<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0600485901.case.xml"><NO.CASE>C-56/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006C0056</NO.CELEX><NO.SEQ>0001.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>4861</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4874</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻA C-56/06</LEFT><RIGHT>EURO TEX</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20070125">25 ta' Jannar 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ir-rinviju preżenti mill-Finanzgericht (il-Qorti Distrettwali tat-Taxxa) Diisseldorf, il-Ġermanja, tirrigwarda l-istatus korrett doganali ta' ħwejjeġ użati li Euro Tex Textilverwertung GmbH (<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Euro Tex<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>) kienet ġabret, għażlet u ppakkjat fil-Ġermanja u esportat lejn il-Polonja qabel mal-Polonja kienet membru ta' l-Unjoni Ewropea. L-istatus doganali tal-ħwejjeġ kien irregolat mill-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra, kif emendat (il-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Ftehim ta' Assoċjazzjoni<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>)<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iffirmat fi Brussell fis-<DATE ISO="19911216">16 ta' Diċembru 1991</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" DATE.PUB="1993" PAGE.FIRST="2">ĠU 1993, L 348, p. 2</REF.DOC.OJ>), kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/97 tat-<DATE ISO="19970630">30 ta' Ġunju 1997</DATE> ta' Assoċazzjoni tal-Kunsill, Assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropew u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="221" DATE.PUB="1997" PAGE.FIRST="1">ĠU L 221, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Il-kwistjoni jekk dawn il-ħwejjeġ għandhomx jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>li joriġinaw fil-Komunità<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/> u għaldaqstant għandhomx jibbenefikaw minn tariffi preferenzjali skond il-Ftehim ta' Assoċ-jazzjoni tiddependi fuq jekk l-għażla li jgħaddu minnha tammontax għal <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>xogħol jew ipproċessar suffiċjenti<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] fil-kuntest ta' l-Artikolu 2(1) (b) tal-Protokoll Nru 4 ta' dan il-Ftehim (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Protokoll Nru 4<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>) jew għandux pjuttost jitqies li jaqa' fl-ambitu taddefinizzjoni ta' <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>xogħlijiet sempliċi li jikkonsistu [...] fallinjament (inkluż il-ħolqien ta gruppi ta' oġġetti)<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċ-jali] fl-Artikolu 7(l)(b) tal-Protokoll Nru 4.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni rilevanti</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-ftehim ta' Assoċjazzjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jipprovdi għall-abolizzjoni jew tnaqqis progressiv tad-dazji doganali fuq importazzjonijiet applikabbli fil-Polonja għal prodotti li joriġinaw mill-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 34 jippevedi li l-Protokoll Nru 4 jipprovdi regoli għall-applikazzjoni ta' dawn it-tariffi preferenzjali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4862"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 4 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Għall-iskopijiet ta' dan il-Protokoll:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="2018"/>manifattura<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="2019"/> tfisser kull xorta ta' trattament jew ipproċessar li jinkludi mmontar jew xogħlijiet speċifiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="2018"/>materjal<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="2019"/> tfisser kull ingredjent, materja prima, komponent jew parti, etc, użat fil-manifattura tal-prodott;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Għall-iskop ta' implementazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-prodotti li ġejjin għandhom jitqiesu li joriġinaw mill-Komunità:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>prodotti miksuba kollha fil-Komunità fil-kuntest ta' l-Artikolu 5 ta' dan il-Protokoll;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>prodotti miksuba fil-Komunità li jinkorporaw materjali li ma ġewx miksuba kollha hemm huma, bil-kundizzjoni li dawn il-materjali jkunu għaddew minn xogħol jew ipproċessar fil-Komunità fil-kuntest ta' l-Artikolu 6 ta' dan il-Protokoll;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 2, prodotti li mhumiex miksuba għal kollox fil-Komunità jitqiesu li nħadmu jew li ġew ipproċessati suffiċjentement meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-lista ta' l-Anness II jkunu twettqu.</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-paragraf[u] 1 [...] għand[u] [j]kun[...] applikabbli bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta l-Artikolu 7.<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4863"?><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Bla ħsara għall-paragrafu 2, ix-xogħlijiet li ġejjin għandhom jitqiesu li huma xogħol jew ipproċessar insuffiċjenti biex jikkonferixxu L oriġini tal-prodotti, kemm jekk il-kundizzjonijiet ta' LArtikolu 6 huma sodisfatti jew le:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>xogħlijiet sempliċi li jikkonsistu fi tneħ-ħija ta' trab, tnaqqix jew tgħarbil, għażla, klassifikazzjoni, allinjament (inkluż il-ħolqien ta' gruppi ta' oġġetti), ħasil, żebgħa, qtugħ;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>immontar sempliċi ta' partijiet biex jikkostitwixxu prodott komplut;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>tagħqid ta' żewġ xogħlijiet jew aktar speċifikati fis-subparagrafi (a) sa (f).</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ix-xogħlijiet kollha mwettqa fil-Komunità jew fil-Polonja fuq prodott partikolari għand-hom ikunu kkunsidrati flimkien għad-deter-minazzjoni ta' jekk ix-xogħol jew l-ipproċessar tal-prodott għandux jitqies li huwa insuffiċjenti fil-kuntest tal-paragrafu 1.<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Anness II għall-Protokoll Nru 4 huwa intitolat <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>Lista ta' xogħol jew ipproċessar li għandu jsir fuq prodotti mingħajr oriġini sabiex il-prodott immanifatturat jista' jikseb status ta' oriġini<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċ-jali]. Huwa jinkludi skeda bi tliet kolonni intitolati: <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>intestatura NS Nru<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>In-nomenklatura pprovduta skond il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Utilità Armonizzata, Deskrizzjoni u Sistema ta' Kodiċi, magħrufa normalment bħala <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>Nomenklatura AS<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>, hija nomenklatura internazzjonali għal ħafna użi, amministrata mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana.</P></NOTE>, <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>Deskrizzjoni ta' prodott<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/> u <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>Xogħol jew ipproċessar imwettqa fuq materjali li jikkonferixxu status ta oriġini<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fuq l-isfond ta' l-intestatura AS innumerat <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>Kapitolu 63 preċedenti<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/> u d-deskrizzjoni tal-prodott <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>Prodotti oħra[<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Preżumibbilment, barra mill-prodotti tal-ħwejjeġ koperti miż-żewġ kapitoli preċedenti AS.</P></NOTE>] magħmula minn tessuti mmanifatturati; gruppi; ħwejjeġ użati u prodotti tessili użati; ċraret [...]<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] f'dik l-iskeda, jidher dan li ġej: <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>Manifattura li fiha l-prodotti kollha huma kklasiffikati taħt intestatura oħra minn dik tal-prodott<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><?PAGE NO="I-4864"?><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fin-Nomenklatura AS stess, il-Kapitolu 63 (<QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>Prodotti oħra magħmula minn tessuti mmanifatturati; gruppi; ħwejjeġ użati u prodotti tessili użati; ċraret<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/>) jinkludi taħt lintestatura Numru 6309 <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>Hwejjeġ użati u prodotti użati oħra<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. In-Nota<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li n-noti ta' spjegazzjoni magħmula mill-Kumitat għas-Sistema Armonizzata jistgħu jkunu ta' għajnuna importanti għall-interpretazzjoni ta' l-iskop ta' diversi titoli ta' tariffi, għalkemm m'għandhomx effett legali vinkolanti (sentenza ta' l-<DATE ISO="19951214">14 ta' Diċembru 1995</DATE>, (Colin u Dupre, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-106/94+C-139/94" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-4759">C-106/94 u C-139/94, Ġabra p. I-4759, punt 21</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> 3 għall-Kapitolu 63 tipprovdi: <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>Sabiex jiġu kklassifikati taħt din lintestatura, il-prodotti [...] għandhom juru sinjali ta' użu sostanzjali, u [...] ikunu ppreżentati fi kwantità kbira jew f'soror, fi xkejjer jew ippakkettjar simili<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-Konvenzjoni ta' Kyoto</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta' Kyoto dwar is-semplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' proċeduri doganali (il-<QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>Konvenzjoni ta' Kyoto<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/> jew il-<QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>Konvenzjoni<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/>) kienet oriġinarjament ġiet adottatafl-1973<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-Konvenzjoni ta' Kyoto ġiet irriveduta f'Ġunju 1999. IIKonvenzjoni rriveduta daħlet fis-seħħ fi Frar 2006. Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ċċitati f'dawn il-konklużjo-nijiet huma mit-test oriġinali, applikabbli fiż-żmien rilevanti.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-Komunità Ewropea hija parti kontraenti mill-Konvenzjoni ta' Kyoto.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 jipprovdi li kull parti kontraenti <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>għandha tippromwovi s-semplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali u, għal dan il-għan, tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, ma' l-istandards u mal-prattiċi rrakkomandati fl-Annessi ta' din il-Konvenz-joni<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Anness D.l tal-Konvenzjoni, <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>L-Anness li jikkonċerna regoli ta' oriġini<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/> ġie aċċettat f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/415/KEE<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19770603">3 ta' Ġunju 1977</DATE>, li taċċetta f'isem il-Komunità diversi Annessi għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-semplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' proċeduri doganali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="166" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU 1977, L 166, p. 1</REF.DOC.OJ>). L-aċċettazzjoni ma kinitx estiża għall-istandards 7 u 8 u l-prattika rakkomandata 10, li lebda wieħed minnhom mhuwa madankollu in kwistjoni f'dan il-każ.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustiz-zja rriferiet għall-Anness D.l meta kienet qed tinterpreta r-regoli ta' oriġini fil-leġiżlaz-zjoni Komunitarja<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19891213">13 ta' Diċembru 1989</DATE>, Brother International(<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-26/88" YEAR="1989" PAGE.ECR="4253">C-26/88, Ġabra p. I-4253, punti 15 sa 21</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-istandard<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta' Kyoto jipprovdi li l-istandards huma <QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>dawk id-dispożizzjonijiet li l-applikazzjoni ġenerali tagħhom hija rrikonoxxuta bħala neċessarja għall-adempiment ta' l-armonizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-proċeduri doga-nali<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NOTE> 3 fl-Anness D.l jipprovdi li fejn tnejn jew aktar pajjiżi kellhom sehem filproduzzjoni ta' merkanzija, l-oriġini tal-merkanzija għandha tiġi stabbilita skond ilkriterju ta' trasformazzjoni sostanzjali, li abbażi tiegħu <QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>l-oriġini jiġi deċiż billi jiġi kkunsidrat bħala l-pajjiż ta' oriġini l-pajjiż li fih l-aħħar manifattura jew ipproċessar<?PAGE NO="I-4865"?> sostanzjali, meqjusa li huma suffiċjenti biex jagħtu lill-prodott il-karattru essenzjali, tkun saret<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/> [definizzjoni (c) fl-Anness D.l].</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>In-nota<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-Artikolu 4 jipprovdi li n-noti <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>għandhom jindikaw ftit millazzjonijiet possibbli li jistgħu jittieħdu b'applikazzjoni ta' l-istandard [...] ikkonċernat<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NOTE> 1 għall-istandard 3 tipprovdi li fil-prattika l-kriterju ta' trasformazzjoni sostanzjali jista' jiġi espress b'regola li tkun trid bidla ta' intestatura ta' tariffa f'nomenklatura speċifikata blisti ta' eċċezzjonijiet, u/jew minn lista ta' xogħlijiet ta' manifattura u pproċessar li jagħtu jew ma jagħtux, lillmerkanzija, l-oriġini tal-pajjiż li fih dawk ix-xogħlijiet ikunu saru, u/jew bir-regola ta' perċentwali <HT TYPE="ITALIC">ad valorem,</HT> meta jew il-perċent-wali tal-valur tal-materjal utilizzat jew il-perċentwali tal-valur miżjud jilħaq livell speċifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>In-nota 2 ta' l-istandard 3 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>Il-listi ta' eċċezzjonijiet jistgħu jiċċitaw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ix-xogħlijiet ta' manifattura jew ippro-ċessar li, għalkemm iġibu magħhom bidla fl-intestatura ta' klassifikazzjoni ta' tariffa, mhumiex meqjusa li huma sostanzjali jew huma sostanzjali biss taħt ċerti kundizzjonijiet biss;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ix-xogħlijiet ta' manifattura jew ippro-ċessar li, għalkemm ma jġibux bidla fl-intestatura ta' klassifikazzjoni ta' tariffa, huma meqjusa li huma sostanzjali taħt ċerti kundizzjonijiet.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Il-kundizzjonijiet li jirreferu għalihom a u b jistgħu jolqtu jew lil xi tip ta' trattament li jkunu għaddew minnu l-oġġetti jew lil xi regola ta' perċentwali <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT><QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-istandard 6 fl-Anness D.l jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>Xogħlijiet li ma jikkontribwixxux jew li jikkontribwixxu biss f'miżura żgħira għall-karatteristiċi jew kwalitajiet essenzjali ta' l-oġġetti, u b'mod speċjali xogħlijiet limitati għal wieħed jew aktar minn dawk elenkati hawn taħt, m'għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu manifattura jew ipproċessar sostanzjali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>xogħlijiet meħtieġa għall-preżervazzjoni ta' oġġetti waqt it-trasport u l-ħażna;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>xogħlijiet biex jittejjeb l-imballaġġ jew il-kwalità għall-bejgħ fis-suq ta' l-oġġetti<?PAGE NO="I-4866"?> jew biex jiġu ppreparati għal ġarr fuq vapur, bħal qsim ta' tagħbija, tqegħid flimkien ta' pakketti, tqassim ; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>xogħlijiet ta' muntaġġ sempliċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>taħlit ta' oġġetti ta' oriġini differenti, sakemm il-karatteristiċi tal-prodott li jirriżulta mhumiex essenzjalment differenti mill-karatteristiċi ta' l-oġġetti li ġew imħallta.<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-proċedimenti prinċipali u r-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Euro Tex operat faċilità ċċertifikata għar-rimi ta' l-iskart fil-Ġermanja għal ġbir, trasport, ħażna u pproċessar ta' ħwejjeġ użati u tessili.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>In kwistjoni f'dan il-każ huwa l-proċess li bih Euro Tex għażlet il-prodotti. Id-digriet tar-rinviju jiddeskrivi dan il-proċess kif ġej:</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-ewwel stadju kien li jneħħi kull skart minn fuq il-prodotti li kienu ġew miġbura u li jisseparahom foġġetti b'użu u mingħajr użu. Ħwejjeġ mingħajr użu ġew isseparati ulterjorment skond jekk jistgħux jiġu rriċik-lati mod ieħor (għal produzzjoni ta' ħajt, ħwejjeġ ta' tindif u rqajja', materjal ta' insulazzjoni).</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>It-tieni stadju kien dak ta' separazzjoni oħra ta' l-oġġetti fi ħwejjeġ, żraben, ħwejjeġ ta' tindif u materjal irriċiklat, tessili tad-dar u ħwejjeġ ta' nisa, irġiel u tfal.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>It-tielet stadju kien ta' allinjament iktar dettaljat<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Jiena użajt il-verb Ingliż <QUOT.START ID="QS0033" REF.END="QE0033" CODE="201C"/>to match,<QUOT.END ID="QE0033" REF.START="QS0033" CODE="201D"/> u l-forom li joħorġu minnu, fejn id-digriet tar-rinviju juża t-terminu Ġermaniż <QUOT.START ID="QS0034" REF.END="QE0034" CODE="201C"/>sortieren<QUOT.END ID="QE0034" REF.START="QS0034" CODE="201D"/> u l-forom li joħorġu minnu. Dan l-użu jirrifletti t-terminu użat fl-Artikolu 7(l)(b) tal-Protokoll Nru 4 għal ħames (jekk <QUOT.START ID="QS0035" REF.END="QE0035" CODE="201C"/>tnaqqix jew tgħarbil<QUOT.END ID="QE0035" REF.START="QS0035" CODE="201D"/> jitqiesu li huma operazzjoni waħda) tipi ta' operazzjoni deskritta fih (<QUOT.START ID="QS0036" REF.END="QE0036" CODE="201C"/>matching<QUOT.END ID="QE0036" REF.START="QS0036" CODE="201D"/> jew <QUOT.START ID="QS0037" REF.END="QE0037" CODE="201C"/>Sortieren<QUOT.END ID="QE0037" REF.START="QS0037" CODE="201D"/>). It-tielet tip ta' operazzjoni, <QUOT.START ID="QS0038" REF.END="QE0038" CODE="201C"/>sorting<QUOT.END ID="QE0038" REF.START="QS0038" CODE="201D"/> bl-Ingliż u <QUOT.START ID="QS0039" REF.END="QE0039" CODE="201C"/>Aussondern<QUOT.END ID="QE0039" REF.START="QS0039" CODE="201D"/> bil-Ġermaniż, huwa msemmi biss fil-qasir mill-qorti tar-rinviju u mhuwiex is-suġġett tad-domanda magħmula.</P></NOTE>: ħwejjeġ u aċċessorji kienu mqabbla b'riferiment għal kwalità ta' materjal u kriterji oħra skond ix-xewqat talkonsumatur faktar minn 80 kategoriji differenti<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Id-digriet tar-rinviju jagħti bħala eżempju lista ta' 37 kategoriji ta' ħwejjeġ tan-nisa. Dawn il-kategoriji jinkludu oġġetti bħal ilbiesi, dbielet, qliezet u blawsijiet maqsuma f'kategoriji oħra (prinċipalment skond il-materjal), flimkien ma' kategoriji addizzjonali bħal qliezet ta' taħt, ċinturini, xalla għar-ras tal-ħarir, bikini u inċirati tas-suldati.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4867"?><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Euro Tex impjegat minn sitta sa tmienja min-nies sabiex iwettqu l-allinjament, li kien isir kollu bl-idejn. L-impjegati kellhom ifittxu l-ewwel u qabel kollox artikoli b'mod partikolari tal-moda mqabbla skond il-kategoriji tal-konsumaturi. L-applikanti kienu mħarrġa minn ġimgħa sa erba' ġimgħat. Huma jingħataw post permanenti biss jekk huma jistgħu jirrikonoxxu t-tendenzi tal-moda.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fl-1998 u fl-1999 Euro Tex ikkunsinnat tessili mqabbla ppakkjati fi xkejjer lil bejjie-għa bl-imnut fil-Polonja. Tqajmet kwistjoni mad-dipartiment tat-taxxa konvenut firrigward ta' l-oriġini tal-merkanzija. Euro TX ma setgħetx (kif mistenni) tipprovdi evidenza ta' dik l-oriġini. Hija argumentat li x-xogħlijiet tagħha kienu suffiċjenti sabiex jagħtu oriġini lill-prodotti Komunitarji. IIkwistjoni waslet quddiem il-Finanzgericht Diisseldorf, li għamel id-domanda li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0040" REF.END="QE0040" CODE="201C"/>Ix-xogħlijiet ta' allinjament deskritti f'iktar dettall f'dan id-digriet imorru lil hinn mix-xogħlijiet sempliċi ta' allinjament għall-għa-nijiet ta' l-Artikolu 7(1)(b) tal-Protokoll Nru 4 [tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni]?<QUOT.END ID="QE0040" REF.START="QS0040" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippre-żentati minn Euro Tex u l-Kummissjoni. Lebda seduta ma ntalbet u ma saritx waħda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Kunsiderazzjonijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ix-xogħ-lijiet imwettqa minn Euro Tex fuq ħwejjeġ abbandunati li ma jistax jiġi muri li joriġinaw kollha mill-Komunità huma suffiċjenti sabiex jagħtu oriġini Komunitarja fuq il-prodott finali, jiġifieri ħwejjeġ użati magħżula u mqabbla.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) (b) tal-Protokoll Nru 4 jipprovdi li prodotti li ma nkisbux għal kollox fil-Komunità għandhom jitqiesu li huma prodotti li joriġinaw fil-Komunità sakemm ikunu ġew <HT TYPE="ITALIC">màhduma jew ipproċessati suffiċ-jentement</HT> fil-Komunità fil-kuntest ta' l-Artikolu 6 tiegħu. L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) jipprovdi li l-kundizzjonijiet sabiex ikunu <QUOT.START ID="QS0041" REF.END="QE0041" CODE="201C"/>maħduma suffiċjentement<QUOT.END ID="QE0041" REF.START="QS0041" CODE="201D"/> huma kif ipprovduti fl-Anness II.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4868"?><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-Anness II jipprovdi li għall-oġġetti użati li jaqgħu fl-ambitu tal-Kapitolu 63 tan-Nomenklatura AS, li tinkludi l-merkanzija in kwistjoni, ix-xogħol jew l-ipproċessar li jagħtu status ta' oriġini hija kull manifattura li fiha l-materjali kollha użati jiġu kklassifikati f intestatura oħra barra minn dik tal-prodott L-Artikolu l(a) tal-Protokoll Nru 4 jiddefinixxi <QUOT.START ID="QS0042" REF.END="QE0042" CODE="201C"/>manifattura<QUOT.END ID="QE0042" REF.START="QS0042" CODE="201D"/> bħala <QUOT.START ID="QS0043" REF.END="QE0043" CODE="201C"/>kull xorta ta' trattament jew ipproċessar li jinkludi mmontar jew xogħlijiet speċifiċi<QUOT.END ID="QE0043" REF.START="QS0043" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fiż-żmien rilevanti — jiġifieri meta ġew esportati mill-applikant, u għalhekk wara li ġew magħżula u mqabbla minn Euro Tex — l-oġġetti użati in kwistjoni f'dan il-każ waqgħu taħt l-intestatura 6309 tan-Nomenklatura NS: ħwejjeġ użati u artikoli użati oħra li juru sinjali ta' użu kunsiderevoli u li huma ppreżentati f'soror, fi xkejjer jew ippakkettjar simili. L-oriġini Komunitarja għalhekk tin-għata bl-iskop ta' l-Artikolu 2(l)(b) tal-Protokoll Nru 4 biss jekk il-materjali kollha użati fix-xogħlijiet ta' l-applikant jiġu kklassifikati fintestatura oħra barra 6309.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tipprovdi, u jidher li hija bażi komuni bejn iż-żewġ partijiet, li dan huwa l-każ: għalkemm dawn il-materjali stess huma ħwejjeġ użati, huma mhumiex ippakkettjati fsoror, fi xkejjer jew kontenituri simili qabel ma jiġu suġġetti għax-xogħlijiet ta' Euro Tex, u għalhekk ma jaqgħux taħt l-intestatura 6309.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra wkoll li x-xogħlijiet ta' Euro Tex jaqgħu fl-ambitu taddefinizzjoni wiesgħa ta' <QUOT.START ID="QS0044" REF.END="QE0044" CODE="201C"/>manifattura<QUOT.END ID="QE0044" REF.START="QS0044" CODE="201D"/> fl-Artikolu l(a) tal-Protokoll Nru 4, jiġifieri <HT TYPE="ITALIC">kull xorta</HT> ta' trattament jew ipproċessar li jinkludi xogħlijiet speċifiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għalkemm l-artikoli użati esportati jissodisfaw għalhekk <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> l-kundizzjonijiet għal ksib ta' status ta' oriġini taħt l-Artikolu 6(1) tal-Protokoll Nru 4, l-Artikolu 7(l)(b) tiegħu jipprovdi li wħud mix-xogħli-jiet, inkluż trattament jew ipproċessar permezz ta' <QUOT.START ID="QS0045" REF.END="QE0045" CODE="201C"/>xogħlijiet sempliċi li jikkonsistu f[...]għażla, [u/jew<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-Artikolu 7(l)(g) jipprovdi li tagħqid ta' żewġ operazzjonijiet jew aktar speċifikati fis-subparagrafu (b) mhuwiex suffiċjenti sabiex jikkonferixxi status ta' prodotti ta' oriġini.</P></NOTE>] allinjament (inkluż il-ħolqien ta' gruppi ta' oġġetti)<QUOT.END ID="QE0045" REF.START="QS0045" CODE="201D"/>, mhumiex suffiċjenti sabiex jagħtu din il-karatteristika. Huwa ċar mill-Artikolu 6(3) li l-Artikolu 7(1) (b) ser jiġi qabel l-Artikolu 6(1). Għalhekk jekk ix-xogħlijiet ta' Euro Tex jaqgħu fl-ambitu ta' l-Artikolu 7(l)(b), il-ħwejjeġ użati magħżula u mqabbla mhumiex ser jitqiesu li joriġinaw mill-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tidher li taċċetta li x-xogħlijiet ta' għażla mwettqa minn Euro Tex<?PAGE NO="I-4869"?> (preżumibbilment fl-ewwel u fit-tieni stadji deskritti fil-punti 20 u 21 iktar 'il fuq) huma xogħlijiet <QUOT.START ID="QS0046" REF.END="QE0046" CODE="201C"/>sempliċi<QUOT.END ID="QE0046" REF.START="QS0046" CODE="201D"/> ta' għażla għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7(1) (b). Ma hemm xejn li jissuġġerixxi li l-partijiet jikkontestaw din l-opinjoni. L-istatus doganali tal-prodotti esportati huwa għalhekk iddeterminat skond jekk l-għażla mwettqa minn Euro Tex fittielet stadju taqax ukoll fl-ambitu ta' dak l-Artikolu. Din, essenzjalment, hija ddomanda magħmula.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Euro Tex tissottometti li x-xogħlijiet tagħha ta' għażla mhumiex <QUOT.START ID="QS0047" REF.END="QE0047" CODE="201C"/>xogħlijiet sem-pliċi li jikkonsistu fi [...] allinjament<QUOT.END ID="QE0047" REF.START="QS0047" CODE="201D"/> filkuntest ta' l-Artikolu 7(1)(b). Il-Kummissjoni għandha l-opinjoni opposta.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Kif tinnota l-qorti tar-rinviju, interpretazzjoni litterali tal-verżjoni Ingliża ta' l-Artikolu 7(1)(b)<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>U tabilħaqq il-verżjoni Żvediża (<QUOT.START ID="QS0048" REF.END="QE0048" CODE="201C"/>Enkel behandling bestàende i [...] hoppassning [...]<QUOT.END ID="QE0048" REF.START="QS0048" CODE="201D"/>) u Olandiża (<QUOT.START ID="QS0049" REF.END="QE0049" CODE="201C"/>eenvoudige verrichingen zoals [...] assorteren [...]<QUOT.END ID="QE0049" REF.START="QS0049" CODE="201D"/>).</P></NOTE> tissuġġerixxi li x-xogħlijiet kollha elenkati f'dan l-Artikolu huma neċessarjament <QUOT.START ID="QS0050" REF.END="QE0050" CODE="201C"/>xogħlijiet sempliċi<QUOT.END ID="QE0050" REF.START="QS0050" CODE="201D"/> fl-ambitu tiegħu<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-Artikolu 7 huwa fost diversi dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 4 li kienu ssostitwiti b'effett mill-<DATE ISO="20010101">1 ta' Jannar 2001</DATE> b'Deċiżjoni Nru 4/2000 tal-Kunsill ta' Assoċazzjoni bejn l-UE u l-Polonja tad-<DATE ISO="20001229">29 ta' Diċembru 2000</DATE>, li temenda l-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim Ewropew mal-Polonja dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0051" REF.END="QE0051" CODE="201C"/>oriġini tal-prodotti<QUOT.END ID="QE0051" REF.START="QS0051" CODE="201D"/> u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="019" DATE.PUB="2001" PAGE.FIRST="29">ĠU 2001, L 19, p. 29</REF.DOC.OJ>). L-Artikolu 7(1) (j), li jissostitwixxi parzjalment l-Artikolu 7(l)(b), ma jirriferix aktar għal <QUOT.START ID="QS0052" REF.END="QE0052" CODE="201C"/>operazzjonijiet sempliċi<QUOT.END ID="QE0052" REF.START="QS0052" CODE="201D"/>, iżda jkopri biss <QUOT.START ID="QS0053" REF.END="QE0053" CODE="201C"/>tnaqqix, tgħarbil, għażla, klassifikazzjoni, gradazzjoni, tqabbil; (inkluż il-ħolqien ta' gruppi ta' oġġetti)<QUOT.END ID="QE0053" REF.START="QS0053" CODE="201D"/>. Filwaqt li lpreambolu għad-deċiżjoni li temenda jipprovdi li xi <QUOT.START ID="QS0054" REF.END="QE0054" CODE="201C"/>emendi tekniċi huma meħtieġa sabiex jiġu korretti l-anomaliji bejn il-verżjonijiet differenti tal-lingwa tat-test<QUOT.END ID="QE0054" REF.START="QS0054" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (premessa 1), huwa jinnota wkoll li l-lista insuffiċ-jenti ta' manifattura u pproċessar <QUOT.START ID="QS0055" REF.END="QE0055" CODE="201C"/>teħtieġ li tiġi emendata sabiex tiġi assigurata interpretazzjoni adegwata u tieħu in kunsiderazzjoni l-bżonn li jiġu inklużi wħud mill-operazzjonijiet mhux koperti preċedentement minn din il-lista<QUOT.END ID="QE0055" REF.START="QS0055" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (premessa 2). Għalhekk, id-Deċiżjoni Nru 4/2000 ma ssostnix b'mod inekwivoku waħda jew l-oħra mill-interpretazzjonijiet ta' l-Artikolu 7(l)(b).</P></NOTE>. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Jiena kkunsidrajt waħda biss minn dawn il-lingwi li kienu lingwi uffiċjali meta d-Deċiżjoni Nru 1/97, li ssostitwixxiet il-Protokoll Nru 4 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bil-verżjoni in kwistjoni f'dan il-każ, ġiet iffirmata (fit-<DATE ISO="19970630">30 ta' Ġunju 1997</DATE>).</P></NOTE>, madankollu, jistgħu jfissru wkoll li biss dawk ix-xogħlijiet elenkati li huma fil-fatt sempliċi aktar milli kumplessi huma koperti<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Bħala eżempju, il-verżjoni Franċiża hija <QUOT.START ID="QS0056" REF.END="QE0056" CODE="201C"/>les operations simples de depoussierage, de criblage, de triage, de classement, d'assortiment (y compris la composition de jeux de marchandises), de lavage, de peinture, de decoupage<QUOT.END ID="QE0056" REF.START="QS0056" CODE="201D"/> u l-Ġermaniża <QUOT.START ID="QS0057" REF.END="QE0057" CODE="201C"/>einfaches Entstauben, Sieben, Aussondern, Einordnen, Sortieren (einschlieftlich des Zusammenstellens von Sortimenten), Waschen, Anstreichen, Zerschneiden<QUOT.END ID="QE0057" REF.START="QS0057" CODE="201D"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni targumenta favur l-interpretazzjoni preċedenti. Hija ssostni li mhemm l-ebda distinzjoni bejn <QUOT.START ID="QS0058" REF.END="QE0058" CODE="201C"/>xogħlijiet sempliċi<QUOT.END ID="QE0058" REF.START="QS0058" CODE="201D"/> ta' allinjament, imsemmi fl-Artikolu 7(1)(b), u xogħlijiet ta' allinjament aktar kumpless. Xogħlijiet ta' <QUOT.START ID="QS0059" REF.END="QE0059" CODE="201C"/>allinjament (inkluż il-ħolqien ta' ġruppi ta' oġġetti)<QUOT.END ID="QE0059" REF.START="QS0059" CODE="201D"/> huma msemmija flimkien ma' attivitajiet oħra, jiġifieri tneħħija ta' trab, tnaqqix jew tgħarbil, għażla, klassifikazzjoni, ħasil, żebgħa u qtugħ.<?PAGE NO="I-4870"?> Iż-żieda ta' l-aġġettiv <QUOT.START ID="QS0060" REF.END="QE0060" CODE="201C"/>sempliċi<QUOT.END ID="QE0060" REF.START="QS0060" CODE="201D"/> hija biss spjegattiva. Tista' tiġi mxekkla ċ-ċertezza legali li kieku l-awtoritajiet kellhom jiddistingwu bejn xogħlijiet sempliċi u kumplessi ta' tneħħija ta' trab, tnaqqix jew tgħarbil, għażla, klassifikazzjoni, allinjament, etc. Pjuttost, dawn l-attivitajiet kollha huma kkunsidrati sempliċi u għalhekk ma jagħtux status ta' oriġini lill-prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Jien ma naqbilx.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċertezza legali, hemm subparagrafi oħra ta' l-Artikolu 7(1) tal-Protokoll Nru 4 li huma limitati għal xogħlijiet sempliċi u għalhekk jidhru li jirrikjedu l-awtoritajiet li jagħmlu distinzjoni bejn xogħlijiet sempliċi u kumplessi. L-Artikolu 7(l)(c)(ii), bħala eżempju, jirreferi għal <QUOT.START ID="QS0061" REF.END="QE0061" CODE="201C"/>it-tqegħid sempliċi fi fliexken, vażetti, boroż, kaxxi, kartun, twaħħil fuq skedi jew tabelli, etc, u x-xogħlijiet sempliċi l-oħrajn kollha ta' imballaġġ<QUOT.END ID="QE0061" REF.START="QS0061" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-Artikolu 7(1)(e) jirreferi għal <QUOT.START ID="QS0062" REF.END="QE0062" CODE="201C"/>taħlit sempliċi ta' prodotti<QUOT.END ID="QE0062" REF.START="QS0062" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] u l-Artikolu 7(l)(f) jirreferi għal <QUOT.START ID="QS0063" REF.END="QE0063" CODE="201C"/>assemblaġġ sempliċi ta' partijiet ta' prodotti biex jikkostitwixxu prodott kom-plut<QUOT.END ID="QE0063" REF.START="QS0063" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ma nara lebda raġuni sabiex ma jiġix segwit dak li jidhirli huwa l-qari l-aktar naturali ta' dan l-Artikolu fil-maġġoranza tal-lingwi rilevanti, fis-sens li, mix-xogħlijiet elenkati fih, huwa jkopri biss dawk li huma fil-fatt <QUOT.START ID="QS0064" REF.END="QE0064" CODE="201C"/>sempliċi<QUOT.END ID="QE0064" REF.START="QS0064" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni aktar stretta ta' l-Artikolu 7(1) (b) hija barra minn hekk konsistenti mal-karatteristika tiegħu bħala eċċezzjoni għar-regola ġenerali fl-Artikolu 6 (1) li prodotti li mhumiex miksuba għal kollox fil-Komunità jitqiesu li huma maħ-duma jew ipproċessati suffiċjentement meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II jitwettqu.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>F'dan il-każ, din il-kundizzjoni hi li lmaterjali kollha użati jiġu kklassifikati f'in-testatura oħra minn dik tal-prodott maħdum jew ipproċessat. Hija bażi komuni li din il-kundizzjoni tiġi sodisfatta. Isegwi minn dan iktar 'il fuq li jekk ix-xogħlijiet ta' allinjament in kwistjoni jikkonferixxu status ta' oriġini jew le jiddependi minn jekk humiex sempliċi jew kumplessi. Fil-każ preċedenti, huma jaqgħu taħt l-Artikolu 7(1)(b) u ma jikkonferixxux status ta' oriġini.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta' Kyoto tipprovdi ċerta gwida dwar fejn għandha tinqata' l-linja diviżorja bejn xogħlijiet sempliċi u kumplessi ta allinjament.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Huwa ċar mill-istandard 3 u d-definizzjoni (ċ) fl-Anness D.l li, fejn aktar pajjiżi kellhom sehem fil-produzzjoni ta' merkanzija,<?PAGE NO="I-4871"?> l-oriġini tal-merkanzija għal skopijiet doganali jiddependi minn fejn <QUOT.START ID="QS0065" REF.END="QE0065" CODE="201C"/>l-aħħar manifattura jew ipproċessar sostanzjali, <HT TYPE="ITALIC">meqjusa li hija suffiċjenti biex jagħtu lill-prodott il-karattru essenzjali,</HT> tkun saret<QUOT.END ID="QE0065" REF.START="QS0065" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Enfasi miżjuda.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Mill-istandard 6 fl-Anness D.l jirriżulta li <QUOT.START ID="QS0066" REF.END="QE0066" CODE="201C"/>manifattura jew ipproċessar sostanzjali'<QUOT.END ID="QE0066" REF.START="QS0066" CODE="201D"/> ma tinkludix xogħlijiet <QUOT.START ID="QS0067" REF.END="QE0067" CODE="201C"/>li ma jikkontribwixxux jew li jikkontribwixxu biss f'miżura żgħira għall-karatteristiċi jew kwalitajiet essenzjali ta' l-oġġetti<QUOT.END ID="QE0067" REF.START="QS0067" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Enfasi miżjuda.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-eżempji ta' xogħlijiet bħal dawn li huma mogħtija fi Standard 6 jinkludu <QUOT.START ID="QS0068" REF.END="QE0068" CODE="201C"/>(b) xogħlijiet biex jittejjeb l-imballaġġ jew il-kwalità għall-bejgħ fis-suq ta' l-oġġetti jew biex jiġu ppreparati għal ġarr fuq vapur, bħal qsim ta' tagħbija, tqegħid flimkien ta' pakketti, tqassim<QUOT.END ID="QE0068" REF.START="QS0068" CODE="201D"/> u <QUOT.START ID="QS0069" REF.END="QE0069" CODE="201C"/>(d) taħlit ta' oġġetti ta' oriġini differenti, sakemm il-karatteristiċi tal-prodott li jirriżulta mhumiex essenzjalment differenti mill-karatteristiċi ta' l-oġġetti li ġew imħallta<QUOT.END ID="QE0069" REF.START="QS0069" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>L-ebda wieħed minn dawn l-eżempji ma jispeċifika li x-xogħlijiet ikkonċernati għand-hom ikunu sempliċi sabiex jaqgħu taħt din id-definizzjoni. Madankollu, billi huma mogħtija bħala eżempji ta' proposta ġenerali, huma għandhom jiġu interpretati b'riferi-ment għal din il-proposta. Dak li hu rilevanti, għalhekk, huwa jekk ix-xogħlijiet jikkontribwixxux aktar minn f'miżura żgħira għall-karatteristiċi jew kwalitajiet essenzjali ta' l-oġġetti.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, abbażi tal-fatti, jekk huwiex hekk f'dan il-każ. Jekk ix-xogħlijiet ta' allinjament in kwistjoni jikkontribwixxu għal aktar minn miżura żgħira għall-karatteristiċi jew kwalitajiet essenzjali tal-prodotti finali, jiġifieri l-ħwejjeġ magħżula u allinjati, huma ma jaqgħux taħt l-eżempju (d) jew, b'mod aktar ġenerali, l-istandard 6 fl-Anness D.l, u għaldaqstant ma jkunux xogħlijiet sempliċi fil-kuntest ta' l-Artikolu 7(l)(b).</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Jekk madankollu, kif jissuġġerixxi ddigriet tar-rinviju, l-allinjament jirriżulta, per eżempju, fl-oġġetti kollha ta' l-istess kategorija (bħal flokkijiet tal-ħarir, blowsijiet tas-suf jew jeans) li huma ppakkettjati flimkien, jien ma nista' nara l-ebda raġuni<?PAGE NO="I-4872"?> biex nikkunsidra li dan ix-xogħol jikkontribwixxi għall-karatteristiċi jew kwalitajiet essenzjali tal-prodott finali, billi huma ser jibqgħu l-istess bħall-karatteristiċi jew kwalitajiet essenzjali tal-prodotti oriġinali abbandunati.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali qegħda b'mod ċar fl-aħjar pożizzjoni sabiex tevalwa s-sottomissjoni ta' Euro Tex<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Jiena ma kkunsidrajtx it-tliet sottomissjonijiet l-oħra ta' Euro Tex billi huma jqajmu kwistjonijiet li mhumiex rilevanti għall-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(l)(b) tal-Protokoll Nru 4, li huwa l-uniku suġġett in kwistjoni tad-domanda rrinvijata. (Dawn is-sottomissjonijiet huma essenzjalment li l-ħwejjeġ użati huma (i) ta' oriġini Komunitarja qabel ma jkunu suġġetti għax-xogħlijiet tagħha, permezz tal-bdil flintestatura fit-tariffa minn ħwejjeġ ġodda għal ħwejjeġ użati; (ii) <QUOT.START ID="QS0070" REF.END="QE0070" CODE="201C"/>skart<QUOT.END ID="QE0070" REF.START="QS0070" CODE="201D"/> taħt id-definizzjoni tal-liġi Komunitarja, billi l-oriġini tagħhom tiddependi fuq il-persuna li abbandunathom u l-Istat ta' residenza tagħha; u/jew (iii) <QUOT.START ID="QS0071" REF.END="QE0071" CODE="201C"/>oġġetti użati miġbura [fil-Komunità] tajbin biss għall-irkupru tal-materja prima [...] jew għal użu bħala skart<QUOT.END ID="QE0071" REF.START="QS0071" CODE="201D"/>, li permezz ta' l-Artikolu 5(l)(h) tal-Protokoll Nru 4 għandhom jitqiesu li nkisbu kollha fil-Komunità.)</P></NOTE> li x-xogħlijiet tagħha mhumiex xogħlijiet sempliċi ta' allinjament għall-iskop ta' l-Artikolu 7(1)(b) billi r-riċiklaġġ jinvolvi għażla f'numru ta' kategoriji. Euro Tex tikkunsidra li <QUOT.START ID="QS0072" REF.END="QE0072" CODE="201C"/>xogħol sempliċi [...] li jikkonsisti f' [...]allinjament<QUOT.END ID="QE0072" REF.START="QS0072" CODE="201D"/> għandu tifsira totalment differenti, kif jirriżulta mill-ispeċifikazzjoni inkluża f'dan l-Artikolu <QUOT.START ID="QS0073" REF.END="QE0073" CODE="201C"/>(inkluż il-ħolqien [Zusammenstellen] ta' ġruppi ta' oġġetti)<QUOT.END ID="QE0073" REF.START="QS0073" CODE="201D"/>, li ma jirrikjedi l-ebda abbiltà li jmur lil hinn mill-allinjament tal-blu ma' blu, etc. Euro Tex tiddikjara li x-xogħlijiet ta' allinjament tagħha, għall-kun-trarju, jinvolvu l-abbiltà li jiddistingwu abbażi ta' drapp, kwalità u kompożizzjoni [Zusammensetzung], u jirrikjedu tagħrif, li t-taħriġ għalih huwa neċessarju, ta' tendenzi tal-moda, tal-bżonnijiet speċifiċi ta' diversi Stati u tal-kwalità tad-drapp.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Bħala l-unika qorti fattwali, il-qorti nazzjonali għandha tiddeċiedi jekk Euro Tex irnexxilhiex turi li x-xogħlijiet ta' allinjament imwettqa mill-impjegati tagħha huma kumplessi aktar milli sempliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Finalment, nixtieq nagħmel punt qasir fuq il-kwistjoni tal-valur miżjud.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tiddikjara li kien biss permezz ta' l-ipproċessar ta' Euro Tex li l-oġġetti li ġabret, li ma kellhomx valur f'dak il-ħin, akkwistaw xi kwalunkwe valur (bejn wieħed u ieħor DEM 0,70 u 1,00 DM, jew EUR 0,36 għal 0,51 kull kilogramm). Flopinjoni tagħha, il-fatt li l-allinjament u l-għażla ta' Euro Tex jagħtu valur miżjud lillħwejjeġ<?PAGE NO="I-4873"?> użati kkonferma li dawn ix-xogħlijiet ikkostitwixxew l-istadju ta' produzzjoni deċi-żiv.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-kriterju ta' <QUOT.START ID="QS0074" REF.END="QE0074" CODE="201C"/>stadju ta' produzzjoni deċiżiv<QUOT.END ID="QE0074" REF.START="QS0074" CODE="201D"/> ġej mill-ġurisprudenza<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi tas-<DATE ISO="19770126">26 ta' Jannar 1977</DATE>, Gesellschaft fiir Uberseehandel (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="49/76" YEAR="1977" PAGE.ECR="41">49/76, Ġabra p. 41</REF.DOC.ECR>) u Brother International (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 8).</P></NOTE> tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq leġiżlazzjoni Komunitarja ġenerali dwar l-istatus ta' oriġini<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 802/68 tas-<DATE ISO="19680627">27 ta' Ġunju 1968</DATE> fuq id-definizzjoni komuni tal-kunċett ta' l-oriġini ta' merkanzija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="148" DATE.PUB="1968" PAGE.FIRST="1">ĠU L 148, p. 1</REF.DOC.OJ>). Dan l-Artikolu jipprovdi: <QUOT.START ID="QS0075" REF.END="QE0075" CODE="201C"/>Prodott li fil-produzzjoni tiegħu kienu kkonċer-nati żewġ Stati jew aktar għandu jitqies li joriġina fl-Istat fejn l-aħħar proċess sostanzjali jew operazzjoni li hija ekonomikament iġġustifikata kienet saret, imwettqa f'impriża mgħammra għal dan l-iskop, u li tirriżulta fil-manifattura ta' prodott ġdid jew li jirrappreżenta stadju importanti ta' manifattura<QUOT.END ID="QE0075" REF.START="QS0075" CODE="201D"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NOTE>. Jien naqbel mal-Kummissjoni li din il-ġurispru-denza mhijiex direttament rilevanti fil-kuntest ta' dan il-każ. L-effett ta' l-istandard 3 fl-Anness D.l għall-Konvenzjoni ta' Kyoto huwa li l-partijiet kontraenti jistgħu jesprimu l-kriterju tat-trasformazzjoni sostanzjali li jiddetermina l-oriġini ta' merkanzija b'regola li tkun trid bidla ta' intestatura ta' tariffa u/jew minn lista ta' xogħlijiet ta' manifattura jew ipproċessar li jagħtu, jew ma jagħtux, oriġini u/jew bir-regola ta' perċentwali <HT TYPE="ITALIC">ad valorem.</HT> Ix-xogħlijiet imsemmija fil-listi ta eċċezzjonijiet jistgħu jiġu rrelatati jew ma' tip ta' trattament li l-merkanzija għaddiet minnu jew ma' regola perċentwali <HT TYPE="ITALIC">ad valorem.</HT> Fil-każ ta' ħwejjeġ użati, il-Komunità fil-Protokoll Nru 4 għażlet li tesprimi l-kriterju tat-trasformazzjoni sostanzjali b'regola ġenerali li tirrikjedi bidla fl-intestatura tat-tariffa (Artikolu 6(1) u Anness II) li hi suġġetta għal-lista ta' xogħlijiet ta' manifattura jew ipproċessar li ma jikkonferixxux oriġini (Artikolu 7(1)). Hija ma għażlitx li tesprimi dan il-kriterju permezz tar-regola perċent-wali <HT TYPE="ITALIC">ad valorem.</HT> Is-sitwazzjoni kienet differenti fil-ġurisprudenza indikata, li kkonċer-nat l-interpretazzjoni ta' leġiżlazzjoni<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 22.</P></NOTE> li ma pprovditx xi waħda minn dawn it-tliet regoli. Għalkemm il-kriterju tal-valur miżjud ikun evidentement ukoll għażla ta' politika razzjonali, f'dan il-każ il-leġiżlazzjoni tal-Komunità m'għamlitx din l-għażla u mhemmx bżonn għalhekk li jiġi applikat dan il-kriterju.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata, fl-opinjoni tiegħi, permezz ta' l-Artikolu 7(1) tal-Protokoll Nru 4, li jinkludi taħt (f) <QUOT.START ID="QS0076" REF.END="QE0076" CODE="201C"/>immontar sempliċi ta' partijiet biex jikkostitwixxu prodott komplut<QUOT.END ID="QE0076" REF.START="QS0076" CODE="201D"/>. Immontar bħal dan, anki sempliċi, kważi invarjabbilment iżid il-valur, iżda l-leġiżlatur Komunitarju eskluda kull possibbiltà ta' xogħol bħal dan milli jagħti l-oriġini tal-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Jien għalhekk ma nikkunsidrax li lkwistjoni ta' valur miżjud taffettwa l-analiżi tiegħi.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4874"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Konklużjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak li ntqal, jien ta' l-opinjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi għad-domanda rrinvijata mill-Finanzgericht Diisseldorf kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="DASH"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0077" REF.END="QE0077" CODE="201C"/>—</NO.P><TXT>Xogħlijiet fil-kategoriji indikati fl-Artikolu 7(l)(b) tal-Protokoll Nru 4 għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/97 tat-<DATE ISO="19970630">30 ta' Ġunju 1997</DATE> tal-Kunsill ta Assoċjazzjoni, Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Polonja, min-naħa l-oħra, jaqgħu flambitu ta' dak l-Artikolu biss meta huma sempliċi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Xogħol bħal dan huwa sempliċi jekk huwa ma jikkontribwixxix, jew jikkontribwixxi biss f 'miżura żgħira, għall-karatteristiċi jew kwalitajiet essenzjali ta' l-oġġetti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali kompetenti li għandha tistabbilixxi jekk ix-xogħlijiet deskritti fid-digriet tar-rinviju jaqgħux taħt din id-definizzjoni.<QUOT.END ID="QE0077" REF.START="QS0077" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>