31996R1323



Official Journal L 171 , 10/07/1996 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1323/96

tas-26 ta’ Ġunju 1996

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1784/77 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-ħops

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħops [1], u l-aktar l-Artikolu 2(4),

Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1784/77 [2] jispeċifika l-istadju meta trid issir iċ-ċertifikazzjoni u jwaqqaf il-kondizzjonijiet dwar liema prodotti tal-ħops jistgħu jiġu maħduma ulterjorment;

Billi, fl-ex Repubblika Demokratika tal-Ġermanja, it-trattament tal-ħops wara l-ħsad huwa tradizzjonalment differenti mit-trattament f’partijiet oħra tal-Komunità fis-sens li fid-diversi rziezet li jipproduċu l-ħops, it-tindif u l-ixxuttar tal-bidu tal-koni jsir fl-istess ħin li jsir id-dħin u l-ippressar fi trab, minħabba li l-apparat eżistenti ma jippermettix li dawn iż-żewġ stadji jiġu separati; billi madanakollu din il-proċedura mhix konformi mal-liġi tal-Kommunità, li tipprovdi li ċ-ċertifikazzjoni għandha ssir qabel il-prodott jiġi maħdum; billi sabiex il-produtturi jqassmu l-investimenti ġodda tagħhom fuq perjodu ta’ żmien xieraq, r-Regolament (KEE) Nru 1784/77 jwaqqaf perjodu ta’ transizzjoni aktar twil minn dak pprovdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2239/91 tas-26 ta’ Lulju 1991 dwar il- miżuri ta’ transizzjoni li japplikaw għas-settur tal-ħops wara l-unifikazzjoni tal-Ġermanja [3], liema miżuri spiċċaw fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi sal-31 ta’ Diċembru 1995, is-sitwazzjoni f’ċerti rziezet ma kinitx għadha ġiet regolarizzata; billi għaldaqstant din id-deroga għandha titawwal b’sena u l-lista tal-irziezet interessati għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1784/77 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(3), "31 ta’ Diċembru 1995" huwa mibdul b’ "31 ta’ Diċembru 1996".

2. L-Anness huwa mibdul bl-Anness muri fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ġunju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Pinto

[1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105).

[2] ĠU L 200, tat-8.8.1977, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni fil-Komunità tal-1994.

[3] ĠU L 204, tas-27.7.1991, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS

Rziezet fejn tista’ ssir ċ-ċertifikazzjoni wara l-ħdim fi trab:

LAND TAS-SASSONJA-ANHALT: | Eichenbarleben (korábban Irrleben) |

| Osterweddingen |

| Blumenberg (korábban Langenweddingen) |

LAND TA' THURINGIA: | Kutzleben (korábban Bad Tennstedt) |

| Heringen |

| Kindelbrück |

| Vogelsberg (korábban Großbrembach) |

| Großnehrich |

| Hohenebra |

"

--------------------------------------------------