European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5288

28.8.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11629 – Geogas / NYK / DIF / Marigold / FLS JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5288)

1.   

Fil-21 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Nippon Yusen Kabushiki Kaisha (“NYK”, il-Ġappun),

—

Geogas Maritime SAS li tappartjeni għall-Geogas Group (“Geogas”, Franza),

—

DIF Management B.V. (“DIF”, in-Netherlands) ikkontrollata minn CVC Capital Partners (“CVC”, il-Lussemburgu),

—

Marigold ACP SARL (“Marigold”, il-Lussemburgu) ikkontrollata minn Access Capital Partners Group S.A. (“Access Capital Partners”, Franza),

—

France LNG Shipping SAS (“FLS JV”, Franza).

NYK, Geogas, DIF, u Marigold se jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal- Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ FLS JV kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

NYK hija fornitur ta’ servizzi ta’ trasport marittimu u loġistika Ġappuniżi elenkat li tispeċjalizza fit-trasport internazzjonali bil-baħar,

—

Geogas tispeċjalizza fil-kummerċ internazzjonali u t-trasport ta’ gass likwifikat miż-żejt,

—

DIF hija maniġer tal-fond ta’ ekwità tal-infrastruttura li tiżviluppa portafolli diversifikati fi proġetti fl-Ewropa, fil-Kontinent Amerikan u fl-Awstralasja. DIF hija kkontrollata minn CVC, kumpanija ta’ konsulenza dwar l-ekwità privata u l-investiment; kif ukoll,

—

Marigold hija kumpanija azzjonarja ta’ investiment li tikkoordina l-attivitajiet tal-entitajiet kollha li fihom għandha interess dirett jew indirett. Hija kkontrollat minn Access Capital Partners, maniġer tal-assi privati indipendenti.

3.   

FLS JV tippossjedi, tiffinanzja u timmaniġġja kummerċjalment bastimenti tal-LNG abbażi ta’ arranġamenti ta’ noleġġ għal żmien twil.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.11629 – Geogas / NYK / DIF / Marigold / FLS JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5288/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)