18.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/11


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10031 — FSI/WTI/MEL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 393/09)

1.   

Fil-11 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

First Sentier Investors International IM Limited (“FSI”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-grupp Mitsubishi UFJ Financial Group Inc (il-Ġappun),

—

Wheelabrator Technologies Holdings Inc. (“WTI”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata mill-Macquarie Group (ir-Renju Unit),

—

Multifuel Energy Limited u Multifuel Energy 2 Limited (“MEL”, ir-Renju Unit), bħalissa kkontrollata bi sħab minn WTI u SSE Generation Limited (ir-Renju Unit).

FSI u WTI jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ MEL kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

FSI: il-ġestjoni ta’ investimenti u assi f’isem il-klijenti tagħha,

—

WTI: it-tħaddim ta’ faċilitajiet tal-enerġija mill-iskart fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti tal-Amerka,

—

MEL: it-tħaddim ta’ faċilitajiet tal-enerġija mill-iskart multi-fuel fir-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10031 — FSI/WTI/MEL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.