|
16.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11132 – CONCENTRIX / WEBHELP)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 287/04)
1.
Fit-8 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Concentrix Corporation (“Concentrix”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Webhelp S.A.S. (“Webhelp”, Franza). |
Concentrix se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Webhelp kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Concentrix hija kumpanija ta’ servizzi ta’ esperjenza tal-klijenti attiva madwar id-dinja, li tuża teknoloġija biex tipprovdi servizzi ta’ esternalizzazzjoni biex tippermetti lill-klijenti tagħha jimmaniġġjaw l-esperjenza tagħhom tal-klijent finali u tal-utent finali. Concentrix toffri servizzi tal-IT, b’enfasi fuq servizzi ta’ esternalizzazzjoni tal-proċess tan-negozju (business process outsourcing, “BPO”) u b’mod partikolari servizzi ta’ BPO għall-ġestjoni tal-esperjenza tal-klijenti (customer experience management, “CXM BPO”) u, sa ċertu punt, servizzi ta’ BPO tal-finanzi u tal-kontabbiltà. Concentrix toffri wkoll servizzi komplementari oħra, inklużi servizzi ta’ konsulenza tal-IT, u servizzi ta’ implimentazzjoni u ġestjoni tal-applikazzjonijiet. |
|
— |
Webhelp hija fornitur ta’ servizzi tal-BPO attivi mad-dinja kollha, li toffri portafoll wiesa’ ta’ servizzi biex tipprovdi appoġġ minn tarf sa tarf għall-klijenti, inkluża assistenza teknika għall-klijenti, servizzi ta’ lealtà tal-klijenti, servizzi ta’ ġestjoni tal-pretensjonijiet tal-klijenti, ġbir ta’ data tal-klijenti b’diversi kanali, servizzi diġitali u ta’ kummerċjalizzazzjoni u soluzzjonijiet għall-intrapriżi. Webhelp bħalissa hija kkontrollata minn Groupe Bruxelles Lambert (“GBL”, il-Belġju), kumpanija azzjonista ta’ investiment pubbliku. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11132 – CONCENTRIX / WEBHELP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).