Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It‑Tmien Awla) tal‑11 ta' Ġunju 2009 – Baldesberger vs UASI (forma ta’ pinzetta)

(Kawża T‑78/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ pinzetta – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 25, 28-30)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 1405/2007‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ pinzetta bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Fides B. Baldesberger

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark tridimensjonali, li tirrappreżenta pinzetta, għal prodotti fil-klassi 8 – Applikazzjoni Nru 5480108

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fides B. Baldesberger hija kkundannata għall-ispejjeż.