|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5268 |
9.10.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12475 – AMPLIFON / GN HEARING)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5268)
1.
Fl-1 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Amplifon S.p.A. (“Amplifon”, l-Italja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Ms. Susan Carol Holland, |
|
— |
GN Hearing A/S (“GN Hearing”, id-Danimarka), esklussivament ikkontrollata minn GN Store Nord A/S. |
Amplifon se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ GN Hearing.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Amplifon tispeċjalizza fid-distribuzzjoni bl-imnut, l-installazzjoni u l-personalizzazzjoni ta’ hearing aids u servizzi relatati ta’ kura tas-smigħ, |
|
— |
GN Hearing huwa manifattur globali u distributur bl-ingrossa ta’ hearing aids, b’bejgħ, l-aktar barra miż-ŻEE, f’aktar minn 100 pajjiż madwar id-dinja taħt marki proprjetarji. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12475 — AMPLIFON / GN HEARING
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5268/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)