|
3.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/725
tal-31 ta’ Marzu 2023
li jemenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għaċ-Ċilì, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam u ta’ prodotti ġerminali tal-pollam u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa u prodotti tal-laħam mill-ungulati, mil-pollam u mill-għasafar tal-kaċċa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew minn kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, mill-kompartimenti tagħhom, iridu jkunu f’konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni rispettivament ta’ konsenji ta’ pollam, ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa u ta’ prodotti tal-laħam mill-ungulati, mil-pollam u mill-għasafar tal-kaċċa. |
|
(5) |
Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam fil-provinċji ta’ Nova Scotia (1) u Ontario (2), il-Kanada, li ġew ikkonfermati bejn it-3 ta’ Marzu 2023 u l-14 ta’ Marzu 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(6) |
Iċ-Ċilì nnotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam fir-Reġjun ta’ O’Higgins, iċ-Ċilì, li ġiet ikkonfermata fit-12 ta’ Marzu 2023 minn analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(7) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam fil-kontea ta’ Cumbria, l-Ingilterra, ir-Renju Unit, u din ġiet ikkonfermata fl-10 ta’ Marzu 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(8) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 22 tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam fl-istati ta’ Florida (1), Pennsylvania (20) u South Dakota (1), l-Istati Uniti, li ġew ikkonfermati bejn it-3 ta’ Marzu 2023 u t-23 ta’ Marzu 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR). |
|
(9) |
Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, taċ-Ċilì, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ta’ kontroll ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(10) |
Il-Kanada, iċ-Ċilì, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ssottomettew l-informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jipprevjenu li l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, u biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni, jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, taċ-Ċilì, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti minħabba t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja. |
|
(11) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li t-trattament tal-mitigazzjoni tar-riskju D, f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, ikun meħtieġ għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam minn pollam u għasafar tal-kaċċa miż-żoni affettwati taċ-Ċilì definiti taħt “CL-2” fil-Parti 2 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. |
|
(12) |
Barra minn hekk, il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ tmien tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tal-pollam fil-provinċji ta’ British Columbia (6), Ontario (1) u Saskatchewan (1), il-Kanada li ġew ikkonfermati bejn is-27 ta’ Ottubru 2022 u s-6 ta’ Jannar 2023. |
|
(13) |
Barra minn hekk, ir-Renju Unit ressaq informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu fir-rigward ta’ 14-il tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fi stabbilimenti tal-pollam fil-kontej ta’ Cambridgshire, (1), Essex (1), Norfolk (2) North Yorkshire (4) Suffolk (1) u Yorkshire (2) fl-Ingilterra, fir-Renju Unit, u fiż-żoni tal-kunsill ta’ Dumfries u Galloway (1) Moray (1) u Perth and Kinross (1) fl-Iskozja, ir-Renju Unit, li ġew ikkonfermati bejn l-21 ta’ Awwissu 2022 u s-27 ta’ Jannar 2023. |
|
(14) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti ssottemettew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom b’rabta ma’ 22 tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tal-pollam fl-istati ta’ California (2), Colorado (2), Indiana (1), Iowa (4), Kansas (3), Maryland (1), Minnesota (2), Missouri (2), South Dakota (2), Texas (1) Washington (1) and Wisconsin (1), l-Istati Uniti, li ġew ikkonfermati bejn l-1 ta’ Settembru 2022 u t-8 ta’ Frar 2023. |
|
(15) |
Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ssottomettew ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu li l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tkompli tinxtered. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat ta’ dik il-marda, il-Kanada u r-Renju Unit u l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħhom. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mill-Kanada, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti, u kkonkludiet li t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fl-istabbilimenti tal-pollam ġew ikklerjati u ma għadx hemm riskju assoċjat mad-dħul fl-Unjoni ta’ komoditajiet tal-pollam miż-żoni tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti minn fejn id-dħul fl-Unjoni tal-komoditajiet tal-pollam kien ġie sospiż wara dawk it-tifqigħat. |
|
(17) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. |
|
(18) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fiċ-Ċilì, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru għall-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
|
(19) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/462 (4) emenda l-Anness V u l-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 billi żied data tal-ftuħ fir-ringiela US-2.251 fl-entrata għall-Istati Uniti fl-Anness V u fl-Anness XIV. Peress li nstab żball rigwardanti ż-żona li għandha tifetaħ, jenħtieġ li r-ringiela għaż-żona US-2.251 fl-Annessi V u XIV jiġu kkoreġuti kif xieraq. Jenħtieġ li din il-korrezzjoni tapplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/426. |
|
(20) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
1. Fl-Anness V, fit-Taqsima B tal-Parti 1, fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.251 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“US L-Istati Uniti |
US-2.251 |
BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 |
N, P1 |
|
2.9.2022”; |
|
2. Fl-Anness XIV, fit-Taqsima B tal-Parti 1, fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.251 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
“US L-Istati Uniti |
US-2.251 |
POU, RAT |
N, P1 |
|
2.9.2022 |
|
|
GBM |
P1 |
|
2.9.2022”; |
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mis-7 ta’ Marzu 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/462 tat-2 ta’ Marzu 2023 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L 68 6.3.2023, p.4).
ANNESS
L-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness XIV huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness XV huwa emendat kif ġej
|