31994D0391



Official Journal L 178 , 12/07/1994 P. 0069 - 0070
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0083
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0083


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-27 ta' Ġunju 1994

li tapprova bdil ta' ittri bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Bulgarija li temenda l-Ftehim Interim fuq il-kummerċ u affarijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, u l-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, min-naħa l-oħra, it-tnejn kif emendati mill-Protokoll Addizzjonali ffirmat fil-21 ta' Diċembru 1993

(94/391/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kunsidra l-Ftehim ta'l-Ewropa firmat mill-Partijiet fit-8 ta' Marzu 1993 [1], kif emendat mill-Protokoll Addizzjonali ffirmat fil-21 ta' Diċembru 1993 [2],

Wara li kunsidra l-Ftehim Interim iffirmat mill-Partijiet fl-10 ta' Diċembru 1993 [3], kif emendat mill-Protokoll Addizzjonali konkluż fil-21 ta' Diċembru 1993,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim Interim suppost li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1993;

Billi l-Ftehim Interim daħal fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1993;

Billi l-Ftehim Interim jipprovdi għal konċessjonijiet kwantitattivi;

Billi għalhekk huwa xieraq li jitmexxew 'il quddiem għas-snin sussegwenti ċerti kwoti jew massimi, li ngħataw għall-1993 iżda li ma setgħux jintużaw mill-Bulgarija minħabba d-dħul fis-seħħ tard tal-Ftehim;

Billi f'dan is-sens il-Kummissjoni negozjat f'isem il-Komunita bdil ta' ittri li jemenda l-Ftehim Interim fuq il-kummerċ u affarijiet relattati mal-kummerċ bejn l-Unjoni Ekonomika Ewropea u l-Komunita Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fuq naħa minnhom, u r-Repubblika tal-Bulgarija, fuq in-naħa l-oħra, kif emendat mil-Protokoll Addizzjonali firmat mill-Partijiet fil-21 ta' Diċembru 1993, u li jemenda l-Ftehim ta'l-Ewropa li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa minnhom, u r-Repubblika tal-Bulgarija, fuq in-naħa l-oħra, firmat fit-8 ta' Marzu 1993 kif emendat mill-Protokoll Addizzjonali konkluż bejn il-Partijiet fil-21 ta' Diċembru 1993;

Billi l-bdil ta' ittri għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-bdil ta'l-ittri li jemenda l-Ftehim Interim fuq il-kummerċ u affarijiet relattati mal-kummerċ bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u l-Komunita Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fuq naħa minnhom, u r-Repubblika tal-Bulgarija, fuq in-naħa l-oħra, u l-Ftehim ta'l-Ewropa bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa minnhom, u r-Repubblika tal-Bulgarija, fuq in-naħa l-oħra, qiegħed b'hekk jiġi approvat f'isem il-Komunita.

It-test tal-bdil ta'l-ittri qed jiġi anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed b'hekk jiġi awtorizzat biex jinnomina l-persuna bis-setgħa li tiffirma l-bdil ta'l-ittri f'isem il-Komunità Ewropea.

Il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika għan-nom tal-Komunita Ewropea li l-preċeduri meħtieġa saru.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-27 ta' Ġunju 1994.

F'isem il-Kunsill

Il-President

C. Simitis

[1] Il-Ftehim ta'l-Ewropa għadu ma ġiex ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 25, tad-29.1.1994, p. 27.

[3] ĠU L 323, tat-23.12.1993, p. 2.

--------------------------------------------------