|
14.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/6 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2012/C 346/06
F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
18.10.2012 |
|
Tul ta’ żmien |
18.10.2012-31.12.2012 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
ALF/3X14- |
|
Speċi |
Alfonsinos (Beryx spp.) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta’ referenza |
FS65DSS |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.