European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5777

29.10.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12034 — METINVEST / ARCELORMITTAL TUBULAR PRODUCTS IASI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5777)

1.   

Fil-21 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Metinvest B.V. (“Metinvest”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Rinat Akhmetov (ċittadin tal-Ukrajna) u Smart Steel Limited (Ċipru),

—

ArcelorMittal Tubular Products Iasi S.A. (“AMTP Iasi”, ir-Rumanija), ikkontrollata minn ArcelorMittal S.A. (il-Lussemburgu).

Metinvest se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ AMTP Iasi kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Metinvest, inkorporata fin-Netherlands, hija l-kumpanija azzjonarja ta’ grupp internazzjonali tal-minjieri u tal-metalli integrat vertikalment, b’assi li jinsabu prinċipalment fl-Ukrajna, fl-Ewropa u fl-Istati Uniti tal-Amerka. Metinvest u s-sussidjarji tagħha huma attivi fil-produzzjoni tal-azzar u fil-katina kummerċjali, mill-estrazzjoni tal-mineral tal-ħadid u tal-faħam għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-azzar nofshom lesti u lesti u l-kummerċ internazzjonali.

—

AMTP Iasi, inkorporata fir-Rumanija, hija attiva fil-produzzjoni u l-provvista ta’ tubi żgħar tal-azzar tal-karbonju wweldjati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12034 — METINVEST / ARCELORMITTAL TUBULAR PRODUCTS IASI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5777/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)