|
17.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 205/2019
tal-10 ta’ Lulju 2019
li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet [2022/2227]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni rigward id-dritt soċjetarju. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2019, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-paragrafu 13 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem “u l-2018” jinbidlu bil-kliem “, l-2018 u l-2019”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2019.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gunnar PÁLSSON
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.