02017R1836 — MT — 11.10.2017 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1836 tal-10 ta' Ottubru 2017 (ĠU L 261 11.10.2017, p. 1) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1836
tal-10 ta' Ottubru 2017
li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 3(2), is-seba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Il-Parti VII tal-Anness II għandha tinkludi l-prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi konvenzjonali, skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2371 (2017).”;
fl-Artikolu 3(2), jiddaħħal it-test li ġej wara s-seba' subparagrafu:
“Il-Parti VIII tal-Anness II għandha tinkludi l-prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi tal-qerda massiva, skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2375 (2017).
Il-Parti IX tal-Anness II għandha tinkludi l-prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi konvenzjonali, skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2375 (2017).”;
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:
“Artikolu 16c
Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta' kondensati u likwidi tal-gass naturali, kif elenkati fl-Anness XIc, lir-RDPK.
Artikolu 16d
Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta' kull prodott petrolifiku raffinat, kif elenkati fl-Anness XId, lir-RDPK.
Artikolu 16e
B'deroga mill-Artikolu 16d, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tranżazzjonijiet ta' prodotti petrolifiċi raffinati li jkun determinat li huma esklużivament għal skopijiet tal-għajxien taċ-ċittadini tar-RDPK, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
it-tranżazzjoni ma tkunx tinvolvi individwi jew entitajiet li huma assoċjati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017) jew 2375 (2017), inklużi l-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness XIII, jew individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, direttament jew indirettament, jew individwi jew entitajiet li jgħinu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet;
it-tranżazzjoni ma tkunx relatata mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew tal-missili ballistiċi tar-RDPK jew ma' attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017) jew 2375 (2017);
il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx innotifika lill-Istati Membri li jkun intlaħaq 90 % tal-limitu aggregat annwali; u
l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bl-ammont tal-esportazzjoni u bl-informazzjoni lill-partijiet kollha fit-tranżazzjoni kull 30 jum.
Artikolu 16f
Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta' żejt mhux raffinat, kif elenkati fl-Anness XIe, lir-RDPK.
Artikolu 16g
B'deroga mill-Artikolu 16f, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tranżazzjonijiet ta' żejt grezz li jkun determinat li huma esklużivament għal skopijiet ta' għajxien, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
►C1 it-tranżazzjonijiet ma jkunux relatati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew ◄ ma' attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017), 2371 (2017) jew 2375 (2017); u
l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mingħand il-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-każ individwali.
Artikolu 16h
Għandhom ikunu pprojbiti l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, mir-RDPK, ta' tessili, kif elenkati fl-Anness XIf, kemm jekk ikunu joriġinaw mir-RDPK kif ukoll jekk le.
Artikolu 16i
B'deroga mill-Artikolu 16h, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment ta' tessili sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2017, sakemm:
l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment ikun dovut bis-saħħa ta' kuntratt bil-miktub li jkun sar qabel il-11 ta' Settembru 2017; u
l-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bid-dettalji ta' tali importazzjoni, xiri jew trasferiment mhux aktar tard mill-24 ta' Jannar 2018.
l-Artikolu 17(2)(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a) l-istabbiliment, iż-żamma jew l-operazzjoni ta' impriża konġunta jew ta' entità kooperattiva ma', jew it-teħid jew l-għoti ta' interessi titolari, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ jew l-akkwist ta' ishma u titoli oħrajn ta' natura parteċipattiva fi, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1;”;
fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej:
l-Artikolu 17a huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 17a
jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 17b
B'deroga mill-Artikolu 17(3), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tali impriża konġunta jew entità kooperattiva biex tibqa' operattiva, sakemm l-Istat Membru jkun akkwista l-approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-każ individwali.”;
l-Artikolu 34(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:
l-Artikolu 34(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:
L-Anness XIV għandu jinkludi l-bastimenti li jkunu ġew determinati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 2321 (2016), u l-paragrafu 8 tal-UNSCR 2375 (2017).
L-Anness XV għandu jinkludi persuni, entitajiet u korpi mhux elenkati fl-Annessi XIII u XIV li, f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, jew kwalunkwe dispożizzjoni ekwivalenti sussegwenti, ikunu ġew identifikati mill-Kunsill bħala:
responsabbli minn, anki permezz ta' sostenn jew promozzjoni, programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew persuni, entitajiet jew korpi li jkunu qegħdin jaġixxu f'isimhom, jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew persuni, entitajiet jew korpi proprjetà tagħhom, jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' meżżi illeċti;
li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, matul jew mit-territorju tal-Unjoni, jew li jinvolvu ċittadini ta' Stati Membri jew entitajiet organizzati taħt il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew strumenti finanzjarji fit-territorju tal-Unjoni, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew ta' tip ieħor jew riżorsi li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva, jew persuni, entitajiet jew korpi proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom; jew
li jkunu involti fi, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, il-provvista lejn jew mir-RDPK ta' armamenti u materjal relatat ta' kull tip, jew ta' oġġetti, materjali, apparat, prodotti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva.”;
fl-Artikolu 39(1), il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(g) li huwa elenkat taħt l-Anness XIV jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun speċifika hekk.”;
fl-Artikolu 40, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
l-Artikolu 43(d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d) ir-reġistrazzjoni jew iż-żamma fuq ir-reġistru ta' kwalunkwe bastiment li huwa proprjetà, kkontrollat jew operat mir-RDPK jew minn ċittadini tar-RDPK, jew li jkun ġie dereġistrat minn Stat ieħor skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 2321 (2016) jew il-paragrafu 8 tal-UNSCR 2375 (2017); jew”;
jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 44a
Għandu jkun ipprojbit li jiġu ffaċilitati, jew li jsiru, trasferimenti minn vapur għall-ieħor, lejn jew minn kwalunkwe bastiment li jkun qiegħed iġorr il-bandiera tar-RDPK, ta' kwalunkwe oġġetti jew prodotti li jkunu qegħdin jinbiegħu, forniti, trasferiti jew esportati lejn jew mir-RDPK.”;
l-Artikolu 45 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 45
B'deroga mill-projbizzjonijiet li joħorġu mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2070 (2016), 2321 (2016), 2356 (2016), 2371 (2017) jew 2375 (2017), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kwalunkwe attività jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, skont il-każ individwali, li jkunu neċessarji sabiex jiffaċilitaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi li jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet ta' assistenza u ta' salvataġġ fir-RDPK għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili fir-RDPK jew għal xi skop ieħor konsistenti mal-objettivi ta' dawn ir-riżoluzzjonijiet.”;
fl-Artikolu 46, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) temenda l-Partijiet II, III, IV, V, VI, VII, VIII u IX of Annex II and Annexes VI, VII, IX, X, XI, Xia, XIb, XIc, XId, XIe and XIf abbażi ta' determinazzjonijiet li jkunu saru jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-KSNU u li jiġu aġġornati l-kodiċi tan-nomenklatura min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87;”;
l-Anness II jiġi emendat f'konformità mal-Anness I għal dan ir-Regolament;
l-Anness V jiġi emendat f'konformità mal-Anness II għal dan ir-Regolament;
l-Anness XIa jiġi emendat f'konformità mal-Anness III għal dan ir-Regolament;
l-Anness XIb jiġi emendat f'konformità mal-Anness IV għal dan ir-Regolament.
l-Anness XIc jiddaħħal f'konformità mal-Anness V għal dan ir-Regolament;
l-Anness XId jiddaħħal f'konformità mal-Anness VI għal dan ir-Regolament;
l-Anness XIe jiddaħħal f'konformità mal-Anness VII għal dan ir-Regolament;
l-Anness XIf jiddaħħal f'konformità mal-Anness VIII għal dan ir-Regolament;
l-Anness XIV huwa sostitwit bl-Anness IX għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
1. Il-Parti VII tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa sostitwit kif ġej:
“PARTI VII
Prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi konvenzjonali, skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2371 (2017).”;
2. il-partijiet li ġejjin jiżdiedu mal-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/1509:
“PARTI VIII
Prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi tal-qerda massiva, skont il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2375 (2017).
PARTI IX
Prodotti, materjali, apparat, oġġetti u teknoloġija ddeżinjati konnessi mal-armi konvenzjonali, skont il-paragrafu 5 tal-UNSCR 2375 (2017).”
ANNESS II
Fl-Anness V għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-entrata għal “2704 00 10 ” hija sostitwita b'dan li ġej:
|
“2704 |
Kokk u semi-kokk tal-faħam, ta' lignite jew tal-pit, mgħaqqad jew le; karbonju tal-istorta” |
ANNESS III
Fl-Anness XIa għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-entrata għal “ex 1902 20 30 ” titħassar.
ANNESS IV
Fl-Anness XIb għar-Regolament (UE) 2017/1509, il-kliem “Ċomb u ċomb mhux maħdum imsemmija fl-Artikolu 16c” huwa sostitwiti bi “Ċomb u ċomb mhux maħdum msemmija fl-Artikolu 16b”.
ANNEX V
“ANNESS XIc
Kondensati u likwidi tal-gass naturali li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 16c
NOTA TA' SPJEGAZZJONI
Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati b'leġiżlazzjoni sussegwenti.
|
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
|
2709 00 10 |
Kondensati ta' gass naturali |
|
2711 11 |
Gass naturali likwifikat” |
ANNESS VI
“ANNESS XId
Prodotti petrolifiċi raffinati li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 16d
NOTA TA' SPJEGAZZJONI
Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġiżlazzjoni sussegwenti.
|
|
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
|
|
2707 |
Żjut u prodotti oħrajn mid-distillazzjoni ta' qatran tal-faħam f'temperatura għolja; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak kostitwenti mhux aromatiċi |
|
|
2710 |
Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; żjut għar-rimi |
|
|
2711 |
Gassijiet minerali (petroleum) u idrokarbonji oħrajn bil-gass |
|
|
|
Vażelina; xema' bajda (tal-parafina), xema' taż-żejt minerali (petroleum) mikrokristallina, xema' slack, ożoċerita, xema' lignite, xema' tal-pit, xemgħat oħrajn minerali, u prodotti simili miksubin b'sintesi jew bi proċessi oħrajn, ikkuluriti jew le |
|
|
2712 10 |
– Vażelina |
|
|
2712 20 |
– Xema' bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż |
|
Ex |
2712 90 |
– Oħrajn barra vażelina u xema' bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż |
|
|
2713 |
Kokk taż-żejt minerali (petroleum), qatran taż-żejt minerali (petroleum) u fdalijiet oħrajn ta' żjut minerali (petroleum) jew ta' żjut miksubin minn minerali bituminużi |
|
Ex |
2714 |
Qatran u asfalt, naturali; “shale” tal-qatran jew taż-żejt u ramel taż-żift; asfaltiti u blat asfaltiku |
|
Ex |
2715 |
Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta' żejt minerali (petroleum), fuq żift minerali jew fuq qatran (tar pitch) minerali (per eżempju, gomom/siment bituminużi, “cut-backs”) |
|
|
|
Preparazzjonijiet għal lubrikar (inklużi preparazzjonijiet ta' żejt għal qtugħ, preparazzjonijiet biex jerħu boltijiet u skorfini, preparazzjonijiet kontra s-sadid jew kontra l-korrużjoni u preparazzjonijiet li jerħu l-moffa, ibbażati fuq lubrikanti) u preparazzjonijiet ta' tip użati għat-trattament biż-żejt jew bil-grass ta' materjali tessili, ġlud, ferijiet jew materjali oħrajn, iżda esklużi preparazzjonijiet li fihom, bħala kostitwenti bażiċi, 70 % jew aktar bil-piż ta' żjut minerali (petroleum) jew ta' żjut miksubin minn minerali bituminużi |
|
|
|
– Li fihom żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi |
|
|
3403 11 |
– – Preparazzjonijiet għat-trattament ta' materjali tessili, ġlud, ferijiet u materjali oħrajn |
|
|
3403 19 |
– – Oħrajn barra preparazzjonijiet għat-trattament ta' materjali tessili, ġlud, ferijiet u materjali oħrajn |
|
|
|
– Oħrajn barra dawk li fihom żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi |
|
Ex |
3403 91 |
– – Preparations for the treatment of textile materials, leather, furskins or other materials |
|
Ex |
3403 99 |
– – Oħrajn barra preparazzjonijiet għat-trattament ta' materjali tessili, ġlud, ferijiet u materjali oħrajn |
|
|
|
– – – – – Prodotti jew preparazzjonijiet kimiċi, komposti predominentement minn compounds organiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra |
|
Ex |
3824 99 92 |
– – – – – – Fil-forma ta likwidu f'20 °C |
|
Ex |
3824 99 93 |
– – – – – – Oħrajn |
|
Ex |
3824 99 96 |
– – – – – Oħrajn |
|
|
|
Bijodiżil jew taħlit tiegħu, li ma jkunx fih jew ikun fih anqas minn 70 % skont il-piż ta' żejt (petroleum) jew żjut li jinkisbu minn minerali bituminużi |
|
|
3826 00 10 |
– Esteri mono-alkali ta' aċti xaħmin li fihom 96,5 % jew aktar bil-volum ta' esteri (FAMAE) |
|
|
3826 00 90 |
– Oħrajn” |
ANNEX VII
“ANNESS XIe
Żejt grezz li ssir referenza għalih fl-Artikolu 16f
NOTA TA' SPJEGAZZJONI
Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġiżlazzjoni sussegwenti.
|
|
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
|
|
2709 00 90 |
Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati, barra minn kondensati tal-gass naturali” |
ANNESS VIII
“ANNESS XIf
Tessili li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 16h
NOTA TA' SPJEGAZZJONI
Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġiżlazzjoni sussegwenti.
|
Kapitolu |
Deskrizzjoni |
|
50 |
Ħarir |
|
51 |
Suf, xagħar fin jew aħrax ta' annimali; ħjut u drapp minsuġ minn krin |
|
52 |
Qoton |
|
53 |
Fibri oħrajn ta' tessuti veġetali; ħajt tal-karta u drappijiet minsuġin tal-ħajt tal-karta |
|
54 |
Filamenti magħmulin mill-bniedem; strixxi u oġġetti simili ta' materjali tessili magħmulin mill-bniedem |
|
55 |
Fibri magħmulin mill-bniedem ta' qisien ta' qosor predeterminat (staple) |
|
56 |
Wadding, feltru u materjali mhux minsuġin; ħjut speċjali; spag, ċwiemi, ħbula u kejbils u oġġetti magħmulin minnhom |
|
57 |
Twapet u kisi tal-art ieħor ta' tessuti |
|
58 |
Drappijiet minsuġin speċjali; drappijiet ta' tessuti bil-bżiebeż bizzilla; tapizzeriji; aċċessorji; rakkmu |
|
59 |
Drappijiet tessili mimlijin, miksijin, mgħottijin jew illaminati; oġġetti tat-tessuti tat-tip addattat għall-użu industrijali: |
|
60 |
Drappijiet maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted) |
|
61 |
Oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted): |
|
62 |
Oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |
|
63 |
Oġġetti oħra manufatturati ta' tessuti; settijiet; ħwejjeġ li jintlibsu u oġġetti ta' tessuti li jintlibsu; ċraret” |
ANNESS IX
Fl-Anness XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509, l-kliem “Il-bastimenti msemmija fl-Artikolu 34(2) u l-punt (g) tal-Artikolu 39(1)” huma sostitwiti bil-kliem “Il-bastimenti msemmija fl-Artikolu 34(2) u l-punt (g) tal-Artikolu 39(1) u l-miżuri applikabbli kif speċifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet”.