Official Journal L 258 , 27/09/2001 P. 0011 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1879/2001 tas-26 ta’ Settembru 2001 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbilment ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali (Test b’relevanza għaz- ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterenarji fi prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1680/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 dwar dan, Billi: (1) B’mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimi ta’ residwi jridu jiġu stabbiliti progressivament għas-sostanzi kollha li huma farmakoloġikament attivi li jintużaw fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba biex jingħataw lill-annimali li jipproduċu l-ikel; (2) Limiti massimi ta’ residwi għandhom jiġu stabbiliti biss wara li ssir eżaminazzjoni fi ħdan il-Kumitat għal-Prodotti Mediċinali Veterenarji ta’ l-informazzjoni relevanti kollha dwar is-sigurtà ta’ residwi tas-sostanza kkonċernata għall-konsumatur ta’ prodotti ta’ l-ikel ġejjin mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ prodotti ta’ l-ikel. (3) Filwaqt li jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-limiti ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ġejjin mill-annimali, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-ispeċi ta’ annimali li fihom jistgħu jkunu preżenti xi residwi, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull waħda mit-tessuti tal-laħam relevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersal) u n-natura tar-residwu li huwa relevanti għal-monitoraġġ tar-residwi (residwu markatur) (4) Għall-kontroll ta’ residwi, kif stabbilit fil-legislazzjoni xierqa tal-Komunità, il-limiti massimi ta’ residwi għandhom normalment jiġu stabbiliti għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi. Madankollu, il-fwied u l-kliewi huma spiss imneħħija mill-karkassi li jkunu qegħdin jiġu spustati fil-kummerċ internazzjonali, u l-limiti massimi ta’ residwi, għandhom għalhekk dejjem jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ tessuti ta’ muskolu jew ta’ grass. (5) Fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba biex jintużaw fuq għasafar li jbidu, annimali li jagħtu l-ħalib jew naħal ta’ l-għasel, iridu jiġu stabbiliti limiti massimi ta residwu għall-bajd, ħalib u għasel. (6) Il-Vitamina A għandha tiġi mdaħħla fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90; (7) Billi għandu jingħata perjodu adegwat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti l-Istati Membri biex jagħmlu xi bidliet li jistgħu jkunu meħtieġa għall-awtorizzazzjonijiet li ngħataw b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2000/37/KEE [4], sabiex jittieħed akkont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biex jitpoġġew il-prodotti mediċinali veterinarji konċernati fis-suq; (8) Il-miżuri mniżżla f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti dwar Prodotti Mediċinali Veterinarji, ADOTTAT IR-REGOLAMENT LI ĠEJ: L- Artikolu 1 L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament. L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mis-60 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Settembru 2001. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1. [2] ĠU L 227, tat-23.8.2001, p. 33. [3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1. [4] ĠU L 139, ta’ l-10.6.2000, p. 25. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej: 2. Komposti organiċi "Sustanza farmakoloġikament attiva | Speċi ta' annimali | Dispożizzjonijiet oħrajn | Vitamina A | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel" | | --------------------------------------------------