|
5.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 42/13 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/136
tal-4 ta’ Frar 2021
li tikkoreġi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1119 dwar l-approvazzjoni ta’ illuminazzjoni esterna effiċjenti tal-vetturi permezz ta’ dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f’vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna u f’vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339 dwar l-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ tidwil estern effiċjenti tal-vetturi bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn ċerti vetturi kummerċjali ħfief b’rabta mal-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-formula 9 fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1119 (2)mhix korretta u jenħtieġ li tiġi ssostitwita minn formula kkoreġuta ġdida. |
|
(2) |
Il-livell limitu ta’ ffrankar tas-CO2 imsemmi fil-punt 6 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1339 (3) mhux korrett u jenħtieġ li jiġi ssostitwit bil-valur imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 (4). |
|
(3) |
Għalhekk, id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 u (UE) 2020/1339 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Korrezzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119
Fil-punt 4.2.2 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119, il-Formula 9 hija sostitwita b’dan li ġej:
“
Artikolu 2
Korrezzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339
Fil-punt 6 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1339, it-test: “MT hija l-livell limitu minimu ugwali għal 1 g ta’ CO2/km” hija sostitwita b’dan li ġej:
“MT hija l-livell limitu minimu ugwali għal 0,5 g ta’ CO2/km”
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1119 tat-28 ta’ Ġunju 2019 dwar l-approvazzjoni ta’ illuminazzjoni esterna effiċjenti tal-vetturi permezz ta’ dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f’vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna u f’vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 1.7.2019, p. 67).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1339 tat-23 ta’ Settembru 2020 dwar l-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ tidwil estern effiċjenti tal-vetturi bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn ċerti vetturi kummerċjali ħfief b’rabta mal-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (ĠU L 313, 28.9.2020, p. 4).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta’ April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).