|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/46 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1858
tal-10 ta’ Ġunju 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet biex jivverifika l-konformità mill-kontroparti li tirrapporta jew mill-entità li tressaq ir-rapport mar-rekwiżiti tar-rapportar u biex jivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 78(10) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-kwalità għolja tad-dettalji tad-derivattivi rrapportati lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, jenħtieġ li dawn tal-aħħar jivverifikaw l-identità tal-entitajiet li jressqu r-rapport, l-integrità loġika tas-sekwenza li fiha jiġu rrapportati d-dettalji tad-derivattiv, u l-kompletezza u l-korrettezza ta’ dawk id-dettalji. |
|
(2) |
Għall-istess raġuni, jenħtieġ li r-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jirrikonċiljaw id-dettalji ta’ kull rapport dwar derivattiv li jirċievu fejn iż-żewġ kontropartijiet ikollhom obbligu ta’ rapportar. Jenħtieġ li jiġi speċifikat proċess standardizzat biex ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikunu jistgħu jwettqu rikonċiljazzjoni b’mod konsistenti u biex jitnaqqsu r-riskji li d-dettalji tad-derivattivi ma jiġux rikonċiljati. Madankollu, ċerti dettalji tad-derivattivi jistgħu ma jkunux identiċi minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tat-teknoloġija użati mill-entitajiet li jressqu r-rapport. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu applikati ċerti tolleranzi sabiex differenzi żgħar fid-dettalji tad-derivattivi rrapportati ma jżommux lill-awtoritajiet milli janalizzaw id-data b’livell adegwat ta’ affidabbiltà. |
|
(3) |
Barra minn hekk u minkejja obbligi oħra fir-rigward tad-dettalji tad-derivattivi miġbura u rreġistrati meta jitwettaq il-proċess għar-rikonċiljazzjoni, jenħtieġ li r-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data skambjata bejniethom u li din titqiegħed għad-disponibbiltà tal-kontropartijiet li jirrapportaw, l-entitajiet responsabbli għar-rapportar u l-entitajiet li jressqu r-rapport. |
|
(4) |
Fil-każijiet li fihom iseħħ event ta’ ristrutturar korporattiv li jwassal għall-bidla tal-identifikatur ta’ entità ġuridika (“LEI”) ta’ kontroparti, ikun jeħtieġ li jiġu aġġornati d-dettalji tal-entitajiet identifikati f’rapport dwar derivattiv. Sabiex l-integrità ta’ dik l-informazzjoni tiġi żgurata, li huwa essenzjali għall-monitoraġġ tar-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja, huwa meħtieġ li l-aġġornament isir ċentralment mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura sabiex jiġi żgurat li r-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikunu jistgħu jaġġornaw l-identifikatur tal-entità b’mod ċentralizzat, u b’hekk jiġi żgurat proċess effiċjenti, robust u f’waqtu. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-entitajiet li jressqu r-rapport jingħataw ħin suffiċjenti biex jadattaw għar-rekwiżiti tar-rapportar, b’mod partikolari biex jiġi evitat l-akkumulu ta’ tranżazzjonijiet mhux rikonċiljati immedjatament wara li jibda japplika l-obbligu tar-rapportar. Għalhekk, huwa xieraq li fl-ewwel fażi jkun jenħtieġ li jiġi rikonċiljat sett ridott ta’ kampijiet tad-data biss. |
|
(6) |
L-entitajiet li jressqu r-rapport u l-entitajiet responsabbli għar-rapportar, fejn applikabbli, jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu monitoraġġ tal-konformità tagħhom mal-obbligi ta’ rapportar tagħhom, skont ir-Regolament (UE) 648/2012. Għalhekk, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jaċċessaw ċertu informazzjoni, fuq bażi ta’ kuljum, fir-rigward ta’ dawk ir-rapporti, inkluż ir-riżultat tal-verifika ta’ dawk ir-rapporti, anki meta tkun ġiet iġġenerata twissija, u l-progress tar-rikonċiljazzjoni tad-data rrapportata. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-informazzjoni li jenħtieġ li repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jagħmel disponibbli għal dawn l-entitajiet fi tmiem kull jum tax-xogħol. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. |
|
(8) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ikkonsultat mal-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(9) |
Sabiex il-kontropartijiet u r-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikunu jistgħu jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda, id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita bi 18-il xahar, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Verifika tad-derivattivi minn repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
1. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jivverifika dan kollu li ġej f’rapport dwar derivattiv riċevut:
|
(a) |
l-identità tal-entità li tressaq ir-rapport kif imsemmija fil-kamp tad-data 2 tat-Tabella 1 u l-kamp tad-data 2 tat-Tabella 3 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1860 (3); |
|
(b) |
li l-mudell XML użat biex jirrapporta derivattiv jikkonforma mal-metodoloġija ta’ ISO 20022 f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1860; |
|
(c) |
li l-entità li tressaq ir-rapport, jekk tkun differenti mill-entità responsabbli għar-rapportar kif imsemmija fil-kamp tad-data 3 tat-Tabella 1 u l-kamp tad-data 3 tat-Tabella 3 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1860, tkun awtorizzata kif dovut biex tirrapporta f’isem il-kontroparti 1 jew l-entità responsabbli għar-rapportar, jekk tkun differenti mill-kontroparti 1, kif imsemmija fil-kamp tad-data 4 tat-Tabella 1 u l-kamp tad-data 4 tat-Tabella 3 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1860; |
|
(d) |
li l-istess derivattiv ma jkunx ġie rrapportat preċedentement; |
|
(e) |
li rapport dwar derivattiv bit-tip ta’ azzjoni “Modifika”, “Aġġornament tal-Marġni”, “Valwazzjoni”, “Korrezzjoni”, “Żball” jew “Terminazzjoni” jirrigwarda derivattiv imressaq preċedentement; |
|
(f) |
li rapport dwar derivattiv bit-tip ta’ azzjoni “Modifika” ma jirrigwardax derivattiv li jkun ġie rrapportat bħala kkanċellat bit-tip ta’ azzjoni “Żball” li ma jkunx ġie sussegwentement irrapportat bit-tip ta’ azzjoni “Ftuħ mill-ġdid”; |
|
(g) |
li rapport dwar derivattiv ma jinkludix it-tip ta’ azzjoni “Ġdid” fir-rigward ta’ derivattiv li jkun ġie rrapportat preċedentement; |
|
(h) |
li rapport dwar derivattiv ma jinkludix it-tip ta’ azzjoni “Komponent tal-pożizzjoni” fir-rigward ta’ derivattiv li jkun ġie rrapportat preċedentement; |
|
(i) |
li rapport dwar derivattiv ma jkunx maħsub biex jimmodifika d-dettalji tal-kampijiet tad-data“Kontroparti 1” jew “Kontroparti 2” ta’ derivattiv li jkun ġie rrapportat preċedentement; |
|
(j) |
li rapport dwar derivattiv ma jkunx maħsub biex jimmodifika derivattiv li diġà jeżisti billi jispeċifika data effettiva li tiġi wara d-data tal-maturità rrapportata tad-derivattiv; |
|
(k) |
li derivattiv rapportat bit-tip ta’ azzjoni “Ftuħ mill-ġdid” jirrigwarda rapport dwar derivattiv imressaq preċedentement bit-tip ta’ azzjoni “Żball” jew “Terminazzjoni” jew derivattiv li jkun immatura; |
|
(l) |
il-korrettezza u l-kompletezza tar-rapport dwar derivattiv. |
2. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jirrifjuta rapport li ma jikkonformax ma’ wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u jassenjalu waħda mill-kategoriji ta’ rifjut stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness.
3. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi lill-entitajiet li jressqu r-rapport informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tal-verifika tad-data msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien sittin minuta wara li jkun irċieva r-rapport dwar derivattiv. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi dawk ir-riżultati f’format XML u f’mudell skont il-metodoloġija ta’ ISO 20022. Ir-riżultati għandhom jispeċifikaw ir-raġunijiet għar-rifjut ta’ rapport dwar derivattiv skont it-Tabella 1 tal-Anness.
Artikolu 2
Proċedura għall-aġġornamenti tal-Identifikaturi ta’ entità ġuridika
1. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jirċievi talba indirizzata lilu skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1860 għandu jidentifika d-derivattivi pendenti msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1860 f’dak iż-żmien tal-event tar-ristrutturar korporattiv, fejn l-entità tiġi rrapportata bl-identifikatur użat qabel ir-ristrutturar korporattiv fil-kamp tad-data“Kontroparti 1” jew “Kontroparti 2”, kif mgħarraf fit-talba rilevanti. Għandu jissostitwixxi l-identifikatur il-qadim bl-Identifikatur ta’ entità ġuridika l-ġdid (“LEI” – Legal Entity Identifier) fir-rapporti relatati ma’ dawk id-derivattivi kollha fiż-żmien tal-event imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1860 li jirrigwarda lil dik il-kontroparti. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jwettaq il-proċedura rigward l-aġġornament tal-identifikatur mhux aktar tard minn dakinhar tar-ristrutturar jew fi żmien 30 jum kalendarju minn meta jirċievi t-talba jekk irrapportata inqas minn 30 jum kalendarju qabel id-data tal-event ta’ ristrutturar korporattiv.
2. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jidentifika d-derivattivi rilevanti msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1860 fiż-żmien tal-event ta’ ristrutturar korporattiv, fejn l-entità tiġi identifikata bl-identifikatur il-qadim fi kwalunkwe kamp tad-data, u jissostitwixxi dak l-identifikatur bil-LEI l-ġdid. Fejn event ta’ ristrutturar korporattiv ikun jirrigwarda aġġornament tal-LEI għall-kampijiet tad-data għajr għall-“Kontroparti 1” jew “Kontroparti 2”, ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jwettaq tali aġġornament tad-derivattivi rilevanti b’segwitu biss ta’ konferma f’waqtha mill-kontroparti 1 jew l-entità responsabbli għar-rapportar.
3. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jwettaq l-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
wara li jirċievi l-konferma rilevanti skont il-paragrafu 2, jimplimenta l-aġġornament tal-LEI mid-data msemmija fil-paragrafu 1; |
|
(b) |
ixandar l-informazzjoni li ġejja mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn 5 ijiem tax-xogħol wara li tiġi riċevuta n-notifika kompluta, lir-repożitorji kollha tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u lill-kontropartijiet li jirrapportaw, lill-entitajiet li jressqu r-rapport, lill-entitajiet responsabbli għar-rapportar involuti fil-kuntratti tad-derivattivi kkonċernati mill-aġġornament tal-LEI, u lill-partijiet terzi li ngħataw aċċess għall-informazzjoni skont l-Artikolu 78(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kif applikabbli:
|
|
(c) |
jinnotifika, mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jippreċedi d-data meta jiġi applikat l-aġġornament, lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li għandhom aċċess għad-data relatata mad-derivattivi li jkunu ġew aġġornati, permezz ta’ fajl speċifiku f’format li jinqara mill-magni:
|
|
(d) |
jirreġistra l-aġġornament tal-LEI fir-reġistru tar-rapportar. |
4. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma għandux jaġġorna l-LEIs irrapportati għad-derivattivi li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1860 fiż-żmien tal-event korporattiv.
Artikolu 3
Rikonċiljazzjoni tad-data mir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
1. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jara li jirrikonċilja derivattiv irrapportat billi jieħu l-passi stabbiliti fil-paragrafu 3, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun wettaq il-verifiki stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 1; |
|
(b) |
iż-żewġ kontropartijiet f’derivattiv irrapportat ikollhom obbligu ta’ rapportar skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; |
|
(c) |
ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma jkunx irċieva rapport bit-tip ta’ azzjoni “Żball” fir-rigward tad-derivattiv irrapportat, sakemm tali rapport ma jkunx ġie segwit minn rapport bit-tip ta’ azzjoni “Ftuħ mill-ġdid”. |
2. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jkollu arranġamenti implimentati biex jiżgura l-kunfidenzjalità tad-data meta jsir l-iskambju tal-informazzjoni mar-repożitorji l-oħra tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u meta jipprovdi informazzjoni lill-kontropartijiet li jirrapportaw, lill-entitajiet li jressqu r-rapport, lill-entitajiet responsabbli għar-rapportar kif ukoll lill-partijiet terzi li ngħataw aċċess għall-informazzjoni skont l-Artikolu 78(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 dwar il-valuri għall-kampijiet tad-data kollha soġġetti għar-rikonċiljazzjoni.
3. F’każ li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-paragrafu 1, repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jieħu l-passi li ġejjin, billi juża l-iktar valur reċenti rrapportat għal kull wieħed mill-kampijiet tad-data fit-Tabella 2 tal-Anness, kif ikun jinsab dakinhar tal-jum tax-xogħol preċedenti:
|
(a) |
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jkun irċieva rapport dwar derivattiv għandu jivverifika jekk ikunx irċieva rapport korrispondenti minn kontroparti oħra jew f’isimha; |
|
(b) |
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li ma jkunx irċieva rapport dwar derivattiv korrispondenti kif imsemmi fil-punt (a) għandu jipprova jidentifika r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jkun irċieva r-rapport korrispondenti dwar derivattiv billi jikkomunika l-valuri tal-kampijiet tad-data li ġejjin tad-derivattiv irrapportat lir-repożitorji kollha rreġistrati tad-data dwar it-tranżazzjonijiet: “Identifikatur uniku tat-tranżazzjoni”, “Kontroparti 1” u “Kontroparti 2”; |
|
(c) |
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jiddetermina li repożitorju ieħor tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikun irċieva rapport dwar derivattiv korrispondenti msemmi fil-punt (a) għandu jiskambja ma’ dak ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, id-dettalji tad-derivattiv irrapportat f’format XML u f’mudell żviluppat skont il-metodoloġija ta’ ISO 20022; |
|
(d) |
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jittratta derivattiv irrapportat bħala rikonċiljat fejn id-dettalji ta’ dak id-derivattiv soġġett għar-rikonċiljazzjoni jaqblu mad-dettalji tad-derivattiv korrispondenti kif imsemmi fil-punt (a) u skont il-limiti ta’ tolleranza applikabbli u d-dati tal-applikazzjoni rilevanti kif stipulati fit-Tabella 2 tal-Anness; |
|
(e) |
sussegwentement, repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jassenja valuri għall-kategoriji ta’ rikonċiljazzjoni għal kull tranżazzjoni ta’ derivattivi rrapportata, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness; |
|
(f) |
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jikkonkludi l-passi fil-punti (a) sa (e) mill-iktar fis possibbli u ma għandu jieħu ebda passi bħal dawn wara nofsillejl ħin universali koordinat f’xi jum tax-xogħol minnhom; |
|
(g) |
repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li ma jistax jirrikonċilja derivattiv irrapportat għandu jara li jqabbel id-dettalji ta’ dan id-derivattiv irrapportat fil-jum tax-xogħol segwenti. Ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ma għandux jibqa’ jfittex li jirrikonċilja d-derivattiv irrapportat tletin jum kalendarju wara li d-derivattiv ma jibqax pendenti. |
4. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jikkonferma l-għadd totali ta’ derivattivi ppariġġati u l-għadd ta’ derivattivi rikonċiljati ma’ kull repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li miegħu jkun irrikonċilja d-derivattivi fi tmiem kull jum tax-xogħol. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jimplimenta proċeduri bil-miktub biex jiżgura r-riżoluzzjoni tad-diskrepanzi kollha identifikati f’dan il-proċess.
5. Mhux aktar tard minn sittin minuta wara l-konklużjoni tal-proċess għar-rikonċiljazzjoni kif stabbilit fil-punt (f) tal-paragrafu 3, repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi, lill-entitajiet li jressqu r-rapport, ir-riżultati tal-proċess għar-rikonċiljazzjoni mwettaq minnu fir-rigward tad-derivattivi rrapportati. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi dawn ir-riżultati f’format XML u f’mudell żviluppat skont il-metodoloġija ta’ ISO 20022, inkluża informazzjoni dwar il-kampijiet tad-data li ma jkunux ġew rikonċiljati.
Artikolu 4
Mekkaniżmi ta’ risposta fi tmiem il-jum
1. Fir-rigward ta’ kull jum tax-xogħol, repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-kontropartijiet li jirrapportaw, tal-entitajiet li jressqu r-rapport, tal-entitajiet responsabbli għar-rapportar kif ukoll tal-partijiet terzi li jkunu ngħataw aċċess għall-informazzjoni skont l-Artikolu 78(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kif applikabbli, l-informazzjoni li ġejja dwar id-derivattivi kkonċernati, f’format XML u f’mudell żviluppat skont il-metodoloġija ta’ ISO 20022:
|
(a) |
id-derivattivi rrapportati matul dak il-jum; |
|
(b) |
l-aktar data reċenti tat-tranżazzjonijiet tad-derivattivi pendenti; |
|
(c) |
ir-rapporti dwar derivattiv li jkunu ġew irrifjutati matul dak il-jum; |
|
(d) |
l-istatus ta’ rikonċiljazzjoni tad-derivattivi rrapportati kollha soġġetti għar-rikonċiljazzjoni skont l-Artikolu 3(1); |
|
(e) |
id-derivattivi pendenti li għalihom ma tkun ġiet irrapportata l-ebda valwazzjoni, jew li l-valwazzjoni li tkun ġiet irrapportata għalihom tkun datata aktar minn 14-il jum kalendarju qabel il-jum li għalih ikun iġġenerat ir-rapport; |
|
(f) |
id-derivattivi pendenti li għalihom ma tkun ġiet irrapportata l-ebda informazzjoni dwar il-marġni, jew li l-informazzjoni dwar il-marġni li tkun ġiet irrapportata għalihom tkun datata aktar minn 14-il jum kalendarju qabel il-jum li għalih ikun iġġenerat ir-rapport; |
|
(g) |
id-derivattivi li jkunu ġew riċevuti f’dak il-jum bit-tip ta’ azzjoni “Ġdid”, “Komponent tal-pożizzjoni”, “Modifika” jew “Korrezzjoni” u li l-ammont nozzjonali tagħhom ikunu anormali għal dik il-klassi ta’ derivattivi. |
2. Repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet għandu jipprovdi tali informazzjoni mhux aktar tard mis-06.00 ħin universali koordinat tal-jum tax-xogħol l-għada tal-jum li għalih tirreferi l-informazzjoni pprovduta fil-paragrafu 1.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn 29 ta' April 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1860 tal-10 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards, il-formati, il-frekwenza u l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar (ara paġna 68 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali)
ANNESS
Tabella 1
Raġunijiet għar-rifjut ta’ rapport dwar derivattiv
|
Kategoriji ta’ rifjut |
Raġuni |
||
|
Skema |
|
||
|
Permess |
|
||
|
Loġika |
|
||
|
Operat |
|
Tabella 2
|
|
Taqsima |
Kamp tad-data |
Tolleranza fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni |
Data tal-bidu tar-rikonċiljazzjoni |
|
1 |
Partijiet f’derivattiv |
Kronogramma tar-rapportar |
M/A |
M/A |
|
2 |
Partijiet f’derivattiv |
ID tal-entità li tressaq ir-rapport |
M/A |
M/A |
|
3 |
Partijiet f’derivattiv |
Entità responsabbli għar-rapportar |
M/A |
M/A |
|
4 |
Partijiet f’derivattiv |
Kontroparti 1 (Kontroparti li tirrapporta) |
L-istess bħall-kamp tad-data 9 f’din it-tabella |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
5 |
Partijiet f’derivattiv |
Natura tal-kontroparti 1 |
M/A |
M/A |
|
6 |
Partijiet f’derivattiv |
Is-settur korporattiv tal-kontroparti 1 |
M/A |
M/A |
|
7 |
Partijiet f’derivattiv |
Limitu minimu tal-ikklerjar tal-kontroparti 1 |
M/A |
M/A |
|
8 |
Partijiet f’derivattiv |
It-tip ta’ identifikatur tal-kontroparti 2 |
M/A |
M/A |
|
9 |
Partijiet f’derivattiv |
Kontroparti 2 |
L-istess bħall-kamp tad-data 4 f’din it-tabella |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
10 |
Partijiet f’derivattiv |
Pajjiż tal-kontroparti 2 |
M/A |
M/A |
|
11 |
Partijiet f’derivattiv |
Natura tal-kontroparti 2 |
M/A |
M/A |
|
12 |
Partijiet f’derivattiv |
Settur korporattiv tal-kontroparti 2 |
M/A |
M/A |
|
13 |
Partijiet f’derivattiv |
Limitu minimu tal-ikklerjar tal-kontroparti 2 |
M/A |
M/A |
|
14 |
Partijiet f’derivattiv |
Obbligu ta’ rapportar tal-kontroparti 2 |
M/A |
M/A |
|
15 |
Partijiet f’derivattiv |
ID tas-sensar |
M/A |
M/A |
|
16 |
Partijiet f’derivattiv |
Membru tal-ikklerjar |
M/A |
M/A |
|
17 |
Partijiet f’derivattiv |
Direzzjoni |
Opposta |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
18 |
Partijiet f’derivattiv |
Direzzjoni tal-komponent 1 |
Opposta |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
19 |
Partijiet f’derivattiv |
Direzzjoni tal-komponent 2 |
Opposta |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
20 |
Partijiet f’derivattiv |
B’rabta diretta ma’ attività kummerċjali jew finanzjament tat-teżor |
M/A |
M/A |
|
1 |
Taqsima 2a - Identifikaturi u kollegamenti |
UTI |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
2 |
Taqsima 2a - Identifikaturi u kollegamenti |
Numru tal-intraċċar tar-rapport |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
3 |
Taqsima 2a - Identifikaturi u kollegamenti |
UTI preċedenti (għar-relazzjonijiet waħda għal waħda u waħda għal ħafna bejn it-tranżazzjonijiet) |
Le |
Sentejn wara d-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
4 |
Taqsima 2a - Identifikaturi u kollegamenti |
UTI tal-pożizzjoni sussegwenti |
Le |
Sentejn wara d-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
5 |
Taqsima 2a - Identifikaturi u kollegamenti |
ID tat-tnaqqis tar-riskju ta’ wara n-negozjar (PTRR) |
M/A |
M/A |
|
6 |
Taqsima 2a - Identifikaturi u kollegamenti |
Identifikatur tal-pakkett |
M/A |
M/A |
|
7 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
8 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Identifikatur uniku tal-prodott (UPI) |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
9 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Klassifikazzjoni tal-prodott |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
10 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Tip ta’ kuntratt |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
11 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Klassi tal-assi |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
12 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Derivattiv ibbażat fuq il-kriptoassi |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
13 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Tip ta’ identifikazzjoni tas-sottostanti |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
14 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Identifikazzjoni tas-sottostanti |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
15 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Indikatur tal-indiċi sottostanti |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
16 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Isem l-indiċi sottostanti |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
17 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Kodiċi tal-basket personalizzati |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
18 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Identifikatur tal-kostitwenti tal-basket |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
19 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Munita tas-saldu 1 |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
20 |
Taqsima 2b – Informazzjoni dwar il-kuntratt |
Munita tas-saldu 2 |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
21 |
Taqsima 2c – Valwazzjoni |
Ammont tal-valwazzjoni |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
22 |
Taqsima 2c – Valwazzjoni |
Munita tal-valwazzjoni |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
23 |
Taqsima 2c – Valwazzjoni |
Kronogramma tal-valwazzjoni |
M/A |
M/A |
|
24 |
Taqsima 2c – Valwazzjoni |
Metodu tal-valwazzjoni |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
25 |
Taqsima 2c – Valwazzjoni |
Delta |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
26 |
Taqsima 2d – Kollateral |
Indikatur tal-portafoll tal-kollateral |
M/A |
M/A |
|
27 |
Taqsima 2d – Kollateral |
Kodiċi tal-portafoll tal-kollateral |
M/A |
M/A |
|
28 |
Taqsima 2e – Mitigazzjoni tar-riskju / Rapportar |
Kronogramma tal-konferma |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
29 |
Taqsima 2e – Mitigazzjoni tar-riskju / Rapportar |
Konfermati |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
30 |
Taqsima 2f - Ikklerjar |
Obbligu tal-ikklerjar |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
31 |
Taqsima 2f - Ikklerjar |
Ikklerjat |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
32 |
Taqsima 2f - Ikklerjar |
Kronogramma tal-ikklerjar |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
33 |
Taqsima 2f - Ikklerjar |
Kontroparti ċentrali |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
34 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Tip ta’ Ftehim Prinċipali |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
35 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Tip ieħor ta’ ftehim prinċipali |
M/A |
M/A |
|
36 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Verżjoni tal-Ftehim Prinċipali |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
37 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Intragrupp |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
38 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
PTRR |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
39 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Tip ta’ teknika tal-PTRR |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
40 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Fornitur tas-servizz PTRR |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
41 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Ċentru tal-eżekuzzjoni |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
42 |
Taqsima 2c – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Kronogramma tal-eżekuzzjoni |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
43 |
Taqsima 2c – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data effettiva |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
44 |
Taqsima 2c – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data ta’ skadenza |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
45 |
Taqsima 2c – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data tat-terminazzjoni bikrija |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
46 |
Taqsima 2c – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data finali tas-saldu kuntrattwali |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
47 |
Taqsima 2c – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Tip ta’ konsenja |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
48 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Prezz |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
49 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Munita tal-prezz |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
50 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data effettiva mhux aġġustata tal-prezz |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
51 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data tat-tmiem mhux aġġustata tal-prezz |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
52 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Prezz fis-seħħ bejn id-data effettiva mhux aġġustata u d-data tat-tmiem |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
53 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Prezz tat-tranżazzjoni f’pakkett |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
54 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Munita tal-prezz tat-tranżazzjoni f’pakkett |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
55 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Ammont nozzjonali tal-komponent 1 |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
56 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Munita nozzjonali 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
57 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data effettiva tal-ammont nozzjonali tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
58 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data tat-tmiem tal-ammont nozzjonali tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
59 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Ammont nozzjonali fis-seħħ fid-data effettiva assoċjata tal-komponent 1 |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
60 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Kwantità nozzjonali totali tal-komponent 1 |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
61 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data effettiva tal-kwantità nozzjonali tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
62 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data tat-tmiem tal-kwantità nozzjonali tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
63 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Kwantità nozzjonali fis-seħħ fid-data effettiva assoċjata tal-komponent 1 |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
64 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Ammont nozzjonali tal-komponent 2 |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
65 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Munita nozzjonali 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
66 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data effettiva tal-ammont nozzjonali tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
67 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data tat-tmiem tal-ammont nozzjonali tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
68 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Ammont nozzjonali fis-seħħ fid-data effettiva assoċjata tal-komponent 2 |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
69 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Kwantità nozzjonali totali tal-komponent 2 |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
70 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data effettiva tal-kwantità nozzjonali tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
71 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data tat-tmiem tal-kwantità nozzjonali tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
72 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Kwantità nozzjonali fis-seħħ fid-data effettiva assoċjata tal-komponent 2 |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
73 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Tip ieħor ta’ pagament |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
74 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Ammont ieħor ta’ pagament |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
75 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Munita oħra ta’ pagament |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
76 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Data oħra ta’ pagament |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
77 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Pagatur ieħor ta’ pagament |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
78 |
Taqsima 2g – Dettalji dwar it-tranżazzjoni |
Riċevitur ieħor ta’ pagament |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
79 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Rata fissa tal-komponent 1 jew il-kupun |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
80 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Konvenzjoni tal-għadd tal-jiem tar-rata fissa jew tal-kupun tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
81 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Perjodu ta’ frekwenza tal-pagament tar-rata fissa jew tal-kupun tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
82 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Multiplikatur tal-perjodu ta’ frekwenza tal-pagament tar-rata fissa jew tal-kupun tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
83 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Identifikatur tar-rata varjabbli tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
84 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Indikatur tar-rata varjabbli tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
85 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Isem ir-rata varjabbli tal-komponent 1 |
M/A |
M/A |
|
86 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Konvenzjoni tal-għadd tal-jiem tar-rata varjabbli tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
87 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Perjodu ta’ frekwenza tal-pagament tar-rata varjabbli tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
88 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Multiplikatur tal-perjodu ta’ frekwenza tal-pagament tar-rata varjabbli tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
89 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Perjodu ta’ referenza tar-rata varjabbli tal-komponent 1 – perjodu ta’ żmien |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
90 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Perjodu ta’ referenza tar-rata varjabbli tal-komponent 1 – multiplikatur |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
91 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Perjodu tal-frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
92 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Multiplikatur tal-frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tal-komponent 1 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
93 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Spread tal-komponent 1 |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
94 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Munita tal-ispread tal-komponent 1 |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
95 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Rata fissa tal-komponent 2 |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
96 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Konvenzjoni tal-għadd tal-jiem tar-rata fissa tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
97 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Perjodu ta’ frekwenza tal-pagament tar-rata fissa tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
98 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Multiplikatur tal-perjodu ta’ frekwenza tal-pagament tar-rata fissa tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
99 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Identifikatur tar-rata varjabbli tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
100 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Indikatur tar-rata varjabbli tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
101 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Isem ir-rata varjabbli tal-komponent 2 |
M/A |
M/A |
|
102 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Konvenzjoni tal-għadd tal-jiem tar-rata varjabbli tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
103 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Perjodu ta’ frekwenza tal-pagament tar-rata varjabbli tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
104 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Multiplikatur tal-perjodu ta’ frekwenza tal-pagament tar-rata varjabbli tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
105 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Perjodu ta’ referenza tar-rata varjabbli tal-komponent 2 – perjodu ta’ żmien |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
106 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Perjodu ta’ referenza tar-rata varjabbli tal-komponent 2 – multiplikatur |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
107 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Perjodu tal-frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
108 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Multiplikatur tal-frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tal-komponent 2 |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
109 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Spread tal-komponent 2 |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
110 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Munita tal-ispread tal-komponent 2 |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
111 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Spread tat-tranżazzjoni f’pakkett |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
112 |
Taqsima 2h – Rati tal-Imgħax |
Munita tal-ispread tat-tranżazzjoni f’pakkett |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
113 |
Taqsima 2i – Munita Barranija |
Rata 1 tal-kambju |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
114 |
Taqsima 2i – Munita Barranija |
Rata tal-kambju forward |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
115 |
Taqsima 2i – Munita Barranija |
Bażi tar-rata tal-kambju |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
116 |
Taqsima 2j – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Ġenerali) |
Prodott bażi |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
117 |
Taqsima 2j – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Ġenerali) |
Prodott sekondarju |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
118 |
Taqsima 2j – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Ġenerali) |
Prodott sekondarju ulterjuri |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
119 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Punt jew żona tal-konsenja |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
120 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Punt ta’ Interkonnessjoni |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
121 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Tip ta’ tagħbija |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
122 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Ħin tal-bidu tal-intervall tal-konsenja |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
123 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Ħin tat-tmiem tal-intervall tal-konsenja |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
124 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Data tal-bidu tal- konsenja |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
125 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Data tat-tmiem tal-konsenja |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
126 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Durata |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
127 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Jiem tal-ġimgħa |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
128 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Kapaċità tal-konsenja |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
129 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Unità tal-Kwantità |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
130 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Prezz għal kull kwantità għal kull intervall ta’ żmien |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
131 |
Taqsima 2k – Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet (Enerġija) |
Munita tal-prezz għal kull kwantità għal kull intervall ta’ żmien |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
132 |
Taqsima 2l – Opzjonijiet |
Tip ta’ opzjoni |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
133 |
Taqsima 2l – Opzjonijiet |
Stil tal-opzjoni |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
134 |
Taqsima 2l – Opzjonijiet |
Prezz tal-eżerċitar |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
135 |
Taqsima 2l – Opzjonijiet |
Data effettiva tal-prezz tal-eżerċitar |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
136 |
Taqsima 2l – Opzjonijiet |
Data tat-tmiem tal-prezz tal-eżerċitar |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
137 |
Taqsima 2l – Opzjonijiet |
Prezz tal-eżerċitar fis-seħħ fid-data effettiva assoċjata |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
138 |
Taqsima 2l – Opzjonijiet |
Munita/par muniti tal-prezz tal-eżerċitar |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
139 |
Taqsima 2l – Opzjonijiet |
Ammont tal-primjum tal-opzjoni |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
140 |
Taqsima 2l – Opzjonijiet |
Munita tal-primjum tal-opzjoni |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
141 |
Taqsima 2l – Opzjonijiet |
Data ta’ pagament tal-primjum tal-opzjoni |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
142 |
Taqsima 2i – Opzjonijiet |
Data tal-maturità tas-sottostanti |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
143 |
Taqsima 2m – Derivattivi ta’ kreditu |
Superjorità |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
144 |
Taqsima 2m – Derivattivi ta’ kreditu |
Entità referenzjarja |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
145 |
Taqsima 2m – Derivattivi ta’ kreditu |
Serje |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
146 |
Taqsima 2m – Derivattivi ta’ kreditu |
Verżjoni |
Le |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
147 |
Taqsima 2m – Derivattivi ta’ kreditu |
Fattur tal-indiċi |
Iva |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
148 |
Taqsima 2m – Derivattivi ta’ kreditu |
Segment |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
149 |
Taqsima 2m – Derivattivi ta’ kreditu |
Punt ta’ attakkament tal-indiċi tas-swap ta’ inadempjenza ta’ kreditu (CDS) |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
150 |
Taqsima 2m – Derivattivi ta’ kreditu |
Punt ta’ distakkament tal-indiċi tas-CDS |
Iva |
Sentejn mid-data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
|
151 |
Taqsima 2n – Modifiki fid-derivattiv |
Tip ta’ azzjoni |
M/A |
M/A |
|
152 |
Taqsima 2n – Modifiki fid-derivattiv |
Tip ta’ event |
M/A |
M/A |
|
153 |
Taqsima 2n – Modifiki fid-derivattiv |
Data tal-event |
M/A |
M/A |
|
154 |
Taqsima 2n – Modifiki fid-derivattiv |
Livell |
Le |
Data tal-bidu tal-obbligu ta’ rapportar |
Tabella 3
|
Kategoriji ta’ rikonċiljazzjoni |
Valuri permessi |
|
Rekwiżit tar-rapportar għaż-żewġ kontropartijiet |
Iva/Le |
|
Tip ta’ rapportar |
Naħa waħda/Żewġ naħat |
|
Formazzjoni f’par |
Ippariġġati/Mhux ippariġġati |
|
Rikonċiljazzjoni |
Rikonċiljata/Mhux rikonċiljata |
|
Rikonċiljazzjoni tal-valwazzjoni |
Rikonċiljata/Mhux rikonċiljata |
|
Ftuħ mill-ġdid |
Iva/Le |
|
Modifiki ulterjuri |
Iva/Le |