|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1432 |
6.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1432
tat-3 ta’ Lulju 2026
dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u tat-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) u għall-eradikazzjoni u għat-trażżin ta’ dak il-pest f’ċerti żoni demarkati u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1372
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), il-punti (d) sa (g), u l-Artikolu 28(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1372 (2) jistabbilixxi miżuri temporanji għall-prevenzjoni tad-dħul, tal-moviment u tat-tixrid, tal-multiplikazzjoni u tar-rilaxx fl-Unjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) (“il-pest speċifikat”). Dawk il-miżuri temporanji japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2026. |
|
(2) |
Dawk il-miżuri temporanji kienu meħtieġa minħabba li l-pest speċifikat ikkawża ħsara sinifikanti lill-pjanti tal-Oryza sativa L. fiż-żoni tat-territorju tal-Unjoni fejn instab, u minħabba li valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Italja fl-2018 (3) ikkonkludiet li l-pest issodisfa l-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness I, it-Taqsima 3, is-Subtaqsima 2, tar-Regolament (UE) 2016/2031. Mindu li ġew adottati dawk il-miżuri temporanji, l-istħarriġiet annwali mwettqa mill-Italja wrew li l-pest speċifikat jista’ jinfirex f’żoni oħra fejn ma jkunx ikkontrollat, u li jista’ jiġi kkontrollat b’mod effettiv f’dawk iż-żoni billi jiġu adottati miżuri xierqa. Barra minn hekk, l-istħarriġiet imwettqa fiż-żoni demarkati, fejn il-pest speċifikat ikun preżenti, jindikaw li ma għadux possibbli li jiġi eradikat minn xi wħud minn dawk iż-żoni demarkati. |
|
(3) |
Għalhekk, il-pest speċifikat jissodisfa l-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Anness I, it-Taqsima 1, tar-Regolament (UE) 2016/2031 u jikkwalifika bħala pest ta’ kwarantina fl-Unjoni li huwa magħruf li huwa preżenti fl-Unjoni. Għaldaqstant, ġie miżjud mal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (4) bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1433 (5). |
|
(4) |
L-istħarriġiet annwali msemmija hawn fuq juru li l-popolazzjoni tal-pest speċifikat u s-superfiċje taż-żona infestata fl-Italja kienu żdiedu wara li l-pest ġie identifikat għall-ewwel darba fit-territorju tal-Unjoni, laħqu l-ogħla livell tagħhom fl-ewwel sena wara l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1372, u ilhom jonqsu minn dak iż-żmien. Barra minn hekk, ma ġiet irreġistrata l-ebda tifqigħa minn xi Stat Membru ieħor. |
|
(5) |
Minkejja din it-tendenza, huma meħtieġa sforzi kontinwi biex jiġu evitati l-introduzzjoni tal-pest speċifikat minn pajjiżi terzi fejn jinsab u t-tixrid barra miż-żoni infestati fit-territorju tal-Unjoni. Sabiex ikompli jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid, il-pest speċifikat jenħtieġ li jiġi eradikat kemm jista’ jkun mit-territorju tal-Unjoni u jenħtieġ li jitrażżan b’mod effettiv ġewwa dawk iż-żoni infestati fejn l-eradikazzjoni ma tkunx possibbli. |
|
(6) |
L-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1372 dwar l-eradikazzjoni u t-trażżin tal-pest speċifikat, kif ukoll l-istħarriġiet, urew li huma effettivi fit-tnaqqis għal livell aċċettabbli tar-riskju li l-pest speċifikat jistabbilixxi ruħu u jinfirex fit-territorju tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dawn jiġu stabbiliti wkoll f’dan ir-Regolament, bil-modifiki kollha meħtieġa. |
|
(7) |
Il-lista tal-pjanti ospitanti stabbilita fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1372 ma għadhiex tirrifletti l-aktar għarfien xjentifiku reċenti. Għalhekk, jixraq li tiġi prevista lista riveduta tal-pjanti ospitanti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti wkoll miżuri li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ żoni demarkati u stħarriġiet tal-pest speċifikat. |
|
(9) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti żoni demarkati, li jikkonsistu f’żona infestata li jkun fiha l-pjanti kollha infestati jew suspettati li huma infestati mill-pest speċifikat u f’żona ta’ lqugħ ta’ wisa’ suffiċjenti madwar iż-żona infestata, fejn il-pest speċifikat ma jkunx magħruf li jinsab. Jenħtieġ li japplikaw miżuri differenti għaż-żoni demarkati għall-fini ta’ eradikazzjoni u għaż-żoni demarkati għall-fini ta’ trażżin, f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-istħarriġiet jitwettqu fiż-żoni demarkati u fuq il-pjanti ospitanti barra minn dawk iż-żoni, sabiex tiġi identifikata minn kmieni l-preżenza potenzjali tal-pest speċifikat u jiġi evitat it-tixrid tiegħu fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu stħarriġiet annwali bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-introduzzjoni tal-pest speċifikat. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali u lill-operaturi professjonisti rilevanti dwar it-theddida tal-pest speċifikat u dwar il-miżuri meħuda kontrih biex jiġi żgurat approċċ aktar effettiv mill-persuni kollha possibbilment ikkonċernati. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-periklu li dan tinxtered permezz taż-żraben u l-vetturi, peress li dawk huma l-mezzi li jintużaw l-aktar mill-pubbliku ġenerali. |
|
(12) |
Il-miżuri stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1372 dwar l-introduzzjoni u l-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ pjanti għat-tħawwil bl-għeruq tal-Oryza sativa L., li tkabbru fil-ħamrija (“pjanti speċifikati”), ġew inklużi fl-Annessi VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1433. |
|
(13) |
Peress li dawk il-miżuri ġew inklużi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, u għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1372 jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield), miżuri għall-eradikazzjoni tiegħu, fejn jinstab preżenti f’dak it-territorju, u miżuri għat-trażżin tiegħu, meta l-eradikazzjoni ma tibqax possibbli.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“il-pest speċifikat” tfisser il-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield); |
|
(2) |
“pjanti speċifikati” tfisser il-pjanti għat-tħawwil, bl-għeruq tal-Oryza sativa L., li tkabbru fil-ħamrija; |
|
(3) |
“pjanti ospitanti” tfisser pjanti għat-tħawwil b’għeruq li jkunu tkabbru fil-ħamrija, tal-ġeneri u tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I; |
|
(4) |
“pjanti ospitanti spontanji” tfisser il-pjanti ospitanti li jikbru waħedhom fil-postijiet tal-produzzjoni mingħajr ma jkunu tħawlu intenzjonalment; |
|
(5) |
“żrieragħ speċifikati” tfisser iż-żrieragħ tal-Oryza sativa L.; |
|
(6) |
“oġġetti speċifikati” tfisser il-makkinarju, l-għodod, il-vetturi, u t-tagħmir personali, li jkunu ntużaw għal attivitajiet marbuta mat-tħawwil, it-trattament, jew il-ħsad tal-pjanti ospitanti; |
|
(7) |
“metodu tal-pjanti nasba” tfisser iż-żrigħ tal-pjanti tal-Oryza sativa L. biex jiġu stimulati t-tifqis tan-nematodi u l-invażjoni tal-għeruq, segwit mill-qerda tal-pjanti, f’fażi fenoloġika li timmassimizza l-effikaċja tal-insib, iżda mhux aktar tard minn 5 ġimgħat wara t-tħawwil. |
Artikolu 3
Stħarriġiet annwali tat-territorju tal-Unjoni barra miż-żoni demarkati
L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet annwali bbażati fuq ir-riskju dwar il-preżenza tal-pest speċifikat fuq il-pjanti ospitanti barra miż-żoni demarkati. Dawn għandhom jitwettqu fiż-żoni tat-territorji tagħhom, fejn il-pest speċifikat ma jkunx magħruf li jinsab iżda jista’ jistabbilixxi ruħu, filwaqt li tingħata prijorità lill-istħarriġiet dwar il-pjanti speċifikati.
Artikolu 4
Stabbiliment taż-żoni demarkati
1. Meta tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment il-preżenza tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jistabbilixxi żona demarkata, abbażi ta’ stħarriġ ta’ delimitazzjoni li jiddetermina l-livell ta’ infestazzjoni, għall-fini tal-eradikazzjoni tal-pest speċifikat.
2. Iż-żona demarkata għandha tikkonsisti minn dan li ġej:
|
(a) |
żona infestata li tinkludi:
|
|
(b) |
żona ta’ lqugħ wiesgħa ta’ mill-inqas 100 m lil hinn mill-konfini taż-żona infestata, fil-każ ta’ żona demarkata għall-fini tal-eradikazzjoni tal-pest speċifikat, kif imsemmi fl-Artikolu 6, u bl-istess wisa’ fil-każ ta’ żona demarkata għall-fini tat-trażżin tal-pest speċifikat, kif imsemmi fl-Artikolu 7. |
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jiżguraw li l-pubbliku ġenerali u l-operaturi professjonisti jkunu konxji mid-delimitazzjoni taż-żoni demarkati u mill-miżuri adottati għall-eradikazzjoni tal-pest speċifikat jew, fejn rilevanti, għat-trażżin tiegħu u għall-prevenzjoni tat-tixrid tiegħu barra miż-żona demarkata. Għandhom iqajmu kuxjenza pubblika dwar ir-riskju mill-pest speċifikat.
4. Meta, abbażi tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-pest speċifikat ma jiġix identifikat f’żona demarkata għal perjodu ta’ 3 snin konsekuttivi, dik iż-żona demarkata tista’ titneħħa. F’każijiet bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li ż-żona demarkata tkun tneħħiet skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031.
Artikolu 5
Stħarriġiet annwali tal-pest speċifikat barra miż-żoni demarkati
1. Fiż-żoni demarkati, bl-eċċezzjoni taż-żona infestata taż-żoni demarkati għall-fini tat-trażżin tal-pest speċifikat, kif imsemmi fl-Artikolu 7, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom iwettqu stħarriġiet annwali intensivi fuq il-pjanti ospitanti, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, sabiex jimmonitorjaw l-iżvilupp tal-preżenza tal-pest speċifikat.
2. L-istħarriġiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu f’eżaminazzjonijiet viżwali tal-pjanti ospitanti u f’kampjunar tal-pjanti ospitanti sintomatiċi u, fejn xieraq, tal-pjanti ospitanti asintomatiċi fil-prossimità tal-pjanti ospitanti sintomatiċi u, fejn xieraq, tal-ħamrija. Is-sistema tal-għeruq tal-pjanti kkampjunati għandha tiġi ċċekkjata għall-preżenza ta’ galli tal-pest speċifikat.
Artikolu 6
Miżuri ta’ eradikazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom japplikaw, f’konformità mal-Artikolu 4, il-miżuri kollha li ġejjin fiż-żoni demarkati:
|
(a) |
it-tneħħija tal-pjanti speċifikati fiż-żona infestata fl-għelieqi qrib il-ħsad; |
|
(b) |
il-qerda tal-pjanti speċifikati li jinsabu fl-għelieqi qrib il-ħsad, in situ jew f’xi post fil-qrib iddeżinjat għal dan il-għan fiż-żona infestata, b’mod li jiżgura li l-pest speċifikat ma jinxteridx; |
|
(c) |
il-projbizzjoni taż-żrigħ taż-żrieragħ speċifikati u l-projbizzjoni tat-tħawwil tal-pjanti speċifikati u tal-pjanti ospitanti fiż-żona infestata, ħlief bħala pjanti nasba fl-applikazzjoni tal-metodu tal-pjanti nasba; |
|
(d) |
l-eliminazzjoni regolari ta’ pjanti ospitanti spontanji; |
|
(e) |
l-għargħar kontinwu tal-għelieqi fiż-żona infestata għal aktar minn 18-il xahar, u, jekk l-għargħar kontinwu ma jkunx possibbli, l-applikazzjoni tal-metodu tal-pjanti nasba, jew metodi oħra li jipprevjenu lill-pest milli jikkonkludi ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu; |
|
(f) |
it-tneħħija u r-rimi sikur ta’ pjanti speċifikati li jintużaw għall-metodu tal-pjanti nasba f’fażi fenoloġika li timmassimizza l-effikaċja tal-insib, iżda mhux aktar tard minn 5 ġimgħat wara t-tħawwil; |
|
(g) |
it-tindif mill-ħamrija u mill-fdalijiet tal-pjanti ta’ oġġetti speċifikati li jkunu ntużaw f’żona infestata, qabel ma jiġu mċaqilqa lejn l-għelieqi tal-madwar, filwaqt li matul it-tindif jiġi evitat it-tixrid tar-residwi barra mill-għalqa infestata; |
|
(h) |
il-projbizzjoni tal-moviment ta’ ħamrija li fiha l-pjanti speċifikati jew il-pjanti ospitanti jkunu tkabbru fit-3 snin preċedenti barra miż-żona infestata. |
Artikolu 7
Miżuri ta’ trażżin
B’deroga mill-Artikolu 6, meta żona demarkata tkun elenkata fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom japplikaw fiha l-miżuri kollha li ġejjin:
|
(a) |
iż-żrigħ ta’ żrieragħ speċifikati u t-tħawwil ta’ pjanti speċifikati, biss jekk tkun twettqet waħda mill-miżuri fitosanitarji li ġejjin:
|
|
(b) |
l-eliminazzjoni regolari ta’ pjanti ospitanti spontanji; |
|
(c) |
it-tindif mill-ħamrija u mill-fdalijiet tal-pjanti ta’ oġġetti speċifikati li jkunu ntużaw fiż-żona infestata, qabel ma jiġu mċaqilqa lejn l-għelieqi tal-madwar, filwaqt li matul it-tindif jiġi evitat it-tixrid tar-residwi barra mill-għalqa infestata; |
|
(d) |
il-projbizzjoni tal-moviment, barra miż-żona infestata, ta’:
|
Artikolu 8
L-obbligi ta’ rapportar tal-Istati Membri
Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra r-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa fis-sena kalendarja preċedenti, skont:
|
(a) |
l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 (6); |
|
(b) |
l-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 9
Tħassir tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1372
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1372 jitħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1372 tal-5 ta’ Awwissu 2022 fir-rigward ta’ miżuri temporanji għall-prevenzjoni tad-dħul, il-moviment u t-tixrid, il-multiplikazzjoni u r-rilaxx fl-Unjoni tal-Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield) (ĠU L 206, 8.8.2022, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1372/oj).
(3) Pest risk analysis for Meloidogyne graminicola (Golden & Birchfield), imwettqa mill-Consiglio per la ricerca in agricoltura e l’analisi dell’economia agraria (CREA).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1433 tat-3 ta’ Lulju 2026 li jemenda l-Annessi II, VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu d-dħul, il-preżenza, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-Meloidogyne graminicola Golden & Birchfield (ĠU L, 2026/1433, 6.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1433/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 tas-27 ta’ Awwissu 2020 dwar il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ u dwar il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi, previsti rispettivament fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 28.8.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1231/oj).
ANNESS I
Lista ta’ pjanti ospitanti msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (3)
Abelmoschus esculentus
Ageratum conyzoides L.
Agrostis stolonifera
Alisma plantago-aquatica L.
Allium ascalonicum
Allium cepa L.
Allium fistulosum
Allium tuberosum
Alopecurus sp.
Alternanthera sessilis
Amaranthus spinosus
Amaranthus viridis
Ammannia baccifera
Andropogon sp.
Beta vulgaris
Blumea sp.
Bonnaya ciliata
Bothriochloa bladhii
Brassica juncea
Brassica oleracea
Capsicum annuum
Capsicum frutescens
Catharanthus roseus
Cenchrus americanus
Cenchrus pedicellatus
Centella asiatica
Colocasia esculenta
Commelina benghalensis
Corchorus aestuans
Corchorus capsularis
Coriandrum sativum
Cucumis sativus
Cyanotis axillaris
Cyanotis cucullata
Cyanthillium cinereum
Cymbopogon citratus
Cynodon dactylon
Cyperus compressus
Cyperus difformis
Cyperus esculentus
Cyperus imbricatus
Cyperus iria
Cyperus odoratus
Cyperus pilosus
Cyperus procerus
Cyperus pseudokyllingioides
Cyperus pulcherrimus
Cyperus rotundus
Dactyloctenium aegyptium
Desmodium triflorum
Digitaria filiformis
Digitaria longiflora
Digitaria sanguinalis
Echinochloa colonum
Echinochloa crus-galli
Eclipta prostrata
Eleusine coracana
Eleusine indica
Elymus repens
Eragrostis racemosa
Eragrostis tenella
Euphorbia hirta
Fimbristylis complanate
Fimbristylis dichotoma
Fimbristylis littoralis
Fimbristylis quinquangularis subsp. quinquangularis
Fuirena ciliaris
Gamochaeta falcata
Gamochaeta purpurea
Glycine max
Grangea ceruanoides
Hedyotis diffusa
Heteranthera reniformis
Hordeum vulgare
Hydrilla sp.
Impatiens balsamina
Imperata cylindrica
Ipomoea aquatica
Ischaemum rugosum
Juncus microcephalus
Kyllinga brevifolia
Kyllinga gracillima
Lactuca sativa
Leersia hexandra
Leptochloa chinensis
Leucas lavandulifolia
Lindernia sp.
Lolium multiflorum
Ludwigia adscendens
Mecardonia procumbens
Medicago polyceratia
Melilotus albus
Murdannia keisak
Murdannia nudiflora
Musa sp.
Oplismenus compositus
Oryza sativa
Oxalis corniculate
Panicum dichotomiflorum
Panicum flexuosum
Panicum miliaceum
Panicum repens
Paspalum scrobiculatum
Petunia sp.
Phaseolus vulgaris
Phlox drummondii
Phyllanthus niruri
Phyllanthus urinaria
Physalis minima
Pisum sativum
Poa annua
Pontederia vaginalis
Portulaca oleracea
Ranunculus sp.
Rungia parviflora
Saccharum officinarum
Sacciolepis indica
Schoenoplectiella articulata
Scoparia dulcis
Setaria italica
Sida acuta
Solanum lycopersicum
Solanum melongena
Solanum nigrum
Solanum sisymbriifolium
Solanum tuberosum
Sorghum bicolor
Spergula arvensis
Spermacoce articularis
Sphaeranthus sp.
Sphenoclea zeylanica
Spinacia oleracea
Stellaria media
Trifolium repens
Triticum aestivum subsp. aestivum
Urena lobata
Urochloa mutica
Urochloa ramose
Vandellia sp.
Vicia faba
Vigna mungo
Vigna radiata
ANNESS II
Lista ta’ żoni demarkati għall-fini tat-trażżin tal-pest speċifikat imsemmi fl-Artikolu 7
L-ITALJA
|
Numru/Isem taż-żona demarkata (ŻD) |
Żona taż-ŻD |
Reġjun |
Unitajiet reġjonali jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn |
|
1 |
Żona infestata + żona ta’ lqugħ |
Il-Piemonte |
Biella: Castelletto Cervo, Gifflenga, Mottalciata |
|
2 |
Żona infestata + żona ta’ lqugħ |
Il-Piemonte |
Vercelli: Buronzo |
|
3 |
Żona infestata + żona ta’ lqugħ |
Il-Lombardija |
Pavia: Alagna, Carbonara al Ticino, Cilavegna, Dorno, Gambolò, Garlasco, Gropello Cairoli, Linarolo, Parona, Pavia, Pieve Albignola, Sannazzaro de’ Burgondi, Scaldasole, Sommo, Tromello, Valle Salimbene, Vigevano, Villanova d’Ardenghi, Zerbolò, Zinasco |
ANNESS III
Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali mwettqa skont l-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem |
Data tal-istabbiliment |
Deskrizzjoni |
Numru |
|
Numru |
Data |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
i |
ii |
iii |
iv |
i |
ii |
iii |
iv |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (ir-Regolament IMSOC) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1715/oj). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell
|
Għall-kolonna 1: |
Indika l-isem taż-żona ġeografika, l-għadd tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita. |
|
Għall-kolonna 2: |
Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ. |
|
Għall-kolonna 3: |
Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ. |
|
Għall-kolonna 4: |
Indika l-approċċ: Eradikazzjoni jew Trażżin. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont l-għadd ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom. |
|
Għall-kolonna 5: |
Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infettata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona taż-ŻI fejn twettaq l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn iż-ŻL, madwar il-mixtliet, eċċ.) f’ringieli differenti. |
|
Għall-kolonna 6: |
Indika l-għadd u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:
|
|
Għall-kolonna 7: |
Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikati abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kundizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju. |
|
Għall-kolonna 8: |
Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7. |
|
Għall-kolonna 9: |
Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-imballaġġ, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku. |
|
Għall-kolonna 10: |
Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti mistħarrġa bl-użu ta’ ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru ta’ pjanta. |
|
Għall-kolonna 11: |
Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ. |
|
Għall-kolonna 12: |
Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. |
|
Għall-kolonni 13 u 14: |
Indika r-riżultati, jekk applikabbli, u pprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik). |
|
Għall-kolonna 15: |
Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-ŻL. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma pprovdejtx din l-informazzjoni fil-kolonna 16 (“Kummenti”). |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1432/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)