|
28.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1300
tas-27 ta' Settembru 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 dwar il-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw fin-Norveġja u li jidderoga minnu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (“il-Ftehim”), li ntlaħaq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/760 (2), jipprevedi l-introduzzjoni ta' kwoti ġodda għall-prodotti tal-ħalib. |
|
(2) |
Il-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tielet xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni. L-aħħar strument ta' approvazzjoni ġie nnotifikat min-Norveġja fis-16 ta' Lulju 2018. Għaldaqstant, il-kwantitajiet tal-kwota l-ġodda se japplikaw mill-1 ta' Ottubru 2018. |
|
(3) |
L-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3) jipprevedi li l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ddepożitati mill-1 sal-10 ta' Ġunju jistgħu jintużaw għall-importazzjonijiet matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru ta' wara. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi introdott perjodu ġdid għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-kwoti l-ġodda miftuħa permezz tal-Ftehim. Barra minn hekk, fl-2018, jenħtieġ li l-perjodu ta' validità ta' dawk il-liċenzji jibda fid-data tal-ħruġ tagħhom. |
|
(4) |
It-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 tipprevedi li l-applikanti għal-liċenzji tal-importazzjoni jridu jiġu approvati bil-quddiem mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti. It-talbiet rilevanti jridu jiġu sottomessi qabel l-1 ta' April ta' kull sena. Huwa meħtieġ li tiġi prevista proċedura ad hoc li tippermetti lill-applikanti li għadhom ma ġewx approvati għal talba għall-approvazzjoni għall-finijiet tal-kwoti tal-importazzjoni l-ġodda li jinfetħu fl-1 ta' Ottubru 2018. Jenħtieġ li jiġu previsti d-derogi rilevanti mill-Artikoli 8, 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jiġi emendat u ssir deroga minnu skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni għal Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
fl-Artikolu 5, il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(b) |
fl-Artikolu 19(1), il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(c) |
fl-Anness I, il-punt I.H huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Derogi mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001
1. Permezz tad-deroga mill-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, għall-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4228 u 09.4229 stabbiliti fil-punt I.H tal-Anness I ta' dak ir-Regolament, fl-2018 huwa miftuħ perjodu ta' allokazzjoni addizzjonali, soġġett għal dan li ġej:
|
(a) |
l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu mill-1 sat-8 ta' Ottubru 2018; |
|
(b) |
l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta' Ottubru 2018, bil-kwantitajiet totali, inkluża l-ebda kwantità, tal-applikazzjonijiet kollha, espressi f'kilogrammi u maqsuma skont in-numru tal-ordni; |
|
(c) |
il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mit-23 ta' Ottubru 2018 sal-31 ta' Ottubru 2018. |
2. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-liċenzji tal-importazzjoni li joħorġu f'Ottubru 2018 għall-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2018.
3. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, għall-importazzjoni fil-perjodi mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2018 u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2019 skont il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-applikanti għal-liċenzji tal-importazzjoni li għadhom ma ġewx approvati skont l-Artikoli 8, 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandhom, mill-1 sat-8 ta' Ottubru 2018, jissottomettu talba għall-approvazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti u li fih huma rreġistrati għall-finijiet ta' VAT, akkumpanjata minn prova li kemm fl-2017 kif ukoll fl-2018 huma importaw fl-Unjoni jew esportaw minnha mill-inqas 25 tunnellata ta' prodotti tal-ħalib koperti mill-Kapitolu 04 tan-Nomenklatura Magħquda.
4. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, qabel it-12 ta' Ottubru 2018, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-applikanti bl-eżitu tal-proċedura tal-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u, jekk tiġi approvata, in-numru tal-approvazzjoni tagħhom. L-approvazzjoni għandha tkun valida sat-30 ta' Ġunju 2019 u għandha titqies bħala valida mill-1 ta' Ottubru 2018 għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
5. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, qabel id-19 ta' Ottubru 2018, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-listi ta' importaturi tagħhom li jkunu ġew approvati skont il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Dik in-notifika għandu jkollha n-numru tal-approvazzjoni, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-indirizz elettroniku tal-importaturi approvati. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn il-listi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/760 tal-14 ta' Mejju 2018 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).
(*1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/818/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU L 327, 9.12.2011, p. 1).
(*2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/760 tal-14 ta' Mejju 2018 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 129, 25.5.2018, p. 1).”;
ANNESS
“ I.H
KWOTI TARIFFARJI SKONT IL-FTEHIMIET MAN-NORVEĠJA
Kwota annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru - Kwantità f'tunnellati
Dazju applikabbli: eżenzjoni
|
Numru tal-ordni tal-kwota |
09.4228 |
09.4229 |
09.4179 |
|
Deskrizzjoni (*1) |
Xorrox u xorrox modifikat, kemm jekk konċentrat kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu |
Xorrox u xorrox modifikat, fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn, mingħajr żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, b'kontenut ta' proteina (kontenut ta' nitroġenu × 6,38), ta' mhux aktar minn 15 % skont il-piż u b'kontenut ta' xaħam, skont il-piż, ta' mhux aktar minn 1,5 % |
Ġobon u baqta |
|
Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda |
0404 10 |
0404 10 02 |
0406 |
|
Kwantità minn Ottubru sa Diċembru 2018 |
313 |
788 |
Mhux applikabbli |
|
Kwantità annwali għall-2019 u s-snin ta' wara |
1 250 |
3 150 |
7 200 |
|
Kwantità minn Jannar sa Ġunju |
625 |
1 575 |
3 600 |
|
Kwantità minn Lulju sa Diċembru |
625 |
1 575 |
3 600 |
(*1) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti jridu jitqiesu li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-arranġamenti preferenzjali jkunu ddeterminati, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM.”