European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6086

12.11.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2025/6086)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Brillat-Savarin”

Nru tal-UE: PGI-FR-02102-AM01 — 21.8.2025

1.   Isem il-prodott

“Brillat-Savarin”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

Denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

☒

Indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

☐

Indikazzjoni ġeografika (IĠ)

3.   Settur

☒

Prodotti agrikoli

☐

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Franza

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Il-Ministeru għall-Agrikoltura u s-Sovranità tal-Ikel

6.   Kwalifika bħala emenda standard

Spjegazzjoni għaliex l-emenda/i taqa’/jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ emenda standard kif previst fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143:

L-applikazzjoni għal emenda tal-IĠP “Brillat-Savarin” ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni, jiġifieri:

(a)

tinkludi bidla fl-isem tal-indikazzjoni ġeografika protetta;

(b)

tirriskja li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika;

(c)

tinvolvi aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li t-talba hija għal emenda standard.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Din l-emenda tikkonsisti fit-tneħħija tal-limitu massimu tal-piż (250 g) għall-ġobnijiet iż-żgħar.

It-tneħħija tal-limitu ta’ fuq bl-ebda mod ma tbiddel il-kwalità tal-prodott iżda tagħmilha possibbli li tiġi evitata l-esklużjoni ta’ ġobon li jaqbeż il-250 g, diment li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ kwalità fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

2.   Definizzjoni taż-żona ġeografika

Il-lista tal-muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika ġiet aġġornata skont il-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali għas-sena 2025, mingħajr ma nbidlet iż-żona ġeografika nnifisha.

Żdiedet ukoll sentenza biex tispeċifika li l-mapep li juru ż-żona ġeografika jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Istitut Nazzjonali tal-Kwalità u tal-Oriġini.

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

3.   Elementi li juru r-rabta mal-ambjent ġeografiku

Is-sentenza li tindika l-bażi tar-rabta bejn il-“Brillat-Savarin” u ż-żona ġeografika tiegħu (il-kwalità u r-reputazzjoni tiegħu) tmexxiet għall-bidu tat-taqsima fid-dokument uniku.

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

4.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Hu ċċarat li t-tikkettar jinkludi l-isem irreġistrat tal-prodott u s-simbolu tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv.

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

5.   Dettalji ta’ kuntatt u kompożizzjoni tal-grupp applikant

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ġew emendati u żdiedu dettalji dwar il-kompożizzjoni tiegħu, mingħajr ma din inbidlet.

Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.

6.   Dettalji ta’ kuntatt tad-dipartiment kompetenti tal-Istat Membru

Id-dettalji ta’ kuntatt huma aġġornati.

Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

“Brillat-Savarin”

Nru tal-UE: PGI-FR-02102-AM01 — 21.8.2025

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Brillat-Savarin”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

04 — PRODOTTI TAL-ĦALIB; BAJD TAL-GĦASAFAR; GĦASEL NATURALI; PRODOTTI TAJBIN GĦALL-IKEL ĠEJJIN MILL-ANNIMALI, LI MHUMIEX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BANDA OĦRA

0406 — Ġobon u baqta

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-“Brillat-Savarin” huwa ġobon artab magħmul minn baqta lattika, magħmul mill-ħalib tal-baqra u mill-krema tal-ħalib tal-baqra, li l-ewwel tqegħid fis-suq tiegħu ma jsirx qabel 3 ijiem minn meta jiżdied it-tames.

Meta jiġi mmaturat, il-“Brillat-Savarin” ikun qdiem ta’ mill-anqas 5 ijiem għad-daqsijiet iż-żgħar, u mill-anqas 8 ijiem għal daqsijiet kbar, mid-data meta jiżdied it-tames.

Fl-istadju tal-ewwel tqegħid fis-suq, il-“Brillat-Savarin” ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:

—

it-total tal-estratt niexef ikun ta’ 40 % jew aktar,

—

il-kontenut tax-xaħam ikun 72 % jew aktar tal-estratt niexef,

—

il-kontenut tal-melħ ikun taħt it-2 %,

—

ikollu dijametru ta’ bejn 60 u 100 mm u ħxuna ta’ bejn 30 u 60 mm għad-daqsijiet iż-żgħar li jiżnu mill-anqas 100 g,

—

ikollu dijametru ta’ bejn 110 u 140 mm u ħxuna ta’ bejn 40 u 70 mm għad-daqsijiet il-kbar li jiżnu mill-anqas 500 g.

Il-“Brillat-Savarin” jiġi ppreżentat sħiħ jew imqatta’. F’każ li jitqatta’, dan isir b’tali mod li jibża’ għall-ġobon, jiġifieri, f’porzjonijiet jew biċċiet maqtugħin tul linja jew linji li jgħaddu mill-assi taċ-ċilindru.

Il-“Brillat-Savarin” għandu l-karatteristiċi organolettiċi li ġejjin:

—

forma regolari, ċilindrika bil-ġnub dritti jew kemm kemm konkavi u bi wċuħ ċatti,

—

togħma predominanti ta’ krema jew ta’ butir friski,

—

togħma kemxejn aċiduża (togħma lattika) u kemxejn mielħa;

—

sawra kremuża,

—

pejst fin u omoġenju.

Meta jiġi kkwalifikat bħala “matur”, il-“Brillat-Savarin” ikollu qoxra bajda fl-avorju miksija bi flora tal-wiċċ li fil-biċċa l-kbira tkun magħmula mill-Penicillium candidum u/jew il-Geotrichum, u jiżviluppa aromi ta’ faqqiegħ u ta’ veġetazzjoni tal-bosk kif ukoll togħmiet ta’ frott u ta’ ġellewż.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Ma hemm l-ebda rekwiżit kwalitattiv għall-għalf.

Il-ħalib maħsub għall-produzzjoni tal-“Brillat-Savarin” ikun ħalib sħiħ tal-baqra li jinġabar fi żmien massimu ta’ jumejn mid-data tal-ewwel taħliba. Jinħadem fi żmien jumejn minn meta jasal fil-fabbrika tal-ġobon mingħajr qatt ma jkun ġie ffriżat.

Il-krema maħduma tkun biss krema tal-ħalib tal-baqra, li tinkiseb billi jiġi xkumat il-ħalib sħiħ tal-baqra. Għalhekk, l-użu tal-krema tax-xorrox huwa pprojbit. L-omoġenizzazzjoni u l-iffriżar tal-krema huma pprojbiti wkoll.

Il-kwalità tal-krema tiġi żgurata billi jiġu rrispettati l-kriterji li ġejjin:

—

l-ixkumar isir fi żmien jumejn minn meta jinġabar il-ħalib;

—

l-aċidità Dornic, imkejla fil-fażi tal-ixkumar jew meta l-krema tasal fil-fabbrika tal-ġobon, tkun 14 ° Dornic jew inqas;

—

it-temperatura tal-krema meta din tasal fil-fabbrika tal-ġobon u waqt il-ħżin tkun ta' 8 °C jew inqas.

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita

L-istadji kollha tal-produzzjoni (mill-preparazzjoni tat-taħlita tal-krema u tal-ħalib sa tmiem it-tnixxif u, fil-każ ta’ ġobnijiet bil-kwalifikatur “matur” sa tmiem il-maturazzjoni) isiru fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

—

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Minbarra t-termini obbligatorji previsti fil-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikkettar jinkludi:

(1)

l-isem irreġistrat tal-prodott u s-simbolu tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv;

(2)

l-isem u l-indirizz tal-aħħar operatur li jkun intervjena fl-iżvilupp tal-prodott li jkun jinsab fiż-żona ġeografika tal-IĠP.

Meta l-prodott jiġi mmaturat f’konformità mad-dispożizzjonijiet previsti f’din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, l-isem “Brillat-Savarin” jiġi ssupplimentat bit-terminu “matur”. Dan it-terminu jidher fl-istess kamp viżiv u jinkiteb b’karattri daqs nofs il-karattri tal-isem “Brillat-Savarin” jew ikbar, u jkunu iżgħar mill-karattri tal-isem “Brillat-Savarin”.

4.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika

L-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika li l-perimetru tagħha jkopri t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2025. Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Institut national de l’origine et de la qualité (l-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità).

Żona ġeografika: 13-il distrett

—

Id-Dipartiment tal-Aube:

Partijiet minn dawn id-distretti:

—

Troyes, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Auxon, Chamoy, Chessy-les-Prés, Coursan-en-Othe, Courtaoult, Les Croûtes, Davrey, Eaux-Puiseaux, Ervy-le-Châtel, Marolles-sous-Lignières, Montfey, Montigny-les-Monts, Racines, Saint-Phal, Villeneuve-au-Chemin, Vosnon.

—

Id-Dipartiment ta’ Côte-d’Or:

Distretti sħaħ: Beaune

Partijiet minn dawn id-distretti:

—

Dijon, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Agey, Ancey, Arcey, Aubigny-lès-Sombernon, Barbirey-sur-Ouche, Baulme-la-Roche, Blaisy-Bas, Blaisy-Haut, Bussy-la-Pesle, Drée, Échannay, Fénay, Gergueil, Gissey-sur-Ouche, Grenant-lès-Sombernon, Grosbois-en-Montagne, Mâlain, Mesmont, Montoillot, Prâlon, Remilly-en-Montagne, Saint-Anthot, Saint-Jean-de-Bœuf, Saint-Victor-sur-Ouche, Sainte-Marie-sur-Ouche, Savigny-sous-Mâlain, Sombernon, Verrey-sous-Drée, Vieilmoulin.

—

Montbart, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Aisy-sous-Thil, Alise-Sainte-Reine, Arnay-sous-Vitteaux, Arrans, Asnières-en-Montagne, Athie, Avosnes, Bard-lès-Époisses, Benoisey, Beurizot, Boussey, Boux-sous-Salmaise, Brain, Braux, Brianny, Buffon, Bussy-le-Grand, Champ-d'Oiseau, Champeau-en-Morvan, Champrenault, Charencey, Charigny, Charny, Chassey, Chevannay, Clamerey, Corpoyer-la-Chapelle, Corrombles, Corsaint, Courcelles-Frémoy, Courcelles-lès-Montbard, Courcelles-lès-Semur, Crépand, Dampierre-en-Montagne, Darcey, Dompierre-en-Morvan, Époisses, Éringes, Fain-lès-Montbard, Fain-lès-Moutiers, Flavigny-sur-Ozerain, Fontangy, Forléans, Fresnes, Frôlois, Genay, Gissey-le-Vieil, Gissey-sous-Flavigny, Grésigny-Sainte-Reine, Grignon, Hauteroche, Jailly-les-Moulins, Jeux-lès-Bard, Juillenay, Juilly, La Motte-Ternant, La Roche-en-Brenil, La Roche-Vanneau, Lacour-d'Arcenay, Lantilly, Le Val-Larrey, Lucenay-le-Duc, Magny-la-Ville, Marcellois, Marcigny-sous-Thil, Marcilly-et-Dracy, Marigny-le-Cahouët, Marmagne, Massingy-lès-Semur, Massingy-lès-Vitteaux, Ménétreux-le-Pitois, Millery, Missery, Molphey, Montbard, Montberthault, Montigny-Montfort, Montigny-Saint-Barthélemy, Montigny-sur-Armançon, Montlay-en-Auxois, Moutiers-Saint-Jean, Mussy-la-Fosse, Nan-sous-Thil, Nogent-lès-Montbard, Noidan, Normier, Pont-et-Massène, Posanges, Pouillenay, Précy-sous-Thil, Quincerot, Quincy-le-Vicomte, Roilly, Rougemont, Rouvray, Saffres, Saint-Andeux, Saint-Didier, Saint-Euphrône, Saint-Germain-de-Modéon, Saint-Germain-lès-Senailly, Saint-Hélier, Saint-Mesmin, Saint-Rémy, Saint-Thibault, Sainte-Colombe-en-Auxois, Salmaise, Saulieu, Seigny, Semur-en-Auxois, Senailly, Sincey-lès-Rouvray, Souhey, Source-Seine, Soussey-sur-Brionne, Thenissey, Thoisy-la-Berchère, Thorey-sous-Charny, Thoste, Torcy-et-Pouligny, Touillon, Toutry, Uncey-le-Franc, Velogny, Venarey-les-Laumes, Verrey-sous-Salmaise, Vesvres, Vic-de-Chassenay, Vic-sous-Thil, Vieux-Château, Villaines-les-Prévôtes, Villargoix, Villars-et-Villenotte, Villeberny, Villeferry, Villeneuve-sous-Charigny, Villy-en-Auxois, Viserny, Vitteaux.

—

Id-Dipartiment ta’ Saône-et-Loire:

Partijiet minn dawn id-distretti:

—

Autun, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Blanzy, Charmoy, Collonge-la-Madeleine, Couches, Créot, Dracy-lès-Couches, Épertully, Épinac, Essertenne, Le Breuil, Le Creusot, Les Bizots, Marmagne, Montcenis, Morlet, Perreuil, Saint-Berain-sous-Sanvignes, Saint-Émiland, Saint-Firmin, Saint-Gervais-sur-Couches, Saint-Jean-de-Trézy, Saint-Léger-du-Bois, Saint-Martin-de-Commune, Saint-Maurice-lès-Couches, Saint-Pierre-de-Varennes, Saint-Sernin-du-Bois, Saint-Symphorien-de-Marmagne, Saisy, Sully, Tintry, Torcy.

—

Chalon-sur-Saône, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Allerey-sur-Saône, Aluze, Bouzeron, Bragny-sur-Saône, Chagny, Chamilly, Change, Charnay-lès-Chalon, Chassey-le-Camp, Chaudenay, Cheilly-lès-Maranges, Clux-Villeneuve, Demigny, Dennevy, Dezize-lès-Maranges, Écuelles, Fontaines, Gergy, Les Bordes, Lessard-le-National, Longepierre, Mont-lès-Seurre, Navilly, Palleau, Paris-l'Hôpital, Pontoux, Remigny, Rully, Saint-Gervais-en-Vallière, Saint-Gilles, Saint-Léger-sur-Dheune, Saint-Loup-Géanges, Saint-Martin-en-Gâtinois, Saint-Sernin-du-Plain, Sampigny-lès-Maranges, Saunières, Sermesse, Toutenant, Verdun-Ciel, Verjux.

—

Id-Dipartiment ta’ Seine-et-Marne:

Partijiet minn dawn id-distretti:

—

Meaux, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Amillis, Chevru, Dagny, Dammartin-sur-Tigeaux, Hautefeuille, Marolles-en-Brie, Pézarches, Tigeaux, Touquin.

—

Torcy, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Gretz-Armainvilliers, Tournan-en-Brie, Villeneuve-le-Comte, Villeneuve-Saint-Denis.

—

Melun inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Chaumes-en-Brie, Courquetaine, Ozouer-le-Voulgis.

—

Provins, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Augers-en-Brie, Baby, Balloy, Bannost-Villegagnon, Bazoches-lès-Bray, Beauchery-Saint-Martin, Bernay-Vilbert, Beton-Bazoches, Bezalles, Boisdon, Bray-sur-Seine, Cerneux, Cessoy-en-Montois, Chalautre-la-Grande, Chalautre-la-Petite, Chalmaison, Champcenest, Chartronges, Châteaubleau, Châtenay-sur-Seine, Châtres, Chenoise-Cucharmoy, Choisy-en-Brie, Courchamp, Courpalay, Courtacon, Coutençon, Crèvecœur-en-Brie, Donnemarie-Dontilly, Égligny, Everly, Favières, Fontaine-Fourches, Fontains, Fontenay-Trésigny, Frétoy, Gastins, Gouaix, Gravon, Grisy-sur-Seine, Gurcy-le-Châtel, Hermé, Jaulnes, Jouy-le-Châtel, Jouy-sur-Morin, Jutigny, La Chapelle-Iger, La Chapelle-Moutils, La Chapelle-Rablais, La Chapelle-Saint-Sulpice, La Croix-en-Brie, La Ferté-Gaucher, La Houssaye-en-Brie, La Tombe, Le Plessis-Feu-Aussoux, Léchelle, Les Chapelles-Bourbon, Les Marêts, Les Ormes-sur-Voulzie, Lescherolles, Leudon-en-Brie, Liverdy-en-Brie, Lizines, Longueville, Louan-Villegruis-Fontaine, Luisetaines, Lumigny-Nesles-Ormeaux, Maison-Rouge, Marles-en-Brie, Meigneux, Meilleray, Melz-sur-Seine, Mons-en-Montois, Montceaux-lès-Provins, Montigny-le-Guesdier, Montigny-Lencoup, Montolivet, Mortcerf, Mortery, Mousseaux-lès-Bray, Mouy-sur-Seine, Nangis, Neufmoutiers-en-Brie, Noyen-sur-Seine, Paroy, Passy-sur-Seine, Pécy, Poigny, Presles-en-Brie, Provins, Rampillon, Rouilly, Rozay-en-Brie, Rupéreux, Saint-Barthélemy, Saint-Brice, Saint-Hilliers, Saint-Just-en-Brie, Saint-Loup-de-Naud, Saint-Mars-Vieux-Maisons, Saint-Martin-des-Champs, Saint-Martin-du-Boschet, Saint-Rémy-de-la-Vanne, Saint-Sauveur-lès-Bray, Saint-Siméon, Sainte-Colombe, Sancy-lès-Provins, Savins, Sigy, Sognolles-en-Montois, Soisy-Bouy, Sourdun, Thénisy, Vanvillé, Vaudoy-en-Brie, Vieux-Champagne, Villenauxe-la-Petite, Villeneuve-les-Bordes, Villiers-Saint-Georges, Villiers-sur-Seine, Villuis, Vimpelles, Voinsles, Voulton, Vulaines-lès-Provins.

—

Id-Dipartiment tal-Yonne:

Partijiet minn dawn id-distretti:

—

Auxerre, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Aigremont, Bassou, Beaumont, Beine, Bellechaume, Béru, Beugnon, Bonnard, Brienon-sur-Armançon, Butteaux, Carisey, Chablis, Chailley, Champlost, Charmoy, Chemilly-sur-Serein, Chemilly-sur-Yonne, Cheny, Chéu, Chichée, Chichery, Chitry, Courgis, Épineau-les-Voves, Esnon, Fleys, Fontenay-près-Chablis, Germigny, Gurgy, Hauterive, Héry, Jaulges, La Chapelle-Vaupelteigne, Laroche-Saint-Cydroine, Lasson, Lichères-près-Aigremont, Lignorelles, Ligny-le-Châtel, Maligny, Mercy, Méré, Migennes, Mont-Saint-Sulpice, Montigny-la-Resle, Neuvy-Sautour, Nitry, Ormoy, Paroy-en-Othe, Percey, Poilly-sur-Serein, Pontigny, Préhy, Rouvray, Saint-Cyr-les-Colons, Saint-Florentin, Seignelay, Sormery, Soumaintrain, Turny, Varennes, Venizy, Venouse, Vergigny, Villeneuve-Saint-Salves, Villiers-Vineux, Villy.

—

Avallon, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Aisy-sur-Armançon, Ancy-le-Franc, Ancy-le-Libre, Angely, Annay-la-Côte, Annay-sur-Serein, Annéot, Annoux, Argentenay, Argenteuil-sur-Armançon, Athie, Avallon, Beauvilliers, Bernouil, Bierry-les-Belles-Fontaines, Blacy, Bussières, Censy, Chassignelles, Chastellux-sur-Cure, Châtel-Gérard, Cheney, Collan, Coutarnoux, Cry, Cussy-les-Forges, Dannemoine, Dissangis, Domecy-sur-le-Vault, Dyé, Épineuil, Étaule, Étivey, Flogny-la-Chapelle, Fresnes, Fulvy, Girolles, Grimault, Guillon-Terre-Plaine, Island, Jouancy, Joux-la-Ville, Jully, Junay, L'Isle-sur-Serein, Lézinnes, Lucy-le-Bois, Magny, Marmeaux, Massangis, Menades, Môlay, Molosmes, Montréal, Moulins-en-Tonnerrois, Noyers, Nuits, Pacy-sur-Armançon, Pasilly, Perrigny-sur-Armançon, Pisy, Pontaubert, Précy-le-Sec, Provency, Quarré-les-Tombes, Ravières, Roffey, Saint-André-en-Terre-Plaine, Saint-Brancher, Saint-Germain-des-Champs, Saint-Léger-Vauban, Sainte-Colombe, Sainte-Magnance, Sainte-Vertu, Sambourg, Santigny, Sarry, Sauvigny-le-Beuréal, Sauvigny-le-Bois, Savigny-en-Terre-Plaine, Sermizelles, Serrigny, Stigny, Talcy, Tharot, Thizy, Thory, Tissey, Tonnerre, Tronchoy, Vassy-sous-Pisy, Vault-de-Lugny, Vézannes, Vézinnes, Villiers-les-Hauts, Vireaux, Viviers, Yrouerre.

—

Sens, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Arces-Dilo, Armeau, Bagneaux, Brion, Bussy-en-Othe, Bussy-le-Repos, Cérilly, Cerisiers, Champigny, Chaumont, Chaumot, Collemiers, Compigny, Cornant, Coulours, Courgenay, Courlon-sur-Yonne, Courtois-sur-Yonne, Cuy, Dixmont, Égriselles-le-Bocage, Étigny, Évry, Flacy, Foissy-sur-Vanne, Fontaine-la-Gaillarde, Fournaudin, Gisy-les-Nobles, Gron, La Chapelle-sur-Oreuse, La Postolle, Lailly, Les Bordes, Les Clérimois, Les Sièges, Les Vallées de la Vanne, Lixy, Maillot, Malay-le-Grand, Malay-le-Petit, Marsangy, Michery, Molinons, Nailly, Noé, Pailly, Paron, Passy, Perceneige, Piffonds, Plessis-Saint-Jean, Pont-sur-Vanne, Pont-sur-Yonne, Rosoy, Rousson, Saint-Agnan, Saint-Clément, Saint-Denis-lès-Sens, Saint-Martin-du-Tertre, Saint-Maurice-aux-Riches-Hommes, Saint-Sérotin, Saligny, Sens, Serbonnes, Sergines, Soucy, Subligny, Thorigny-sur-Oreuse, Vaudeurs, Vaumort, Véron, Villeblevin, Villechétive, Villemanoche, Villenavotte, Villeneuve-l'Archevêque, Villeneuve-la-Guyard, Villeneuve-sur-Yonne, Villeperrot, Villethierry, Villiers-Louis, Vinneuf, Voisines.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta bejn il-“Brillat-Savarin” u ż-żona ġeografika tiegħu hija bbażata fuq il-kwalità u r-reputazzjoni tiegħu.

Iż-żona ġeografika hija firxa ta’ art bejn it-Tramuntana tad-dipartiment ta’ Saône-et-Loire u ta’ Seine-et-Marne, li tikkonsisti minn territorju li fih il-produzzjoni ta’ ġobnijiet tal-baqta tat-tip lattiku arrikkit bix-xaħam u possibilment miksija b’qoxra bil-moffa, ilha ssir għal iktar minn ħamsin sena.

L-oriġini tal-produzzjoni tal-ġobon artab magħmul minn baqta predominantement lattika fiż-żona ġeografika tmur lura għaż-żmien medjevali meta din it-teknika kienet adattata b’mod partikolari għall-istil tal-ħajja fl-Abbaziji Ċisterċensi.

Matul is-sekli 17 u 18, is-sengħa ta’ din it-teknoloġija lattika bbażata fuq ħin twil għat-tbaqqit u fuq proċess ta’ tqattir spontanju tal-baqta, infirxet fi rziezet iddedikati għall-polikultura u għat-trobbija tal-annimali, fejn minħabba l-għadd kbir u varjat ta’ xogħol agrikolu kien jibqa’ ftit ħin biex in-nisa tal-bdiewa jiffukaw fuq il-produzzjoni tal-ġobnijiet, li kienet taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Mis-seklu 19, fiż-żona ġeografika żviluppaw prattiki ta’ arrikkiment tal-ħalib bix-xaħam biż-żieda tal-krema tal-ħalib.

Fir-reġjun ta’ Brie, fil-parti tat-Tramuntana taż-żona ġeografika, dawn il-prattiki joriġinaw mill-krema żejda mill-produzzjoni tal-ġobnijiet b’ismijiet omonomi (“L’art de faire le beurre et les meilleurs fromages”, Anderson, 1833). Min-naħa l-oħra, aktar ’l isfel fil-parti ta’ Bourgogne taż-żona ġeografika, il-produzzjoni tal-krema kienet nieqsa minħabba l-prattiki tal-iproċessar tal-ħalib sħiħ, u din it-teknoloġija setgħet tiżviluppa biss bis-saħħa tad-disponibbiltà tal-krema fir-reġjuni ġirien li kellhom iż-żejjed xaħam.

Il-“Brillat-Savarin” għandu pejst omoġenju. Joffri l-karatteristika ta’ sawra partikolarment kremuża u omoġenja meta jitqiegħed fil-ħalq. Fih ukoll togħma kemm kemm aċiduża b’togħma lattika qawwija kif ukoll finezza fil-konsistenza tal-pejst. Il-kwalitajiet olfattivi huma ddominati minn togħmiet ta’ krema friska jew butir frisk.

Din il-kwalità hija assoċjata ma’ teknoloġija partikolarment diffiċli biex tiġi implimentata fi kwantità kbira, u l-għarfien kollettiv tagħha għadu sal-lum miżmum mill-fabbriki tal-ġobon li jipproduċu l-“Brillat-Savarin” li llum jinsabu fiż-żona ġeografika.

Il-produzzjoni ta’ dan il-ġobon tirrikjedi ħiliet speċjali li jgħaqqdu b’mod sottili l-għarfien tat-teknoloġija lattika u dak tal-arrikkiment bix-xaħam. Qabel il-proċess tat-tames, ikun hemm fażi ta’ maturazzjoni twila tal-ħalib f’temperatura limitata mmirata għall-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ aċidifikazzjoni sodisfaċenti. Din tagħti lill-“Brillat-Savarin” l-aromi karatteristiċi tiegħu ta’ krema jew ta’ butir frisk.

Il-bilanċ li jintlaħaq bejn il-koalugazzjoni enżimatika u l-aċidu jwassal għall-produzzjoni ta’ baqta demineralizzata sew u għalhekk fraġli ħafna, tant li wieħed għandu joqgħod attent li ma jaqsamhiex. Iż-żieda tax-xaħam twassal biex il-baqta żżomm iktar ilma, u dan inaqqas il-koeżjoni tagħha u jagħmilha iktar fraġli. Il-kisba ta’ baqta lattika tagħti lill-ġobon togħma kemxejn aċiduża b’togħma lattika qawwija u finezza kbira fil-konsistenza tal-pejst. Il-kontenut għoli ta’ xaħam jagħtih is-sawra kremuża u s-sensazzjoni żejtnija tiegħu fil-palat, iżda jżid tajjeb ħafna wkoll l-aromi karatteristiċi tal-“Brillat-Savarin”.

Is-sengħa ta’ kif wieħed jagħmel l-operazzjonijiet delikati tat-tqattir u tat-tnixxif tiżgura l-preservazzjoni tal-karattru lattiku li wieħed itiegħem, tas-sawra kremuża u omoġjena tal-pejst, iżda wkoll tal-ksib tal-forma regolari u ċilindrika bil-ġnub dritti u bl-uċuħ ċatti tal-“Brillat-Savarin”.

Barra minn hekk, dawn il-proċessi jippermettu li jkun hemm biżżejjed ilma biex jiżviluppaw il-fermenti tal-maturazzjoni, jekk din tkun mixtieqa.

Tingħata attenzjoni speċifika matul il-maturazzjoni, meta din issir, bħal meta l-ġobnijiet jiġu mdawra u magħżula, kif ukoll l-adattament tal-kundizzjonijiet tal-ventilazzjoni u tat-temperatura tal-post, u dawn l-operazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati skont il-karatteristiċi ta’ kull lott differenti li jiġi prodott. Meta jiġi mmaturat, il-“Brillat-Savarin” ikollu qoxra bajda fl-avorju, regolari u mingħajr difetti, miksija bil-flora tal-wiċċ iffurmat minn moffa superfiċjali. Jiżviluppa aromi ta’ faqqiegħ, ta’ veġetazzjoni tal-bosk u ta’ frott u ġellewż.

Ir-reputazzjoni tal-“Brillat-Savarin” hija r-riżultat tas-suċċess kummerċjali fil-bidu tas-snin 30. Kien Henry Androuët, staġunatur tal-ġobon minn Pariġi ta’ fama internazzjonali, li ta dan l-isem lill-ġobon bħala omaġġ lill-maġistrat famuż, Anthelme Brillat-Savarin, l-awtur tal-ktieb “Physiologie du Goût” ippubblikat fl-1830.

Il-produtturi tal-ġobon li jinsabu fiż-żona ġeografika, li storikament għandhom l-għarfien espert fil-produzzjoni tal-ġobon magħmul mill-baqta lattika b’arrikkiment bil-krema, ilhom mis-snin 60 jikkummerċjalizzaw il-ġobnijiet tagħhom bl-isem “Brillat-Savarin”. Produttur tal-ġobon li jinsab f’Côte d’Or ġie ppremjat għall-“Brillat-Savarin” matur tiegħu b’żewġ midalji tad-deheb u tal-fidda fl-1976 fil-Concours Général Agricole. Dan l-avveniment għamel ħoss kbir fil-midja lokali.

Iż-żieda fil-produzzjoni tal-“Brillat-Savarin” mis-snin 70 ’l hawn tista” tiġi spjegata permezz tas-suċċess li kellu mal-konsumaturi fi Franza, kif ukoll fil-bqija tad-dinja. Fil-fatt, madwar 30 % tal-produzzjoni tiġi esportata, primarjament lejn il-Ġermanja, il-Belġju, l-Ingilterra u l-Amerika ta’ Fuq.

Dan l-aħħar, il-“Brillat-Savarin” beda jinbiegħ fil-ħwienet self-service sabiex jilħaq kemm jista’ jkun nies, filwaqt li qabel kien jinbiegħ l-iktar fil-katina ta’ distribuzzjoni tradizzjonali. Għalhekk, igawdi minn reputazzjoni tajba fost min jifhem, li jqisuh bħala ġobon prestiġġjuż għall-karatteristiċi organolettiċi u l-finezza kbira tiegħu.

L-aqwa ristoranti gastronomiċi reġjonali joffruh sistematikament fuq il-menù tagħhom. Ristoranti famużi bħal “Bernard Loiseau” f’Saulieu fil-Côte-d’Or u “Lameloise” f’Chagny f’Saône-et-Loire, jenfasizzaw li l-“klijenti japprezzaw b’mod partikolari s-sawra kremuża tiegħu”.

Skont Hervé Mons, staġunatur tal-ġobon ta’ reputazzjoni eċċellenti fid-dipartiment tal-Loire u li ngħata t-titlu ta’ “Meilleur Ouvrier de France” fis-sena 2000, “il-karatteristiċi organolettiċi (tal-Brillat-Savarin) huma tabilħaqq interessanti … Il-klijenti japprezzaw dan il-ġobon minħabba s-sensazzjoni żejtnija tiegħu fil-palat, il-finezza tal-pejst u t-togħma bbilanċjata u pjuttost ta’ butir”.

Fl-aħħar, Rodolphe Le Meunier, li huwa wkoll staġunatur tal-ġobon li ngħata t-titlu ta’ “Meilleur Ouvrier de France” fl-2007, saħaq li l-“Brillat-Savarin” huwa “… ġobon … li jintalab b’mod regolari … delikat u fin, li jissodisfa l-palat ta’ ħafna klijenti”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-ca8f94fb-9cda-4bde-b402-c31fbe474ff3/telechargement


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6086/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)