12003T026



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0040 - 0041


Artikolu 26

1. Għall-perijodu sal- 31 ta' Ottubru 2004, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin:

(a) fir-rigward ta' l-Artikolu 205(2) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 118(2) tat-Trattat ta' l-Euratom:

Meta l-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, il-voti tal-membri tiegħu għandhom jiġu peżati kif ġej:

Il-Belġju | 5 |

Ir-Repubblika Ċeka | 5 |

Id-Danimarka | 3 |

Il-Ġermanja | 10 |

L-Estonja | 3 |

Il-Greċja | 5 |

Spanja | 8 |

Franza | 10 |

L-Irlanda | 3 |

L-Italja | 10 |

Ċipru | 2 |

Il-Latvja | 3 |

Il-Litwanja | 3 |

Il-Lussemburgu | 2 |

L-Ungerija | 5 |

Malta | 2 |

L-Olanda | 5 |

L-Awstrija | 4 |

Il-Polonja | 8 |

Il-Portugall | 5 |

Is-Slovenja | 3 |

Is-Slovakkja | 3 |

Il-Finlandja | 3 |

L-Isvezja | 4 |

Ir-Renju Unit | 10 |

(b) fir-rigward tat-tieni u t-tielet sub-paragrafi ta' l-Artikolu 205(2) tat-Trattat tal-KE u ta' l-Artikolu 118(2) tat-Trattat ta' l-Euratom:

Biex jiġu adottati, l-atti tal-Kunsill jeħtieġu mill-inqas:

- 88 vot favur meta dan it-Trattat jeżiġi li dawn ikunu adottati abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni,

- fil-każijiet l-oħra, 88 vot favur, espress mill-anqas minn żewġ-terzi tal-membri,

(ċ) fir-rigward tat-tieni sentenza tat-tielet sub-paragrafu ta' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat ta' l-UE:

Biex jiġu adottati, id-deċiżjonijiet għandhom jeħtieġu mill-anqas 88 vot favur, espress mill-anqas minn żewġ-terzi tal-membri.

(d) fir-rigward ta' l-Artikolu 34(3) tat-Trattat ta' l-UE:

Meta l-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, il-voti tal-membri għandhom ikunu peżati kif stipulat fl-Artikolu 205(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u sabiex jiġu adottati l-atti tal-Kunsill għandhom jeħtieġu mill-inqas 88 vot favur, espress mill-inqas minn żewġ-terzi tal-membri.

2. F'każ li inqas minn għaxar Stati Membri ġodda jaderixxu ma' l-Unjoni, il-limitu għall-maġġoranza kwalifikata għall-perijodu sal- 31 ta' Ottubru 2004 għandu jiġi ffissat permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill sabiex iqarreb kemm jista' jkun għal 71,26 % tan-numru totali ta' voti.

--------------------------------------------------