Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet - Kapitolu 1 - L-Istituzzjonijiet - Sezzjoni 4 - Il-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 225 A
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0144 - 0144
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0124 - Consolidated version
Artikolu 225A Il-Kunsill, waqt li jkun jaġixxi unanimament dwar proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Qorti tal-Ġustizzja, jew fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, jista’ joħloq awli ġurisdizzjonali biex jieħdu konjizzjoni fil-Prim' istanza ta’ xi kategoriji ta’ rikorsi magħmula dwar oqsma speċifiċi. Id-deċiżjoni li tistabbilixxi awla ġurisdizzjonali tistabbilixxi r-regoli dwar il-kompożizzjoni ta’ l-awla u safejn għandha tasal il-kompetenza tagħha. Id-deċiżjonijiet ta' l-awli ġurisdizzjonali jistgħu jkunu suġġetti għall-appell fuq punti ta’ dritt biss, jew meta jkun hekk provdut fid-deċiżjoni li tistabbilixxi l-awla ukoll fuq kwistjonijiet ta’ fatt, quddiem il-Qorti ta' Prim' Istanza. Il-membri ta’ l-awli ġurisdizzjonali jintgħażlu minn fost persuni li ma jkunx hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom u li jippossedu l-kapaċità meħtieġa biex jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji. Jiġu maħtura mill-Kunsill waqt li jaġixxi unanimament. L-awli ġurisdizzjonali jistabbilixxu r-Regoli ta’ Proċedura tagħhom bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn ir-regoli jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Sakemm id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-awla ġurisdizzjonali ma tipprovdix mod ieħor, id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat li għandhom x’jaqsmu mal-Qorti tal-Ġustizzja u d-disposizzjonijiet ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja japplikaw għall-awli ġurisdizzjonali. --------------------------------------------------