|
24.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2118
tat-23 ta' Novembru 2015
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/438/PESK (1) li taħtar lis-Sur Herbert SALBER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia. Il-mandat tar-RSUE jiskadi fil-31 ta' Ottubru 2015. |
|
(2) |
Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' 16-il xahar. |
|
(3) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tikkomprometti l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJON:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Il-mandat tas-Sur Herbert SALBER bħala r-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2017. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).
Artikolu 2
Objettivi ta' politika
Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni għall-Kawkasu tan-Nofsinhar, inklużi l-objettivi stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew li saret fi Brussell fl-1 ta' Settembru 2008 u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Settembru 2008, kif ukoll dawk tas-27 ta' Frar 2012. Dawk l-objettivi jinkludu:
|
(a) |
f'konformità mal-mekkaniżmi eżistenti, inklużi l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u l-Grupp ta' Minsk tagħha, li ssir prevenzjoni ta' konflitti fir-reġjun, li jingħata kontribut għal soluzzjoni paċifika tal-konflitti fir-reġjun, inklużi l-kriżi fil-Georgia u l-konflitt f'Nagorno-Karabakh, permezz tal-promozzjoni tar-ritorn tar-rifuġjati u tal-persuni spostati f'pajjiżhom u permezz ta' mezzi oħra adatti, u li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' tali soluzzjoni f'konformità mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali; |
|
(b) |
li jfittex djalogu kostruttiv mal-atturi ewlenin interessati fir-rigward tar-reġjun; |
|
(c) |
li tiġi nkoraġġuta u appoġġata aktar il-kooperazzjoni bejn l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Georgia, u, kif adatt, il-pajjiżi ġirien tagħhom; |
|
(d) |
li jittejbu l-effettività u l-viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun. |
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun:
|
(a) |
li jiżviluppa kuntatti mal-gvernijiet, il-parlamenti, atturi politiċi ewlenin oħra, il-ġudikatura u s-soċjetà ċivili fir-reġjun; |
|
(b) |
li jinkoraġġixxi lill-pajjiżi fir-reġjun biex jikkooperaw dwar temi reġjonali ta' interess komuni, bħal theddid komuni għas-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu u l-kriminalità organizzata; |
|
(c) |
li jikkontribwixxi għas-soluzzjoni paċifika tal-konflitti f'konformità mal-prinċipji tad-dritt internazzjonali u jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' tali soluzzjoni f'koordinazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti, l-OSCE u l-Grupp ta' Minsk tagħha; |
|
(d) |
fir-rigward tal-kriżi fil-Georgia:
|
|
(e) |
li jiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' bini ta' fiduċja f'koordinazzjoni mal-kompetenza esperta tal-Istati Membri fejn disponibbli u adatt; |
|
(f) |
li jassisti fit-tħejjija, kif adatt, tal-kontributi tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta' soluzzjoni possibbli tal-konflitt; |
|
(g) |
li jintensifika d-djalogu tal-Unjoni mal-atturi ewlenin ikkonċernati fir-rigward tar-reġjun; |
|
(h) |
li jassisti lill-Unjoni fl-iżvilupp ulterjuri ta' politika komprensiva lejn il-Kawkasu tan-Nofsinhar; |
|
(i) |
li, fil-qafas tal-attivitajiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tat-tfal u n-nisa f'żoni milquta minn konflitti, partikolarment permezz tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-iżviluppi f'dan ir-rigward. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, taħt l-awtorità tar-RGħ.
2. Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.
3. Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE matul il-perijodu mill-1 ta' Novembru 2015 sat-28 ta' Frar 2017 għandu jkun ta' EUR 2 800 000.
2. In-nefqa għandha tiġi ġestita f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
3. Il-ġestjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp
1. Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni ta' grupp. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenza esperta rigward kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-grupp.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru kkonċernat, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.
3. Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jibagħtu, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tibagħtu jew tas-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
4. Il-persunal tar-RSUE għandu jiġi kollokat mad-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew id-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE
Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament regolati tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiżi ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE
Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE tingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.
2. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif adatt, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.
Artikolu 10
Sigurtà
F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u skont is-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:
|
(a) |
jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ta' responsabbiltá, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u inkluż pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni; |
|
(b) |
jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra l-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni kontra riskju gravi, kif ikunu jeħtieġu l-kondizzjonijiet fiż-żona ta' responsabbiltá; |
|
(c) |
jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tar-RSUE li jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona ta' responsabbiltá jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE; |
|
(d) |
jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha, li jkunu saru wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà, u jippreżenta rapporti bil-miktub lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 11
Rappurtar
Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi rapporti orali u bil-miktub lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport skont il-ħtieġa lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu impenjati b'mod konsistenti, sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
2. Fuq il-post għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri, li għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE, f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Georgia, għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia). Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili għall-EUMM Georgia għandhom jikkonsultaw ma' xulxin skont in-neċessità. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post.
Artikolu 13
Assistenza fir-rigward ta' pretensjonijiet
Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-provvediment ta' elementi bħala rispons għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-Rappreżentanti Speċjali għall-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia preċedenti, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal tali skopijiet.
Artikolu 14
Analiżi
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħra mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu analizzati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta rapport tal-progress lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-aħħar ta' Ġunju 2016 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Novembru 2016.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2015.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
C. MEISCH
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/438/PESK tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 200, 9.7.2014, p. 11).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).