġie approvat mill-Kunsill fit-18 ta' Ottubru 2016 (4). Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006 l-importaturi jridu jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għal liċenzji waqt l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta' Jannar. Jixraq għalhekk, li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1979/2006

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1979/2006 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1979/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 91).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/243 tat-12 ta' Frar 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 45, 20.2.2016, p. 12).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1885 tat-18 ta' Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 291, 26.10.2016, p. 7).


ANNESS

“ANNESS I

Il-volum, in-numru tal-ordni u l-perjodu ta' applikazzjoni tal-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(1) f'tunnellati (piż nett imnixxef)

Pajjiż ta' oriġini

Numri tal-ordni

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull Sena

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali: 09.4157

30 400

Importaturi ġodda: 09.4193

Pajjiżi terzi oħrajn

Importaturi tradizzjonali: 09.4158

5 030 ”

Importaturi ġodda: 09.4194