|
14.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1216/2014
tal-11 ta' Novembru 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li tkun għadha ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur-Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali
(2) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||
|
Apparat elettroniku b'qisien ta' madwar 10 × 4 × 1 cm, li jinkludi, fost l-oħrajn, il-komponenti li ġejjin:
Huwa mgħammar bl-interfaċċi li ġejjin:
L-apparat ma jinkorporax tjuner tal-vidjo. Meta jkun imqabbad ma' sett tat-televixin jew moniter, l-apparat jippermetti lill-utent ikollu aċċess għall-Internet, pereżempju, għal skambju ta' emails, biex jara vidjos, jilgħab logħbiet jew iniżżel applikazzjonijiet ta' softwer. Dan jista' wkoll jirriproduċi fajls multimedjali bħal vidjos, ritratti u mużika minn kards tal-memorja jew memorji tal-USB. |
8528 71 91 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 3 tal-Kapitolu 85 u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8528 , 8528 71 u 8528 71 91 . Skont it-tifsira tan-nota 3 tat-Taqsima XVI, l-apparat huwa ddisinjat biex iwettaq żewġ funzjonijiet alternattivi jew aktar (l-ipproċessar awtomatiku tad-dejta tal-intestatura 8471 , it-telekomunikazzjoni tal-intestatura 8517 , ir-riproduzzjoni tal-vidjo tal-intestatura 8521 u r-riċezzjoni għat-televiżjoni tal-intestatura 8528 ). Mhuwiex possibbli li tiġi ddeterminata l-funzjoni prinċipali tal-apparat billi kull funzjoni għandha l-istess importanza għall-użu tal-apparat. Għaldaqstant, l-apparat irid jiġi kklassifikat taħt l-intestatura li tiġi l-aħħar f'ordni numerika fost dawk li wkoll jistħoqqilhom kunsiderazzjoni. Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 8471 , 8517 jew 8521 hija eskluża. Billi l-apparat ma fihx tjuner tal-vidjo u jippermetti skambju interattiv ta' informazzjoni, għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8528 71 91 bħala apparat b'tagħmir ibbażat fuq mikroproċessur li jinkorpora mowdem sabiex jinkiseb aċċess għall-Internet, u li jkollu l-funzjoni tal-iskambju interattiv tal-informazzjoni, kapaċi jirċievi sinjali tat-televixin (hekk imsejħa “kaxxi ta' fuq is-sett li għandhom funzjoni ta' komunikazzjoni”, inkluż dawk li jinkorporaw tagħmir li jwettaq funzjonijiet ta' rekordjar jew riproduzzjoni, sakemm, iżommu l-karattru essenzjali tagħhom bħala kaxxa ta' fuq is-sett li għandha funzjoni ta' komunikazzjoni). |