|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1473 |
21.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1473
tat-18 ta’ Lulju 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Settembru 2018, abbażi ta’ talba mill-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (UNVIM), il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1249 (1) dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-UNVIM. |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Ottubru 2020, abbażi ta’ talba mill-UNVIM, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 (2) u ġedded l-azzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-UNVIM. |
|
(3) |
Fit-28 ta’ Settembru 2024, abbażi ta’ talba mill-UNVIM, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2503 (3) u ġedded l-azzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-UNVIM għal perjodu ta’ 12-il xahar, sat-30 ta’ Settembru 2025. |
|
(4) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2722 (2024) ikkundannat il-forniment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip lill-Houthis, bi ksur ta’ UNSCR 2216 (2015), u appellat għal kooperazzjoni prattika addizzjonali biex l-Houthis ma jitħallewx jakkwistaw il-materjal meħtieġ biex iwettqu aktar attakki. |
|
(5) |
Il-UNSCR 2742 (2024) estendiet il-mandat tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li tappoġġa l-Ftehim ta’ Hodeidah (UNMHA) sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-Belt ta’ Hodeidah u l-portijiet ta’ Hodeidah, Saleef u Ras Issa stabbilit fil-Ftehim ta’ Stokkolma konkluż fit-13 ta’ Diċembru 2018 mill-partijiet għall-kunflitt fil-Jemen u approvat mill-UNSCR 2451 (2018) u l-UNSCR 2452 (2019). |
|
(6) |
Fl-20 ta’ Mejju 2025, il-Kunsill iddikjara li l-Unjoni tikkundanna l-proliferazzjoni tal-armi li minnha jibbenefikaw l-Houthis u gruppi mhux statali armati oħra, inkluż organizzazzjonijiet terroristiċi ddeżinjati bħal Al-Shabaab u Al-Qaeda fil-Peniżola Għarbija (AQAP), bi ksur tad-dritt internazzjonali, kif ukoll iż-żieda drammatika fit-traffikar tal-armi fil-Jemen, fil-Baħar l-Aħmar u fil-Qarn tal-Afrika, li qiegħda tipperikola l-istabbiltà reġjonali. Barra minn hekk, il-Kunsill iddikjara li l-Unjoni ser tkompli tappoġġa l-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-NU (UNVIM), filwaqt li jappella għat-tisħiħ tal-mandat tagħha sabiex issaħħaħ ir-rwol u l-effiċjenza tagħha fl-infurzar tal-embargo tan-Nazzjonijiet Uniti skont il-UNSCR 2216 (2015). |
|
(7) |
Il-UNVIM talab aktar appoġġ mill-Unjoni għal sena. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-Unjoni ġġedded l-appoġġ tagħha għall-UNVIM għal sena għall-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiżdied ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2025 sat-30 ta’ Settembru 2026. |
|
(10) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3(1), jiżdied l-inċiż li ġej:
; |
|
(2) |
fl-Artikolu 5, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandha tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2026.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2025.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1249 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 235, 19.9.2018, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1249/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1465 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU L 335, 13.10.2020, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1465/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2503 tat-23 ta’ Settembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen (ĠU serje L, 2024/2503, 24.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2503/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1473/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)