|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2395 |
3.10.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2395
tat-2 ta’ Ottubru 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2059 fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti oġġetti ta’ oriġini mhux mill-annimali fil-lista tal-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023 dwar regoli speċifiċi relatati mad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit ta’ ċerti kunsinni ta’ oġġetti bl-imnut, pjanti għat-tħawwil, patata taż-żrigħ, makkinarju u ċertu vetturi mħaddma għal skopijiet agrikoli jew ta’ forestrija, kif ukoll movimenti mhux kummerċjali ta’ ċerti annimali tad-dar lejn l-Irlanda ta’ Fuq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4), il-punt (a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1231 jistabbilixxi regoli speċifiċi relatati ma’, fost l-oħrajn, id-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit ta’ kunsinni ta’ ċerti oġġetti bl-imnut għall-introduzzjoni fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq għall-konsumatur finali, inkluż regoli speċifiċi għal kunsinni ta’ oġġetti bl-imnut mill-bqija tad-dinja. |
|
(2) |
B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2023/1231 jipprevedi li l-oġġetti bl-imnut mill-bqija tad-dinja li jikkonsistu minn prodotti bażiċi li joriġinaw mill-annimali jew mill-pjanti jew minn prodotti komposti soġġetti għar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali jew is-saħħa tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punti (d), (e) u (g), tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“il-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja”) jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2023/1231 biss jekk ir-Renju Unit jipprovdi evidenza bil-miktub li l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni u r-rekwiżiti tal-kontrolli uffiċjali previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 (3), (UE) 2016/429 (4) u (UE) 2016/2031 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-Regolament (UE) 2017/625, u fl-atti tal-Kummissjoni adottati skont dawk ir-Regolamenti japplikaw għall-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja skont id-dritt nazzjonali tar-Renju Unit, u jekk dawk il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni u r-rekwiżiti tal-kontrolli uffiċjali jiġu implimentati b’mod effettiv mir-Renju Unit. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2059 (6) jistabbilixxi l-lista tal-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja, li bħalissa telenka oġġetti li joriġinaw mill-annimali, fl-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittri bid-data tal-4 u s-7 ta’ Settembru u tal-1 ta’ Ottubru 2023, ir-Renju Unit jipprovdi l-evidenza bil-miktub li l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni u r-rekwiżiti tal-kontrolli uffiċjali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/2031 u relatati ma’ ċerti oġġetti ta’ oriġini mhux mill-annimali minn ċerti pajjiżi terzi, li joriġinaw mill-pjanti (“l-oġġetti ta’ oriġini mhux mill-annimali”) japplikaw skont id-dritt nazzjonali tiegħu, u dawk il-kundizzjonijiet tal-importazzjoni u r-rekwiżiti tal-kontrolli uffiċjali relatati mal-oġġetti ta’ oriġini mhux mill-annimali jiġu implimentati b’mod effettiv mir-Renju Unit. |
|
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2059 jiġi emendat biex il-kategorija tal-oġġetti ta’ oriġini mhux mill-annimali tiżdied mal-lista tal-prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja stipulati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(6) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ, l-emendi li għandhom isiru fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2059 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza. |
|
(7) |
Peress li r-Renju Unit jipprovdi l-evidenza bil-miktub relatata mar-regoli dwar is-saħħa tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 9(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2023/1231 mill-1 ta’ Ottubru 2023 għall-oġġetti ta’ oriġini mhux mill-annimali, u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ, dan ir-Regolament jenħtieġ li għalhekk japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Ottubru 2023. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2059 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 165, 29.6.2023, p. 103.
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2059 tas-26 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1231 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-elenkar ta’ ċerti prodotti bażiċi mill-bqija tad-dinja li jistgħu jidħlu fl-Irlanda ta’ Fuq bħala oġġetti bl-imnut minn partijiet oħra tar-Renju Unit u jiġu introdotti fis-suq fl-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 238, 27.9.2023, p. 103).
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2059, il-kategorija ta’ prodotti bażiċi li ġejja tiżdied mal-lista tal-prodotti bażiċi:
|
“Oġġetti mhux ta’ oriġini mill-annimali |
||||
|
1 |
Tadam, frisk jew imkessaħ |
0702 00 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (*1) |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
2 |
Basal, għajr dak għat-tħawwil, frisk jew imkessaħ |
0703 10 19 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
3 |
Xalotti, friski jew imkessħin |
0703 10 90 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
4 |
Tewm, frisk jew imkessaħ |
0703 20 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
5 |
Pastard u brokkli bir-ras, friski jew imkessħin |
0704 10 10 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
6 |
Piżelli, friski jew imkessħin |
0708 10 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
7 |
Fażola, friska jew imkessħa |
0708 20 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
8 |
Spraġ, frisk jew imkessaħ |
0709 20 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
9 |
Bżar (frisk jew imkessaħ, tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta), għajr il-bżar tal-ġeneru Capsicum għall-manifattura taż-żebgħa tal-capsicin jew tal-oleoraża tal-capsicum u l-bżar għall-manifattura industrijali ta’ żjut essenzjali jew rażinojdi |
0709 60 10 0709 60 99 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
10 |
Qara’ aħmar, squash u qara’, friski jew imkessħin, għajr iz-zukkini |
0709 93 90 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
11 |
Qamħirrum ħelu, frisk jew imkessaħ |
0709 99 60 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
12 |
Patata ħelwa, friska, sħiħa, intiża għall-konsum mill-bniedem |
0714 20 10 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
13 |
Avokado, friska jew imnixxfa |
0804 40 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
14 |
Għeneb frisk tal-mejda |
0806 10 10 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
15 |
Dulliegħ frisk |
0807 11 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
16 |
Bettieħ frisk, għajr id-dulliegħ |
0807 19 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
17 |
Tuffieħ frisk, għajr it-tuffieħ tas-sidru, sfuż, mis-16 ta’ Settembru sal-15 ta’ Diċembru |
0808 10 80 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
18 |
Lanġas frisk, għajr il-lanġas tal-Perry, sfuż, mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Diċembru |
0808 30 90 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
19 |
Frawli frisk |
0810 10 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
20 |
Lampun frisk |
0810 20 10 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
21 |
Tut, ċawsli u loganberries friski |
0810 20 90 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
22 |
Frott frisk tal-ispeċi Vaccinium myrtillus Tut żerq u cranberries friski |
0810 40 30 0810 40 50 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
|
23 |
Ġinġer, la mfarrak u lanqas mitħun |
0910 11 00 |
Ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mal-mudell stabbilit fl-Anness tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
Il-pajjiżi terzi kollha |
(*1) https://www.ippc.int/en/core-activities/governance/convention-text/.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2395/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)