|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5231 |
26.9.2025 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2025/5231)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Rossese di Dolceacqua/Dolceacqua”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A0358-AM02 — 3.7.2025
1. Isem il-prodott
Rossese di Dolceacqua/Dolceacqua
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
IĠP |
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
L-Italja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sovranità tal-Ikel u l-Forestrija — Dipartiment tas-Sovranità tal-Ikel u l-Isport Ekwestri — Direttorat Ġenerali għall-Promozzjoni tal-Kwalità Agroalimentari — PQA I
6. Kwalifika bħala emenda standard
Hu ddikjarat li din l-emenda taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “emenda standard” kif previst fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143, billi:
|
— |
ma tinkludix tibdil fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika; |
|
— |
ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; |
|
— |
ma tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Referenza għall-ismijiet ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar miż-żona sottostanti għad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta
Deskrizzjoni
Il-lista ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar fiż-żona tal-produzzjoni tad-DOP ġiet riveduta u tista’ tidher fuq it-tikketta tal-inbejjed inkwistjoni, dment li l-prodott jiġi vinifikat separatament u li jiġi ddikjarat speċifikament fid-dikjarazzjoni annwali tal-ħsad.
L-emenda ta’ hawn fuq tikkonċerna l-Artikolu 7 u l-Anness A tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u tinvolvi emenda tat-taqsima 11 tad-dokument uniku bit-titolu “Rekwiżiti applikabbli ulterjuri”.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Imballaġġ fiż-żona ġeografika definita (Rettifika)
Deskrizzjoni
Ir-rekwiżit li diġà ġie previst fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, kif emendata fl-2011, biex jitwettaq l-imballaġġ, inkluż l-ibbottiljar, fiż-żona ġeografika definita, ġie miżjud ukoll fid-dokument uniku.
L-emenda ta’ hawn fuq ma tikkonċernax l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, iżda tinvolvi esklużivament emenda tat-taqsima 11 tad-dokument uniku bit-titolu “Rekwiżiti oħra applikabbli”.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Referenzi għall-korp ta’ kontroll
Deskrizzjoni
L-artikolu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li jipprevedi referenzi għall-korp ta’ kontroll ġie emendat, u ssostitwixxa din l-informazzjoni b’referenza għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
L-emenda msemmija hawn fuq tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Rendimenti massimi
Deskrizzjoni
Id-deskrizzjonijiet tar-rendimenti massimi għaż-żewġ tipi previsti ġew magħquda flimkien.
L-emenda hija purament formali u ma twassalx għal bidliet sostanzjali.
L-emenda ta’ hawn fuq ma tikkonċernax l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, iżda tinvolvi esklużivament emenda tat-taqsima 7.2 tad-dokument uniku bit-titolu “Rendimenti massimi”.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emendi formali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
Deskrizzjoni
Ġew aġġornati t-titoli tal-artikoli fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, tħassru xi referenzi għal atti legali li ma għadhomx fis-seħħ u ġew ikkoreġuti l-iżbalji fit-test.
L-emenda msemmija hawn fuq tikkonċerna esklużivament l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
Rossese di Dolceacqua/Dolceacqua
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A0358-AM02 — 3.7.2025
1. Isem/Ismijiet
Rossese di Dolceacqua/Dolceacqua
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
L-Italja
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli:
Rossese di Dolceacqua/Dolceacqua
Karatteristiċi organolettiċi:
Apparenza viżiva:
Kulur aħmar lewn ir-rubin, lewn il-granata jekk jitqaddem.
Aroma:
Riħa intensa ta’ dwieli, iżda delikata u distintiva.
Togħma:
Togħma mielsa, aromatika u sħuna.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi:
“html:technicalFile.applicationDescriptio”
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
“maxAlcoholStrength” |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
“minAlcoholStrength” |
|
Aċidità totali minima: |
4,5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
“maxAcidity” |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
“maxSO2” |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi:
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 % tal-volum.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 23,0 gramma għal kull litru.
Prodott tad-dwieli
Rossese di Dolceacqua/Dolceacqua
Karatteristiċi organolettiċi:
Apparenza viżiva:
Kulur aħmar lewn ir-rubin, lewn il-granata jekk jitqaddem.
Aroma:
Riħa intensa ta’ dwieli, iżda delikata u distintiva.
Togħma:
Togħma mielsa, aromatika u sħuna.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi:
“html:technicalFile.applicationDescriptio”
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
“maxAlcoholStrength” |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
“minAlcoholStrength” |
|
Aċidità totali minima: |
4,5 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
“maxAcidity” |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
“maxSO2” |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 % tal-volum.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 23,0 gramma għal kull litru.
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
-
Mhux applikabbli
7.2. Rendimenti massimi:
L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha
Rossese di Dolceacqua/Dolceacqua
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
9 000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
L-Italja — Rossese N.
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
Iż-żona ġeografika definita tad-DOP Rossese di Dolceacqua/Dolceacqua tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Dolceacqua, Apricale, Baiardo, Camporosso, Castelvittorio, Isolabona, Perinaldo, Pigna, Rocchetta Nervina, San Biagio della Cima u Soldano, il-frazzjoni ta’ Vallecrosia Alta, tal-muniċipalità ta’ Vallecrosia. u dik ta’ Mortola Superiore, S. Bartolomeo Carletti, Ville, Calandri, S. Lorenzo, S. Bernardo, Sant’Antonio, Sealza, Villatella, Calvo-S. Pancrazio, Torri, Verrandi u Calandria di Trucco fil-muniċipalità ta’ Ventimiglia, u dik il-parti tat-territorju tal-muniċipalità ta’ Vallebona li tinsab fuq ix-xatt tal-lemin tan-nixxiegħa Borghetto.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
Karatteristiċi tal-ħamrija: preżenza akbar ta’ sedimenti tal-baħar b’kompożizzjoni mrammla, preżenza ta’ lom. Sawra tal-lom oħxon fil-każ tal-ġebel tar-ramel, sawra fina fil-każ tal-marl. Aspetti topografiċi: bejn 0 u 2 100 m ’il fuq mil-livell tal-baħar, prinċipalment bejn 200 m u 500 m. Aspetti klimatiċi: temperatura medja fiż-żona kkonċernata ta’ 13 °C. L-akbar ammont ta’ xita f’Diċembru b’115 mm, l-inqas ammont ta’ xita f’Lulju b’medja ta’ 17 mm, medja annwali ta’ xita ta’ madwar 680 mm. Fatturi umani rilevanti għar-rabta: dokumentazzjoni kummerċjali bejn Ventimiglia u l-Port ta’ Ġenova, li tmur lura għall-1258–1259, issemmi kwantitajiet sinifikanti ta’ nbid aħmar Vermiglio, li kien bla dubju l-prototip ta’ dak attwali.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga:
Referenzi għall-ismijiet ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar miż-żona sottostanti għad-DOP
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga:
Dment li l-prodott jiġi vinifikat separatament u li dan jiġi ddikjarat speċifikament fid-dikjarazzjoni annwali tal-ħsad, l-ismijiet tal-unitajiet ġeografiċi iżgħar li ġejjin taż-żona li fuqha hija bbażata d-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, jistgħu jintużaw fuq it-tikketta tal-inbejjed Rossese di Dolceacqua/Dolceacqua:
|
(1) |
BRUNETTI |
|
(2) |
GIUNCHEO |
|
(3) |
MIGLIARINA |
|
(4) |
MONTE CURTO |
|
(5) |
PIAN DEL VESCOVO |
|
(6) |
TERRABIANCA |
|
(7) |
ARCAGNA |
|
(8) |
ARMETTA |
|
(9) |
AURIN |
|
(10) |
CASIGLIAN |
|
(11) |
MORGHE |
|
(12) |
PEVERELI |
|
(13) |
POZZUOLO |
|
(14) |
ROSA |
|
(15) |
RUCHIN |
|
(16) |
TRAMONTINA |
|
(17) |
ALPICELLA |
|
(18) |
CURLI |
|
(19) |
SAVOIA |
|
(20) |
BRAE |
|
(21) |
NEGI |
|
(22) |
BERNA |
|
(23) |
LUVAIRA |
|
(24) |
NOVILLA |
|
(25) |
POSAÙ |
|
(26) |
BERAGNA |
|
(27) |
BRAMUSA |
|
(28) |
FERENGHÉ |
|
(29) |
FULAVIN |
|
(30) |
GALEAE |
|
(31) |
PINI |
|
(32) |
SANTA CROCE |
|
(33) |
SETTE CAMMINI |
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga:
L-imballaġġ, inkluż l-ibbottiljar, fiż-żona ġeografika definita
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri:
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika definita
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga:
F’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-imballaġġ, inkluż l-ibbottiljar, irid isir fiż-żona ġeografika definita biex jiġu salvagwardjati l-kwalità u r-reputazzjoni, kif ukoll biex tiġi garantita l-oriġini u tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli.
Referenza elettronika (url) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.masaf.gov.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/23255
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5231/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)